Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/640305
8 illum | Il-Ħadd 14 ta' Frar 2016 Qorti In-novella ta' Inga Boissevain l-ħwienet ewlenin għall-prezz ta' €8.99 Jinżamm il-ħabs wara li hedded lill-eks martu diversi drabi DANIEL Callus ta' 24 sena mill-Ħamrun intbagħat il-ħabs sakemm jaffaċċja proċeduri mill-Qorti wara li ċaħad illi kien hedded lill-eks sieħba u lil uliedha bi vjolenza. Sorsi li tkellmu ma' din il- gazzetta spjegaw kif dan kien każ wieħed biss minn sensiela sħiħa ta' każi wara li l-koppja ma baqgħux flimkien, wara relazzjoni ta' erba' snin. Allegatament l-akkużat kien iċempel lill-eks sieħba tiegħu u joħloq storbju sħiħ barra r-residenza tagħha. Diversi drabi, meta din ma kinitx tiftaħ il-bieb biex tkellmu Callus kien jintilef f 'rabja u jifqa' l-bieb biex jipprova jidħol. Dan kien iwassal biex l-eks sieħba u t-tfal kienu qed jgħixu tterrorizzati. Fil-bidu tal-każ l-avukat tal-għajnuna legali Martin Fenech informa lill-Qorti li l-akkużat kien qed iwieġeb li mhux ħati għall- akkużi li kienu qed isiru fil-konfront tiegħu. Hu qal ukoll li l-akkużat ma kienx se jitlob libertà proviżorja bil-kundizzjoni li jinbagħat l-isptar Monte Carmeli. Talab iżda li ma jintbagħatx fis-sezzjoni tal-Forensika għal raġunijiet personali, minħabba li kien hemm xi nies li minnhom kien jibża'. Il-Qorti spjegat illi ladarba hu se jkun qed jinżamm il- ħabs, kien permessibbli biss li jinbagħat fil-Unit Forensiku. F'dan il-punt l-akkużat qal illi kien se jwieġeb ħati u jipprova jieħu trattament ladarba jkun barra mill-Qorti. Iżda l-Maġistrat Doreen Clarke qalet li l-akkużat kien indeċiż u mhux f 'pożizzjoni li jammetti b'mod responsabbli l-akkużi fil-konfront tiegħu. Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Jonathan Ransley oġġezzjona għat-talba u argumenta illi l-akkużat kien kiser il-liġi aktar minn darba u li ma kinitx l-ewwel darba li ta' fastidju lill-eks sieħba tiegħu. Il-Maġistrat ma laqgħetx it- talba tal-akkużat u għalhekk dan intbagħat il-ħabs fejn se jinżamm sakemm ikomplu l-proċeduri. Ħareġ mill-qorti u mar jisraq CARMEL Mugliette, ta' 53 sena minn Wied il-Għajn, ammetta li seraq €15,000 f 'ġojellerija eżatt wara li spiċċat is-seduta li kellu l-Qorti f 'Jum il-Karnival. Mugliette ġie mogħti sentenza ta' erba' snin ħabs. Is-serqa seħħet it- Tlieta li għadda meta Mugliette kien qiegħed f 'seduta differenti. Ftit wara li ħareġ mill-awla, Mugliette ġibed lejn Pavillion Jewellery fi Triq ir-Repubblika. Il-ħanut jinsab inqas minn 50 metru bogħod mill-qorti. Dan il-ħalliel reċediv, aljena lill-ħaddiema li kien hemm fil-ħanut meta għamel tabirruħu li kien interessat f 'xi ġojellerija mill-vetrina. Mugliette rnexxielu jisraq żewġ arloġġi, ħbiehom fil-but u mexa lejn il-bieb mingħajr ma ħalla lill-persuna li kienet qed taqdih tinduna. Madanakollu, ħaddiema oħra qabditu fil- fatt u staqsietu dwar l-arloġġi. Huwa mill- ewwel tahomlha lura, skuża ruħu u stqarr li ma kienx jinsab wisq f 'sensih. Għalkemm ma kienx interessat li jixtri, Mugliette baqa' fil-ħanut sakemm irnexxielu jisraq ċavetta ta' vetrina sakemm il-ħaddiema marret f 'kamra oħra. Mugliette fetaħ il-vetrina u seraq numru ta' ċrieket ta' valur għoli. Iktar tard, Mugliette ġie identifikat mill-kameras tas-sigurtà u ġie arrestat. Filwaqt li l-ebda oġġett li seraq ma nstab fuqu l-pulizija rnexxielhom isibu €340 fi flus kontanti. Quddiem il-Qorti, Mugliette ammetta li wettaq din is-serqa u weħel erba' snin ħabs. Wara li ngħata din is-sentenza, Mugliette appella u talab għal-libertà proviżjorja. Il-Maġistrat Demicoli, irrifjutat it- talba ta' Mugliette għaliex is-sentenza kienet diġà ngħatat. L-applikazzjoni tal-appell għandha ssir skont il-proċedura. Il-prosekuzzjoni kienet immexxija mill-ispetturi Jeffrey Scicluna u Daryl Borg u l-avukat tal-għajnuna legali Martin Fenech irrappreżenta lill-akkużat. Nefaq kollox fuq in- nisa u qal li serquh ĠUVNI Franċiż ta' 22 sena li qed jagħmel kors fl- Università ta' Malta vvinta storja li ġie misruq wara li l-ġenituri tiegħu ndunaw li f 'lejl wieħed kien ġibed f 'daqqa somma flus li normalment isservih għal ġimagħtejn. Dan ġara fit-8 ta' Jannar li għadda meta student li kien qed jidderverti Paceville spiċċa waħdu. It-trasport pubbliku kien waqaf jaħdem. Għalhekk prova jaqbad taxi fejn iltaqa' ma' grupp nisa li kkonvinċewh jiġbed il-flus u jqatta' l-kumplament tal-lejl miegħu.Ġibed €400 u hekk għamel. Malli l-ġenituri tiegħu indunaw li kien ġibed id-doppju ta' kemm jiġbed flus is-soltu l-ġuvni ivvinta l-istorja li rraporta lill- Pulizija. Fir-rapport huwa qal li kien insteraq wara li ġibed il-flus, iżda CCTV cameras ħdejn il-magna tal-bank giddbu lil dan il-ġuvni. Il-Maġistrat Anthony Vella ta sentenza ta' sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn.