Illum previous editions

ILLUM 14 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/640305

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Il-Ħadd 14 ta' Frar 2016| illum 5 Aħbarijiet Il-KL ta' Bormla fil-għama dwar irġiel b'air rifles biex jitneħħew il-ħamiem minn Veronica Lynn Mizzi GĦADD kbir ta' residenti Bormliżi ilhom għal bosta snin jilmentaw kemm mal- Kunsill Lokali, kif ukoll mal- awtoritajiet tas-saħħa dwar l-ammont kbir ta' ħamiem li kien qed ibejjet, iħammeġ u jokkupa spazji varji qrib ix- xatt ta' Bormla, partikolarment Triq il-Pellegrinaġġ u Triq l-Oratorju. Jirriżulta li dar mhux abitata f 'dawn it- toroq qed tkun il-kaġun ta' dan l-ammont ta' ħamiem fiż-żona. L-ilmenti tar-residenti wasslu biex nhar it-Tnejn li għadda, intbagħtu numru ta' nies armati b'air rifles, akkumpanjati minn xi pulizija, sabiex joqtlu lil dan il- ħamiem li kien qed ikun ta' inkonvenjent għar-residenti. F'kuntatt ma' din il-gazzetta, is- sindku ta' Bormla, Alison Zerafa Civelli qalet li bħala Kunsill Lokali, kienu ilhom jagħmlu r-rapporti tagħhom dwar is-sitwazzjoni kif kienet qed taffettwa lir-residenti u xi ftit taż-żmien ilu infurmawhom li kienu se jieħdu azzjoni. Madankollu, id-dipartiment tas-saħħa ma speċifikax din l-azzjoni x'inhi u kif se ssir. Is- sindku qalet li min-naħa tad-dipartiment tas-saħħa, kienu qalulha biss biex bħala Kunsill, jipprovdu membri tal-Pulizija. Jidher li però, xi nies li skont is-sindku intbagħtu mid-dipartiment tal-agrikoltura, marru fuq il-post b'air rifles u sparaw lejn dawn il-ħamiem f 'din iż-żona residenzjali. Meta mistoqsija dwar xi prekawzjonijiet ittieħdu sabiex ma jkunx hemm periklu għar-residenti u kif tħossha għall-fatt li kien hemm sparar bl-air rifles f 'żona residenzjali, is-sindku wieġbet li l-Kunsill Lokali ma rċieva l-ebda lmenti mill-Bormliżi, u sostniet li din mhix l-ewwel darba li ġrat xi ħaġa bħal din, allura ċertu riskji u prekawzjonijiet ikunu maħsuba minn qabel. Xi residenti li tkellmu ma' din il-gazzetta esprimew l-għadab tagħhom għas- sitwazzjoni li kien hemm bl-infestazzjoni tal-ħamiem, fejn xi Bormliżi saħansitra sostnew li bil-kemm kien possibbli li persuna tidħol fil-ħwienet li ma kinetx timtela' bil-ħmieġ tal- għasafar. Il-Kunsill Lokali sostna wkoll li min-naħa tiegħu pprova jtejjeb is-sitwazzjoni billi f 'ħidma ma' sid il- proprjetà mhux abitata, tranġaw xi twieqi u aperturi li kienu mkissra u li kienu qed iħallu aċċess iktar liberu lill-ħamiem jidħol u jbejjet f 'din il-proprjetà. Ir-riskju tal-Air Rifles Fil-maġġoranza, tir ta' • air rifle mhux letali fuq l-adulti Jista' jikkawża ġrieħi serji u gravi fuq tfal u • adolexxenti Il-feriti l-aktar gravi u komuni huma relatati mal- • għajnejn, fejn f 'xi każi tikkawża għama Jintużaw sikwit għal skopijiet ta' kontroll ta' pestiċidji • Is-sindku ta' Bormla Alison Zerafa Civelli 2123 4710 www.mita.gov.mt Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Finance and Contracts Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) - Provision of Electrician Services – T013/16 Data ta' ħruġ: 9 ta' Frar 2016 / Data ta' għeluq: 9 ta' Marzu 2016 L-oerti magħluqin għal din is-sejħa għall-oerti jintlaqgħu sa 12.00pm (CET) l-kaxxa tal-oerti li tinsab ġewwa Gattard House, Triq Nazzjonali, l-Blata l-Bajda IL-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Sejħa għall- OFFERTI - Provision of Desktops, Laptops and Ultra-Portable Laptops – T021/16 Data ta' ħruġ: 9 ta' Frar 2016 / Data ta' għeluq: 23 ta' Marzu 2016 Operaturi Ekonomiċi huma mħeġġa jieħdu nota tal-'clarication meeting', li se jiġi