Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/640305
22 illum | Ħadd 14 ta' Frar 2016 Aquarius – Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Mument ta' riflessjonijiet minħabba s-sit- wazzjoni li int dħalt fiha. F'dawn il-ġimgħat li ġejjin, għandek tagħraf aktar il-vera impor- tanza ta' xi trid int, u mhux dak li jrid ħaddieħor minnek. Tħallix ħafna żmien għaddej għax aktar is-sitwazzjoni tidħol fil-fond, iktar jistgħu jikbru l-konsegwenzi. Parir ta' ħabib li int vera tafda, jkun utli għalik, però finalment huwa inti li trid tiddeċiedi. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-istilla l-aktar kreattiva għalik ġejja minn Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 15, 29 u 35. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma isfar, abjad u blu. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Pisces – Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Tajjeb li int tkompli ssaħħaħ ir-relazzjoni tiegħek ta' mħabba, għax din tkompli tkattar il-pożittività ta' kull sitwazzjoni madwarek. Int tagħraf li minħabba esperjenzi negattivi fl-imħabba fil-passat, għaraft u tgħallimt, u dan qiegħed jawgura tajjeb fl-imħabba li int għandek bħalissa. Dan għandu jkompli jissiġilla u jitkabbar. Xi sorpriża 'l hawn u 'l hemm tinżel għasel u tkattar. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, l-aħdar u l-isfar. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-istilla l-aktar kreattiva għalik ġejja minn Cancer. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 16, 22 u 30. Pisces huma magħrufin għall-abbilità u t-twemmin fihom in- fushom. Aries – Mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Trid tagħraf timxi aktar għal għajnek jekk int trid tkattar l-imħabba tiegħek u ma jiġrilekx bħalma ġralek fil-passat. Issa huwa ż-żmien li b'dak li għaddej madwarek, qiegħed jagħtik ċans. Qed jagħtik nifs sabiex int tagħraf timxi aħjar, speċjalment f 'wegħdi li int twiegħed. Aħtaf l-ewwel opportu- nità ħalli int tirbaħ aktar is-simpatija tal-partner tiegħek u tara kemm int tibda tħossok aħjar. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-istilla l-aktar kreattiva għalik ġejja minn Leo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 11, 28 u 36. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. Taurus – Mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Ġej żmien ta' prova għalik fl-imħabba li bħalissa ma tantx tista' ssejħilha waħda stab- bli, u din il-prova taf aktar tfixkel. Għalhekk, jekk int trid tkattar u ssaħħaħ dak li int għandek madwarek, mhux talli twarrab dak li jista' jkun ta' tfixkil għalik, imma tagħmel pjan ħa tara kif tista' ttejjeb is-sitwazzjoni tiegħek, u dan jidher li int għad għandek ċans tgħaqqad, mela ibda. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-istilla l-aktar kreattiva għalik ġejja minn Virgo Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 14, 20 u 38. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini – Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Għalkemm bħalissa l-aġenda prinċipali hi l- karriera, però s-sitwazzjoni tal-imħabba bdiet tieħu xejra xi ftit differenti. Dan meta mħabba tal-passat reġgħet fetħitlek tieqa, u dan qed jagħmlek iktar konxju minnek innifsek. Bħalissa, l-imħabba għal Gemini qiegħda tkun fattur, u bħal wara tant waqfien, reġgħu jiffukaw ftit aktar, u dan se jwassal għal iktar tkattir. Kuluri favoriti ma' Gemini huma isfar, oranġjo u blu. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-istilla l-aktar kreattiva għalik ġejja minn Libra. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 7, 13, 27 u 33. