Illum previous editions

ILLUM 14 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/640305

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 14 ta' Frar 2016 D ak li jagħmel partit jew politiku progressiv, b'distinzjoni minn dak konservattiv, hu l-għatx għall-bidla - dak is-sens ta' dover li jbiddel u jipperfezzjona l-ħin kollu. Partit jew politiku progressiv jibdel u jinbidel anke f 'mumenti ta' glorja, meta jkun qiegħed jikseb l-aqwa riżultati. Huwa dan li qiegħed jagħmel il-Partit Laburista bħalissa. Il-bidliet fl-istatut saru fl-aqwa żmien, issa li l-preparamenti għall- kampanja elettorali għall- elezzjoni li jmiss dalwaqt jibdew. Iż-żmien huwa ideali u l-missjoni nafuha. Il-missjoni tad-Deputat Mexxej ġdid naqsamha f 'sitt punti, u filwaqt li l-ħidma tiegħu hi differenti minn dik tal-Mexxej u d-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament, din trid tkun minsuġa b'mod li tgħaqqad waħda mal-oħra. Nifhem li kien għalhekk li l-Prim Ministru ħaseb li jiftaħ dan ir-rwol anke għal dawk li għandhom siġġu fil-Parlament. Dan huwa partit li jifforma parti minn moviment li fil-preżent jinsab fit-tmexxija tal-pajjiż. B'elezzjoni ġenerali fi żmien sentejn, u b'Malta fit-tmun tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea fil-bidu tas-sena d-dieħla, ix-xogħol li se jkollu dan il-Gvern huwa wieħed li l-ebda Gvern ieħor Malta ma qatt ra bħalu. Fil-passat rajna li fit-tieni nofs tal-leġiżlatura, il-Prim Ministru ġeneralment jiffoka aktar fuq il-ħidma tal-partit u jnaqqas kemxejn dik parlamentari. Din id-darba, il-Prim Ministru se jkollu ta' bilfors jiffoka fuq il- ħidma internazzjonali. Is-sitt xhur Presidenza tal-Unjoni Ewropea se jfissru numru ta' laqgħat għolja fl-Ewropa kollha, xi drabi anke f 'qofol ta' kontroversji bħalma se jkun ir-referendum dwar is-sħubija tar-Renju Unit. Huwa għalhekk li fost il-ħidma tant wiesa' fil-fora internazzjonali, kien jeħtieġ li jkun hemm Deputat Mexxej li jieħu f 'idu t-tmexxija prattika tal-Partit Laburista. Magna elettorali professjonali L-akbar biċċa xogħol għad- Deputat Mexxej ġdid se tkun li jipprepara l-partit għall- elezzjoni ġenerali li jmiss. Filwaqt li d-Deputat Mexxej ġdid se jkollu l-benefiċċju tas- suċċessi li nkisbu bil-manwal tal-2013, xorta waħda se jkun hemm bżonn bidliet ċari, li jirrispettaw il-bidliet fiċ-ċirkostanzi mill-2013 sal-lum. Deputat Mexxej ġdid irid jerġa' jressaq lejh il-mijiet ta' volontarji li jibqgħu s-sinsla ta' kull kampanja elettorali. Jeħtieġ josserva d-disposizzjonijiet ġodda tal-Att dwar il-Finanzjamenti tal-Partit, u fl-istess ħin jara li l-messaġġ tal-Partit jasal tajjeb u lil kulħadd. Scouting u Taħriġ Partit li hu għatxan għall- bidla huwa partit li huwa għatxan għal talent ġdid, nies b'ħiliet differenti li jistgħu jagħtu xi ħaġa ġdida. Id- Deputat Mexxej irid, flimkien mal-Partit jipprepara it- tim tal-kandidati tal-Partit Laburista f 'kull distrett. Partit li jinsab fil-Gvern irid ġeneralment imur għal taħlita ta' esperjenza u talent ġdid. Ifisser li jkun hemm bżonn Ministri u Deputati li servew f 'din il- leġiżlatura li joffru ruħhom li jkomplu max-xogħol u r-riżultati tal-Gvern, u jkun hemm bżonn kandidati ġodda li jagħtu xeħta ġdida lill-Moviment u jdaħħal ideat friski u innovattivi. Id-Deputat Mexxej irid jassigura li kull kandidat, sew dawk ta' esperjenza kif ukoll dawk ġodda, jingħata taħriġ professjonali biex jitqiegħed fl-aħjar posizzjoni biex jekk jingħata l-fiduċja, jirrapreżenta l-elettorat. Din il-ħidma trid issir b'reqqa u b'galbu, għaliex dawn il-persuni se jkunu l-wiċċ tal- partit u tal-moviment. Kumpass Ideoloġiku Filwaqt li d-Deputat Mexxej irid jaċċerta li dan il-Moviment jibqa' ankrat fiċ-ċentru tal-kumpass ideoloġiku, bil-għan li jibqa' viċin u jibqa' jirrapreżenta l-aspirazzjonijiet u l-isfidi tal-maġġoranza