organizzat nhar l-Erbgħa, 24 ta' Frar 2016 ġewwa l-MITA, Gattard House, Triq Nazzjonali, l-Blata l-Bajda, -10.00 ta' logħdu. Operaturi Ekonomiċi li huma interessati sabiex jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-oerti huma mħeġġa jieħdu nota għall-workshops li jiġu organizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti s-Centre for Development Research and Training, It-Telgħa Ta' Sa Maison, Il-Furjana FRN1610. F'dawn il-workshops, Operaturi Ekonomiċi jkollhom l-opportunita sabiex jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-oerti tagħhom online. Iktar informazzjoni tinsab d-dokument tal-oerta. IL-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: IL-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: għal servizzi sesswali. Fir- Renju Unit, simili għal Malta, l-itlajjar mhux permess bil-liġi. Fil-maġġoranza ta' dawn il- pajjiżi l-briedel u l-qligħ mill- prostituzzjoni jibqa' illegali. Fir-Romanija l-prostituzzjoni hija dikriminalizzata u fil- Finlandja hija legali sakemm ma ssirx fil-pubbliku. F'ħafna minn dawn il-pajjiżi msemmijin il-briedel u l-qligħ mill-prostituzzjoni huma illegali. Problema ta' traffikar twassal għall-illegalità fil-Lvant. Fil-pajjiżi lejn il-Lvant tal-Ewropa l-prostituzzjoni għadha illegali, l-aktar minħabba problemi ta' traffikar tan-nies. Il-problema tat-traffikar teżisti fl-Albanija, fejn il-prostituzzjoni hija illegali. L-istess status legali jeżisti fil-Belarus, il-Bożnja u Herzegovina, il-Kroazja, ir-Russja, is-Serbja, il-Kosovo, il-Litwanja, il-Maċedonja u l-Moldova. Fl-Ukrajna għalkemm illegali, il- prostituzzjoni hija tolerata. Fil-Bulgarija l-prostituzzjoni għadha mhix speċifikata b'mod ċar fil-liġi. Naturalment, il-prostituzzjoni hija illegali fil-Vatikan. Dan l-eżerċizzju li qed tagħmel il-gazzetta l-ILLUM xorta mhux qed tidħol fid- dettall ta' kull pajjiż għax fil-verità s-sitwazzjoni legali u l-attitudni tvarja mhux biss minn pajjiż għal ieħor iżda wkoll minn belt għal oħra fl-istess pajjiż. Fir-Repubblika Ċeka l-liġijiet huma laxki u l-prostituzzjoni fjorixxiet minn wara r-rivoluzzjoni tal-1989, filwaqt li fil- Ġermanja sal-2002 stess kienu saru tibdiliet fil-liġi li tirregola l-ħaddiema tas-sess. Fl-Iżvizzera tista' tirriklama s-servizzi offruti fuq il-mezzi kollha tax-xandir filwaqt li fil-Belarus, għalkemm illegali l-prostituzzjoni xorta hija komuni f 'postijiet bħal- lukandi. Fir-Russja l-prostituzzjoni hija illegali però meqjusa bħala offiża amministrattiva mhux kriminali. Fl-Italja l-prostituzzjoni għadha komuni fit-toroq anke jekk dan sar illegali filwaqt li fi Spanja, speċjalment fl-ibliet l-attività relatata mal-prostituzzjoni, escorts u attivitajiet oħrajn sesswali huma komuni. "Is-sitwazzjoni legali u l-attitudni tvarja mhux biss minn pajjiż għal ieħor iżda wkoll minn belt għal oħra fl-istess pajjiż" Spettur tal-Pulizija aggredit waqt xogħlu minn raġel mill-Imqabba SPETTUR tal-Pulizija safa' ferut waqt li hu u żewġ Pulizija oħra mis-Sezzjoni tat-Traffiku, kienu qegħdin jagħmlu xogħolhom viċin tar- roundabout magħrufa bħala Ta' Srina, l-Imdina. Jirriżulta li f 'ħin minnhom twaqqfet vettura tat-tip BMW bin-numru tar-reġistrazzjoni barrani. Waqt li x-xufier ta' 50 sena mill-Imqabba kien qiegħed jiġi mitlub xi informazzjoni ħebb għall- Ispettur u darbu. Ir-raġel kien arrestat minnufih għal aktar stħarriġ filwaqt li l-Ispettur ittieħed ġewwa l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa għal xi ġrieħi li seta' sofra. L-investigazzjonijiet tal- Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 Frar 2016