Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/640305
Il-Ħadd 14 ta' Frar 2016 | illum 31 Illum, l-Assoċjazzjoni Sport muturi u Karozzi se tkompli bl-attivitajiet tal-motorsport bis- sezzjoni tal-muturi Enduro. Hija se tkun qed torganizza r-raba' attività mill-Kamjonat ASmK Pasta Poiatti 2015/2016. Din l-attività se ssir fil- Barriera tal-Fawwara, limiti tas-Siġġiewi. l-Assoċjazzjoni xtaqet tirringrazzja lis-siden tal-Barriera, Schembri Brothers u Polidano Group. l-attività għandha l-appoġġ ukoll tad-ditta Dunlop Tyres ta' malta. Ir-reġistrazzjoni tiftaħ fid-9am, bl-attività tibda fl-10am. Ħarsa lejn il-klassifika wara tliet attivitajiet, insibu lil Matthew Gauci fuq mutur Honda bi tliet rebħiet u jinsab jokkupa l-ewwel pożizzjoni f 'din il-klassifika. Gauci jinsab segwit mill-aħwa Scicluna. Joseph Scicluna fuq mutur KTM jinsab fit-tieni post b'39 punt segwit viċin ferm tiegħu minn ħuh Ian Scicluna fuq mutur KTM li jinsab fit-tielet pożizzjoni b'37 punt. Il-klassifika tkompli b'Bernard Sammut fuq mutur KTM jokkupa r-raba' post bi 28 punt filwaqt li fil-ħames post insibu lil Alex Sant Fournier fuq mutur KTM b'26 punt. Fis-sitt post insibu lil Victor Bajada fuq mutur KTM b'25 punt. Il-Klassifika Enduro kollha tinsab fuq is-sit elektroniku tal-Assoċjazzjoni. Intant, l-ASMK avżat li l-attivitajiet għall- kumplament tax-xahar ta Frar se jkomplu nhar is-Sibt li ġej, meta ssir id-'Dinner Presentation 2016', waqt li s-Sibt 27 ta' Frar isiru l-Autocross u l-Motocross. Iktar informazzjoni wieħed jista' jsibha fis-sit elettroniku tal-Assocjazzjoni www. asmk.org.mt jew, jew fil- paġni ta' Facebook. Wieħed jista' jagħmel ukoll kuntatt bl-email fuq l-indirizz elettroniku, info@asmk. org.mt. Sports 'Huwa unur għalija li nilbes il-faxxa ta' captain tal-ikbar tim ġo Ċipru' - Andrè Schembri JEKK hemm plejer malti li f 'dawn l-aħħar snin għamel isem kbir għal malta, m'hemmx dubju li dan kien l-istilla tal-mument, Andrè Schembri. Wara li reġa' rritorna ma' Omonia Nicosia f 'Ċipru matul Jannar tas-sena 2015 wara esperjenza mill-iktar deludenti fil- Ġermanja ma' FSV Frankfurt, huwa reġa' qed jikseb il-forma mill-aqwa li nafuh biha permezz ta' numru ta' gowls, uħud minnhom mill-isbaħ, fosthom doppjetta fir-rebħa ta' 3-1 li kisbu Omonia Nicosia kontra l-leaders tal-Kampjonat Ċiprijott, AEK larnaca. Schembri rnexxielu jsib ix-xibka, l-ewwel permezz ta' penalti fis-56 minta u mbagħad permezz ta' gowl opportunist fid-90 minuta, biex b'hekk issiġġilla r-rebħa għat-tim tiegħu, Omonia Nicosia. Permezz ta' din ir- rebħa, Omonia Nicosia telgħu fir-raba' post tal- klassifika tal-Kampjonat Ċiprijott, fejn issa naqqsu d-distakk mill- istess AEK Larnaca, għal disa' punti. Din il-gazzetta, għamlet kuntatt ma' Schembri nnifsu f 'Ċipru fejn tana dawn il-kummenti rigward l-andament tiegħu bħalissa ma' Omonia Nicosia, fejn huwa afferma li jinsab kuntent ħafna li qed jerġa' jsib il-forma tiegħu. "Ninsab ferm kuntent li erġajt sibt il-forma tiegħi wara xi xhur li fihom ma kontx fl-aħjar forma tiegħi - iżda kulħadd jgħaddi minn mumenti diffiċli fil-karriera tiegħu ta' futboler. Iżda nemmen li issa b'mod gradwali qed jirnexxieli negħleb kull ostaklu, fejn qed nerġa' nsib ix-xibka b'mod kostanti għall-akbar ġid ta' Omonia Nicosia. Tajjeb ngħidu li Andrè Schembri huwa l-viċi- captain ta' Omonia Nicosia, iżda matul dan l-istaġun, fosthom f 'dan l-aħħar konfront kontra AEK Larnaca, fejn Schembri skorja doppjetta, fl-assenza tal-captain tat-tim, l-attakkant internazzjonali Malti ingħata l-inkarigu li jilbes il-faxxa ta' captain. Mistoqsi minn din il-gazzetta, x'emozzjoni jħoss kull darba li huwa jilbes il-faxxa ta' captain ta' Omonia Nicosia, Andrè Schembri kien pront wieġeb li huwa unur għalih li jilbes il-faxxa ta' captain tal-ikbar tim ġewwa Ċipru. 'Għalkemm ma kontx qed inkun regolari, xorta emmen fil-kapaċitajiet tiegħi' - John Mintoff Fl-AħħAr ġimgħat u xhur, kien hemm bosta segwaċi tal-futbol lokali, li bdew isaqsu x'kien sar minnu l-plejer John mintoff. Dan wara li dan l-istess plejer kien ilu ma jidher fl-azzjoni bil- flokk tal-Wanderers għal żmien konsiderevoli. Sliema Wanderers ftit li xejn taw ċans lid-difensur 'right back', John Mintoff, li jkun inkluż magħhom matul dan l-istaġun, u għalhekk ma kinitx kumbinazzjoni li huwa ħalla lit-tim immexxi minn Stephen Azzopardi, biex jingħaqad ma' Tarxien Rainbows, b'self sa tmiem l-istaġun, bl-għażla li jiffirma magħhom b'mod permanenti wara tmiem l-istaġun. Din il-gazzetta tkellmet ma' John Mintoff innifsu, li tajjeb ngħidu li lagħab tmien darbiet bil-flokk tat-tim nazzjonali Malti, fejn talbu jikkummenta kif qed iħares lejn l-esperjenza ġdida fil-karriera tiegħu ma' Tarxien Rainbows. Huwa saħaq li, "nibda biex nirringrazzja lil Tarxien Rainbows, b'mod speċjali lill-kowċ Jacques Scerri, li wera fiduċja fija. Għalkemm ma kontx qed inkun regolari f 'dan l-istaġun, xorta waħda emmen fil-kapaċitajiet tiegħi. Se nagħmel dak kollu possibli sabiex ngħin lit-tim ġdid tiegħi javvanza kemm jista' fil-klassifika. Grazzi wkoll tmur lill-grupp sabiħ ta' plejers li hemm mar-Rainbows, kif ukoll lill- partitarji numerużi tal-istess tim, li laqgħuni ferm. Hemm armonija kbira fit-tim, u lkoll lesti niġbu ħabel wieħed sal- aħħar flimkien," temm jgħid John Mintoff. John Mintoff bil-flokk tat-tim il- ġdid tiegħu, Tarxien Rainbows Illum issir l-ASMK Enduro fil-Fawwara Alex Sant Fournier fuq KTM