tal-poplu, l-ikbar biċċa xogħol għalih se tkun li jżomm mal-valuri u l-prinċipji li dejjem sawru dan il-Moviment. Nemmen ukoll li fuq quddiem nett tal-aġenda tad-Deputat Mexxej, għandu jkun hemm ir-rieda li jitwaqqaf grupp ta' nies li jagħtu definizzjoni ġdida tal-politika soċjal- demokratika għaż-żminijiet tal-lum. Bl-istess mod kif fl- Istati Uniti, Clinton dawwar il-politika tad-Demokratiċi mal-kunċett tad-drittijiet u l-obbligazzjonijiet, u bl-istess mod kif Tony Blair introduċa l-kunċett ta' New Labour ġewwa r-Renju Unit, hekk il-Moviment Laburista Malti għandu jkompli jiġġedded u jġedded il-kumpass politiku tiegħu għaż-żmien li ġej. Għeruq u Strutturi L-istrutturi tal-Partit Laburista għandhom jinbidlu, biex jirriflettu ż-żminijiet tal-lum u tal- kunċett ta' moviment. Fl-2008, il-Partit Laburista ħaddan dan fil-prattika; iżda jeħtieġ jaġġorna ruħu wkoll b'bidliet fl-istatut u fl-istrutturi tal-Partit. Jeħtieġ jara kif b'mod sistematiku jressaq lejh nies ta' talent u b'ideat ġodda. Jeħtieġ li jindukrahom u jagħtihom l-għodda biex jaħdmu. Huwa biss meta jagħraf fejn irid jasal li jista' jifhem kif se jbiddel l-istrutturi tiegħu biex iseħħ dan. Dak li kien tajjeb ftit snin ilu, mhux bilfors jibqa' tajjeb għada. Hemm ħafna mistoqsijiet xi jsiru: għandniex ngħinu l-volontarjat ma' element ta' impjiegi fuq bażi reġjonali, x'relevanza għandhom iċ-ċentri lokali, xi rwol għandhom il-media soċjali, eċċ. Nemmen li l-moviment Laburista se jkun tal- ewwel f 'Malta li jagħmel rivoluzzjoni ta' kif jaħdem partit politiku u rivoluzzjoni fl-istrutturi tiegħu. F'dan kollu, l-irwol li se jkun jilgħab id-Deputat Mexxej ġdid se jkun wieħed ċentrali. Moviment u partitarji Laburisti Id-Deputat Mexxej ġdid se jkollu rwol sensittiv sabiex jgħin lill-partitarji Laburisti jerġgħu jħaddnu l-kunċett ta' moviment. Fuq in-naħa l-oħra tal-munita, se jkun il-Prim Ministru li jgħaqqad il-Partit mal-Moviment, u l-Moviment mal-Partit. L-elezzjoni ġenerali li jmiss se tkun elezzjoni importanti ferm, huwa biss b'konferma tal-elettorat li l-Gvern jista' jkompli jibni fuq is-suċċessi li laħaq dawn l-aħħar tliet snin. Huwa biss b'konferma tal-elettorat li l-good feeling li hawn f 'dan il-pajjiż jista' jibqa' fis-seħħ. Huwa biss b'konferma tal-elettorat li dawk li għadhom mhumiex qegħdin iħossu l-impenn tal-Gvern fil-ħajja tagħhom ta' kuljum, jistgħu fl-aħħar jibdew jibbenefikaw huma wkoll. Ifisser li d-Deputat Mexxej ġdid irid ifiehem lin-nies b'dan kollu. Se jkollu rwol sensittiv li jikkonvinċi lil dawk il-Laburisti urtati għal raġunijiet personali. Irid jindirizza lil dawn in- nies, jismagħhom, u jifhem x'qegħdin jgħidu u għaliex. Gvern, Partit, Moviment Li d-Deputat Mexxej ikun Deputat Parlamentari jfisser li dan se jkun f 'pożizzjoni tajba ferm biex jifhem mhux biss x'inhuma l-ħtiġijiet tal-Partit, iżda wkoll dawk tal-Grupp Parlamentari. Filwaqt li huwa importanti li partit u gvern ma jsirux ħaġa waħda, huwa importanti wkoll li dak li jinħass ġewwa l-organi tal-Partit, jiġi mwassal lill-membri parlamentari, biex dawn tal-aħħar ma jinqatgħux mill-għeruq. Hekk ukoll allura, l-ħidma tad-Deputat Mexxej issaħħaħ mhux biss il-Partit, iżda wkoll il-Grupp Parlamentari. Dan hu żmien sabiħ għalina lkoll. Hu żmien fejn minkejja kull suċċess, u dejjem konsapevoli tan-nuqqasijiet, irridu nġeddu u niġġeddu. Irridu nibdlu u ninbidlu. Hekk biss nistgħu ntejbu u nitjiebu, u hekk biss nistgħu verament nissejħu progressivi. Aaron Farrugia huwa kandidat tal-Partit Laburista AAron fArrugiA Opinjoni Deputat Mexxej Ġdid: Il-missjoni tiegħu f 'sitt punti "Fuq quddiem nett tal-aġenda tad- Deputat Mexxej, għandu jkun hemm ir-rieda li jitwaqqaf grupp ta' nies li jagħtu definizzjoni ġdida tal-politika soċjal- demokratika għaż-żminijiet tal-lum"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 Frar 2016