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer – Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Taqbid u ċertu sikkaġini qegħdin jikkawżaw li r-relazzjoni ta' mħabba li int għandek, jaf twassal għat-tmiem. Dan mhux tort tiegħek, pjuttost int qed tkun tolleranti żżejjed, u dan qed jikkawża ċertu tensjoni madwarek. Bħal persuna li taf tissaporti ħafna, dan ħa jwassal biex int tkompli tiġma u tiġma sakemm sfortunatament jasal il-mument li int tinfaqa'! Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad , blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-istilla l-aktar kreattiva għalik ġejja minn Scorpio. Numri favoriti miegħek għal din il ġimgħa huma 9, 14, 25 u 39. Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo – Mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Sorpriża taf taħsdek fir-relazzjoni tiegħek imma din m'għandhiex tkun. Dan juri kemm il- partner tiegħek qied japprezza dak li tagħmel miegħu, u għandek tqawwi lilek innifsek fuq kemm verament din ir-relazzjoni qiegħda titkat- tar. M'għandekx għala toqgħod taħseb fuq dak li esperjenzajt fil-passat. Dak huwa ktieb magħluq u issa kompli ffoka fuq dak li ġej għalik. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u deheb. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-istilla l-aktar kreattiva għalik ġejja minn Sagittarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 18, 23 u 30. Leo huma magħrufin kemm huma umli. Virgo – Mit-23 ta' Awwissu sa 22 ta' Set- tembru Problemi li qegħdin jinħolqu fir-relazzjoni tiegħek mal-partner tiegħek, hemm bżonn li tieqaf għal ftit, u tara kif ħa tibda tilqalhom ħalli ma jkomplux joħolqu diżgwid bejnietkom. Huwa vera li mhux dejjem ikun possibbli li tista' takkomoda f 'kollox, però hemm fejn wieħed jista' jirranġa, u huma f 'dawn is-sitwazzjonijiet li int tkun sodisfatt, u hekk żgur ħa jkollok kun- tentizza aħjar. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-istilla l-aktar kreattiva għalik ġejja minn Capricorn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 17, 24 u 38. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra – Mit-23 ta' Settembru sa 23 ta' Ot- tubru Għalkemm intom dejjem tippruvaw iżżommu bilanċ bejn l-imħabba u l-kumplament, jidher imma li bħalissa hemm bżonn ta' iktar attenz- joni fl-imħabba fejn din hi t-tmun ta' direzzjoni fil- ħajja tagħkom. Wasal iż-żmien li tqattgħu ftit iktar ħin flimkien. Tajjeb taħseb għal xi weekend break jew xi vaganza qasira ħalli terġgħu tieħdu dik l-ispinta li hemm bżonn ħafna. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-istilla l-aktar kreattiva għalik ġejja minn Aquarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 19, 25 u 32. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio – Mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Ġejja okkażjoni li se tkun ta' mument fejn l-imħabba se terġa' tibda tingħata dak l- ispazju li ilkom ftit xhur ma tagħtu lil xulxin. Kif jingħad, xejn ma jiġri b'kumbinazzjoni, u f 'din l-okkażjoni ħa tħossu kemm verament hemm bżonn li tqattgħu ftit iktar ħin ta' armonija flimkien. Dan jawgura tajjeb għal dak li ġej, fejn flimkien tridu tkunu qiskom ħaġa waħda u qalb waħda. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-istilla l-aktar kreattiva għalik ġejja minn Pisces. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 9, 14, 22 u 30. