Illum previous editions

ILLUM 14 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/640305

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Il-Ħadd 14 ta' Frar 2016 | illum 7 Aħbarijiet Il-PN kien alloka 12.5% tal-Qortin għal pannelli Tkompli minn paġna 1 Il-kelliem qalilna li wara li r-riabilitazzjoni tal-miżbla fil-Qortin tlestiet biss f 'Awwissu tal-2015, "din l-amministrazzjoni issa qed tgħaddi għall-fażi ta' studji dettaljati u konsultazzjoni mal-istakeholders konċernati biex timxi fuq l-aħjar proġett għal Għawdex. Wieħed irid japprezza li miżbla riabilitata tibqa' terħi gassijiet għal perjodu li jista' jaqbeż l-10 snin u għalhekk huwa ovvju li jrid jgħaddi ċertu żmien biex ma jkunx hemm perikli għal min juża l-post. Biss, it-titlu tal-post m'għandux ifixkel dan il-proġett. Kienet l-amministrazzjoni preċedenti li lura fl-2007 ipproponiet żvilupp ta' park ta' rikreazzjoni fil-Qortin li jkun jinkludi 2,400 module ta' pannelli fotovoltajiċi u turbini tar- riħ. Dan huwa kkonfermat f 'paragrafu 6 tal-istqarrija uffiċjali li kienet ħarġet dakinhar li tħabbret il-proposta tal-Gvern ta' dak iż-żmien http://www.doi-archived.gov. mt/EN/press_releases/2007/10/ pr1545.asp. Intant, tajjeb jitfakkar li bl-għeluq tal-miżbla tal-Qortin f 'Awwissu 2015 u bl-inawgurazzjoni tat-transfer station f 'Tal-Kus f 'Diċembru 2015, għall-ewwel darba fl-istorja tiegħu, Għawdex se jiġbor l-iskart, mhux iktar fil-miftuħ bil-konsegwenzi negattivi li jġib miegħu, imma fil-magħluq u f 'ambjent ikkontrollat." Din l-istorja u l-bidla tal- proġett minn park tal-familja għal sit ta' pannelli solari ħarġet fil-beraħ fl-1 ta' Frar wara l-mistoqsija Parlamentari ta' Said "L-ewwelnett mhux aċċettabbli li l-Gvern jarmi proġett ta' Park għall-Familja f ' Għawdex u jagħti l-art fejn kien ser isir lill-kumpanija privata bil-ħabi u bla ma jgħid dan fil-pubbliku. Infatti kellha tkun mistoqsija parlamentri tiegħi biex inkixef dan kollu." "It-tieni mhux aċċettabbli li sit li għal ħafna snin kien ġerħa ambjentali kbira speċjalment għan- nies tax-Xagħra u Marsalforn u li kellu jinbidel f ' Park biex jitgawda mill-familji Għawdxin b'deċiżjoni ta' xi ħadd minn fuq jingħata lill-privat għal skopijiet kummerċjali. Dan is-sit għandu jingħata għall-użu tal-familji Għawdxin kif kien ippjanat. "It-tielet mhux aċċettabbli wkoll li l-ispejjeż enormi li saru biex dan is-sit jiġi konvertit f 'parti tal-familji jiġu mormija. X' ser jiġri mill-investiment li sar sal-lum fit-taħwil ta' eluf ta' siġar, bini ta' ġibjun, permessi għall-park u ħafna iżjed? Xi ħadd irid jerfa' r-responsabilità ta' dan kollu." Skont Chris Said għall- proġett ta' park tal-familja fil-Qortin Malta rċeviet €2.72 miljun mill-fondi Ewropej. Dan apparti li l-gvern ħareġ magħhom madwar €480,000 għal total ta' €3.2 miljuni. Minkejja li l-proġett fih innifsu hu pożittiv, il-fatt li l-Ministru għall-Ambjent u l-Iżvilupp Sostenibbli ħabbar din il-bidla fi tweġiba parlamentari fl-1 ta' Frar seta' ta x'wieħed jifhem li Malta se titlef miljuni f 'fondi mogħtijin mill-Unjoni Ewropea. Iżda l-kelliem għall-gvern qalilna li dan mhux il-każ għax il-fondi ngħataw biex tingħalaq il- miżbla fejn skont tweġiba oħra parlamentari mill-Ministru Leo Brincat sar ħafna xogħol fil-biċċa l-kbira xogħol ta' "re-contouring" u "capping" skont kif stipulat fid-direttivi relatati tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk saret ħidma biex ikunu installati sistemi ta' irrigazzjoni li primarjament kienu meħtiega biex ikunu kontrollati l-emissjonijiet li joħorġu mill-miżbla. Inbena wkoll ġibjun biex jilqa' l-ilma fih li jinżel fuq is-sit u dan jintuża fis-sistema tal-irrigazzjoni, inbnew bjar tal-gass u ġiet installata wkoll sistema tat-trattament tal- gass. "Barra hekk" skont il- kelliem tal-gvern "il-fatt li sa ma jieqfu l-gassijiet u jsir il-proġett maħsub ikunu għaddew aktar minn ħames snin, mhux il-każ li jintilfu l-fondi." Meta tlabnieh jgħidilna x'se jsir mis-siġar li hemm imħawlin, qalilna li dawn saru biex jgħattu l-kruha fid-dehra li kien hemm meta l-Qortin kien miżbla, "dawn