Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/640305
4 illum | Il-Ħadd 14 ta' Frar 2016 Aħbarijiet 'Kif inhi l-liġi bħalissa xejn mhu ċar ' Tkompli minn paġna 1 "Bl-aktar mod ċar, il-liġi ma żammitx mal- pass mgħaġġel li bih mexa l-internet u għalhekk jeżisti limbu legali dwar x'azzjoni jista' jieħu pulizija, meta jista' jieħu azzjoni u kif għandu jipproċedi f 'każi bħal dawn." Minkejja dan, is-sors sostna kif "li tħajjar persuni għas-sess huwa illegali, teknikament". L-ILLUM staqsa lil dan is-sors x'irid ifisser biha l-kelma 'teknikament' bir-risposta tkun li, "kif inhi l-liġi bħalissa, xejn mhu ċar. Il-liġi li titratta l-prostituzzjoni hija mibnija fuq żewġ binarji partikolari jiġifieri fuq l-itlajjar u fuq l-għixien mill-prostituzzjoni. Fin- nuqqas ta' evidenza ċara li dawn l-affarijiet qed isiru, ikun diffiċli ħafna li takkuża lil xi ħadd b'reat." Is-sors li tkellem magħna kkritika bil-qawwi l-istat legali li fih jinsabu prattiċi bħal dawn f 'pajjiżna, u sostna li fin-nuqqas ta' regolazzjoni ċara, "lanqas protezzjoni fir-rigward ta' saħħa m'għandek." Huwa kompla jgħid li "wasal iż-żmien li jsiru t-tibdiliet meħtieġa biex attivitajiet bħall-escorts u l-massage parlours ikunu regolati. U m'għandniex għalfejn noqogħdu niskandalizzaw irwieħna wisq, għax f 'ħafna pajjiżi l-prostituzzjoni hija regolata. Hawn regoli tas-sewqan għal kulħadd, daħħalna liġijiet biex nirrikonoxxu relazzjonijiet omosesswali, jeħtieġ nirregolaw hawn ukoll biex inwaqqfu din l-anarkija gravi li għaddejja onlajn." Nhar il-Ħadd li għadda, l-ILLUM irraportat kif hawn madwar 800 mara li qed tirreklama lilha nnifisha bħala 'escort' u jaħdmu ma' diversi aġenziji li mhumiex reġistrati Malta. Dawn in-nisa, fuq il-profil tagħhom jgħidu li ġejjin minn lokalitajiet differenti, għalkemm minn dawk li għamlet kuntatt magħhom din il-gazzetta, ilkoll qalu li qed joffru dan is-servizz fl-akwati ta' Tas-Sliema , San Ġiljan u Paceville. Nhar il- Ħadd 6 ta' Diċembru din il-gazzetta kienet ukoll irraportat kif minkejja informazzjoni li ngħatat fil-Parlament li turi kif il-MEPA ħarġet permess wieħed biss għal massage parlour f 'sentejn (2013- 2015), din il-gazzetta sabet minn tal-inqas sitta. F'dawn is-sitt ħwienet, is-sidien jew impjegati li kienu fuq il-post qalu li kienu ilhom joperaw bejn erba' xhur u sena. Prostituzzjoni u Servizzi ta' escorts: Fejn hu legali, fejn le, fejn tollerat u fejn qiegħed f 'limbu Minkejja li l-liġi f 'Malta dwar il-prostituzzjoni hija ftit ta' lakuna legali dan mhux uniku għal pajjiżna biss. Dan minħabba illi kollox jorbot ma jekk is- servizz ta' escort offrut hux qed iżomm ma' dak li huwa strettament mifhum bħala escorting jiġifieri li persuna tattendi attivitajiet soċjali jew ta' divertiment jew inkella jinkludix ukoll servizzi sesswali. Li hu ċert huwa li l-iskambju ta' flus għal servizzi sesswali, kemm jekk fil-forma ta' prostituzzjoni kif ukoll jekk fil- forma ta' escort services huwa legali f 'seba' pajjiżi Ewropej kif ukoll fit-Turkija. Il-pajjiżi Ewropej fejn il-prostituzzjoni u servizzi ta' escort li jinkludi s-sess huwa regolat huma l-Olanda, il-Ġermanja, l-Awstrija, l-Iżvizzera, l-Greċja, l-Ungerija u l-Latvija. Minn dawn hija l-Olanda biss li llegalizzat ukoll il-qligħ marbut mal-prostituzzjoni. F'diversi minn dawn il-pajjiżi l-prostituzzjoni u servizzi ta' escorts li jinkludu servizzi sesswali huma regolati taħt qafas li jesiġi l-età tal-persuna li tista' taħdem f 'dan il-qasam kif ukoll li kull prostitut/a jew escort jeħtieġu joqogħdu għal test mediku kull tant żmien. Minkejja dan, f 'pajjiżi oħrajn Ewropej bħal Spanja, l-Belġju u r-Repubblika Ċeka għalkemm għandhom regoli restrittivi relatati mal- prostituzzjoni xorta għandhom attitudni toleranti ħafna tal- prostituzzjoni jew servizzi ta' escorts. Il-prostituzzjoni hija legali wkoll, anke jekk f 'qafas aktar restrittiv, fl-Armenja, il-Belġju, id-Danimarka, l-Estonja, Franza, in-Norveġja, il-Polonja, il-Portugal, is-Slovakkja, l-Iżvezja, ir-Renju Unit, l-Iżlanda, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il- Lussemburgu u Monaco. Fin-Norveġja, l-Iżvezja u l-Iżlanda huwa legali li tkun prostitut imma illegali li tħallas Liġijiet liberali dwar il-prostituzzjoni Liġijiet iktar restrittivi jew mhux ċari. Attitudni tolleranti. Prostituzzjoni illegali M'hemmx liġijiet