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius – Mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Meta twebbes rasek, f 'xejn ma ġġib is- sitwazzjoni sew, aħseb u ara fl-imħabba. Għalkemm forsi mhux kollox ġej minnek, imma l-parti tiegħek għamilha. Meta tkun fl- imħabba, kif għandu jkun, kull ostaklu li jkun hemm, jinħall. Basta l-imħabba tkun ġejja mill-qalb. Dan hu l-perjodu fejn l-arma sigrieta tiegħek hi l-imħabba. Ipprova ftit ftit u tara l- progress li tixtieq. Kulur favorit ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-istilla l-aktar kreattiva għalik ġejja minn Aries. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 18, 29 u 35. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Capricorn – Mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Toqgħodx tipprova tqabbel l-imħabba li għandek bħalissa ma' dik tal-passat. Kull relazzjoni għandha s-sabiħ u l-ikrah tagħha. Int għaraf dak li huwa ta' linja gwida għalik, u mill-passat ħares 'il quddiem. Meta bħalissa għandek relazzjoni li miexja tajba, żomm il-pass u ibqà miexi u ħares 'il qud- diem ħalli dak kollu li hemm bejnietkom, ikompli jitqawwa u jissaħħaħ. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, vjola u blu. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-istilla l-aktar kreattiva għalik ġejja minn Taurus. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 9, 15, 27 u 32. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? X'qalulna l-qarrejja... Sandra Zammit, Marsaskala - Proset PaulJon ta' oroskopju ferm interessanti. Jien u l-ħbieb tiegħi inkunu qegħdin insegwu dak kollu li int tikteb, imma l-aktar li aħna kurjużi huwa kif int jirnexxilek tkun tant preċiż f 'dak li twasal. Kulħadd kurjuż dwar kif jirnexxielek tagħmel dan. Kompli sejjer hekk. Rose Busuttil, Naxxar - Jien m'ilnix naqra l-oroskopju tiegħek għax kont insegwi oroskopju fuq magazin ieħor. Nista' ngħidlek li jien xi ftit xettika dwar dawn l-affarijiet, imma mindu bdejt naqra l-oroskopju, bdejt inħossni ninġibed lejn dak li tikteb, u qiegħda nsir aktar komda. Inkun qed nistennik. Natashia Camilleri, Raħal Ġdid - Sinċerament, meta rajt ir-reklam tiegħek fuq Facebook, ħsibt li int xejn ġdid, imma mort ħazin. Ilni xahar naqra kemm l-oroskopju u r-rakkont. Ir-rakkont ta' Angela, b'mod speċjali, kelli xorti naqrah mingħand ħabibti, ħallejtni bla kliem. Nixtieq inkun naf aktar dwarek u x'rakkont għandek lest! Louise Galdes, Nadur Għawdex - Meta nistgħu niltaqgħu miegħek Għawdex? Aħna grupp li ta' kull nhar ta' Tnejn niltaqgħu u fost is-suġġetti li niddiskutu, hemm il- paġna tiegħek fil-gazzetta ILLUM, li għandha tkun kburija bil-paġna tiegħek. Grazzi għal din il-paġna, qed niltaqgħu issa grupp mhux ħazin, u niddiskutu dwarha. Nistennew ir-rakkont. Proset. Stefania Barbara, Qawra - Oroskopju bis-sens u rakkonti li verament għalkemm fil-qosor, meta taqra u terġa' taqrah żġur tibqa' taħseb. Nixtieq inwassal ringrazzjament lill-ILLUM għax il-paġna tiegħek żgur tat boost lil din il-gazzetta. Proset ta' vera. Lucia Debono, Mosta - PaulJon m'hemmx ħafna kummenti x'ngħaddilek. Għandek oroskopju tal- ġenn. Oroskopju li jien flimkien ma' oħrajn, inkunu nistennewh, u grazzi għall- paġna tiegħek, m'iniex immur naqra xortija għax b'dak li int tikteb fuq l-istilla tiegħi, huwa minnu tant li qiegħed tħallini bla nifs. Nistennik u nistennik, proset ħafna. Vanessa Falzon, Ħal Qormi - B'dan l-oroskopju, int qiegħed tħallini nistennik, u jkolli seba' mitt sena sakemm il-Ħadd imur nixtriha, u mill-ewwel għal paġna 22 u nintefa' nirrilassa u naqra xi tkun l-istilla tiegħi. Dwar ir-rakkont ta' Angela, nista' ngħidlek li vera persuna ffurtunata. X'hemm lest għar-rakkont li jmiss? Proset lilek . " " Tistgħu tibagħtu l-kummenti jew mistoqsijiet tagħkom lil Paul jon fuq l-email pauljon.aquilina13@gmail.com jew sms fuq 99013600