jibqgħu hemm flimkien mal-pannelli." Minn stħarriġ li għamel ILLUM instab li fl-aħħar baġit li sar mill-Gvern Nazzjonalista u li kien għadda taħt amministrazzjoni laburista kienet ġiet allokata 6,000 metru kwadru minn total ta' 50,000 metru kwadru (li hi d-daqs tal-miżbla) għal panelli fotovoltajċi li tfisser 12.5% tal-għolja tal-Qortin kollu. Iffaċċjat b'dan it-tagħrif Chris Said qalilna li l-gvern preċedenti kien alloka biċċa żgħira li ma kinitx se ttellef mill-Park innifsu u mhux kif qed jalloka l-gvern preżenti li skont il-Ministru Leo Brincat se jieħu parti sostanzjali tal- Qortin għal pannelli. Fl-2007 kienet saret laqgħa ta' konsultazzjoni dwar il- Park tal-familja u anke ħarġu l-permessi tal-MEPA li kienu ġew applikati għalihom minn Eco Gozo fit-13 ta' Mejju, 2010. Minkejja l-bidliet żvelati fil- parlament wara mistoqsija tad- deputat Nazzjonalista Chris Said, lura f 'Lulju tas-sena l-oħra ċ-ċerman tal-Wasteserv David Borg kien qal hekk, "il-miżbla dilapidata tal- Qortin issa hija kompletament trasformata u riġinerata." Sadattant dwar dan il-kelliem għal Gvern qalilna li l-gvern preċedenti kien tkellem dwar il-park tal-familja iżda ma kien hemm l-ebda permessi maħruġa biex isir park tal- familja u l-ebda pjanta uffiċjali. Tkellimna wkoll mal- Ministeru għal Għawdex, li qalulna li il-proġett qatt ma kien fid-diskrezzjoni tagħhom. Dan anke jekk kienu preżenti għal konferenza stampa li ngħatat mill-Wasteserv seba' xhur ilu, fejn attendew bħala mistednin kif inhi l-prassi. Il-Laburisti 'mweġġgħin' fil-mira ta' ħidmet Mizzi Tkompli minn paġna 1 Joseph Muscat qed jiddependi wkoll fuq il- kariżma u l-imaġini ta' politiku moderat li għandu Mizzi biex jerġa' jirbaħ dik is-sezzjoni ta' 'switchers' li l-partit tilef f 'dawn l-aħħar tliet snin. Minkejja li teknikament għad fadallu biex jiġi elett fil-kariga l-ILLUM huwa infurmat illi Mizzi diġà beda jaħdem biex iqajjem il-kumitati tal-Partit Laburista fl-irħula u jindirizza l-ilmenti tal-laburisti. Din il-gazzetta għandha informazzjoni minn numru ta' persuni fi ħdan il-PL illi Mizzi diġà qed jidentifika nies li se jkunu qed jagħmlu kuntatt ma' votanti Laburisti, speċjalment dawk li dejjem ivvutaw lill- istess partit, u li tbiegħdu mill- partit f 'dawn l-aħħar snin. L-ILLUM tkellem ma' diversi Delegati tal-Partit Laburista. Wieħed partikolari qalilna li ħa pjaċir li sa fl-aħħar xi ħadd mill-partit kien qed ikellimhom. "Konna ilna ftit ma naraw daqshekk interess u nħossu li sa fl-aħħar l-affarijiet bdew jiċċaqalqu fil-partit." Apparti minn hekk, Mizzi għandu fil-mira tiegħu li l-PL jkollu manifest 'rebbieħ' li jkun lest, kemm jista' jkun malajr. Mizzi diġà beda jdur il- Kumitati u jiltaqa' mad-delegati u jkellimhom personalment. Fil-laqgħat Mizzi qed jgħid lid-delegati Laburisti li hu biħsiebu jisma' lill-'grassroots' u jisma' l-ilmenti tagħhom. L-ILLUM hija infurmata li minn dak li qed jasal lil Mizzi f 'dawn l-ewwel ġranet qabel ikun fil-kariga hemm ilmenti tad-delegati li jiċċentraw mar-rabja tagħhom għall-fatt li l-Ministri nsew lin-nies u li l-Gvern ippremja nies li kienu ħaġa waħda mal- Partit Nazzjonalista. Jidher li minkejja ż-żmien li għadda isem Lou Bondi għadu jissemma' ripetutament. Huwa fatt li ħafna Laburisti kienu mweġġgħin ħafna, spjegalna Delegat ieħor tal-PL, għall-fatt li bosta Laburisti kienu injorati u ħaddieħor "li għamel 15-il sena isawwat lill-PL fuq il-mezzi tax- xandir kien ippremjat." Delegat ieħor li ltaqa ma' Mizzi spjega kif dan qallu li hu kien biħsiebu jħares sew lejn l-operat tal-media tal-Partit kif ukoll lejn ir-relazzjoni tal-Partit Laburista mal-għaqdiet mis- soċjetà ċivili. Hija ċara li Mizzi għandu l-barka ta' Muscat u din kienet ċara wkoll ma' dawk li kienu interessati fil-kariga. Tant hu hekk li minkejja li kien hemm persuni u politiċi, fosthom ministri oħrajn li kienu interessati, dawn kienu jafu li ma kellhomx ċans kieku ħarġu għall-kariga. Huwa fatt magħruf li Mizzi hu wieħed mill-favoriti ta' Muscat Is-sit fejn kien hemm il-miżbla tal-Qortin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 Frar 2016