Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/640305
Il-Ħadd 14 ta' Frar 2016 | illum 33 Sports fil-Kampjonati Ewropej f 'Belgrad It-Tim Nazzjonali Malti li rrapreżenta lil pajjiżna fil-Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo f 'Belgrad, fis-Serbja: Alan Borg Cole 1. Niki Lanzon 2. Jerome Gabarretta 3. Nicholas Bugelli 4. Mark Meli 5. Matthew Zammit 6. Stevie Camilleri 7. Jordan Camilleri 8. John Brownrigg 9. Aurelien Cousin 10. Ben Plumpton 11. Dino Zammit 12. Nicky Grixti 13. Riżultati u Skorers - Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo 2016 għal Malta: Malta vs Franza • (7 -17) Skorjaw: Stevie Camilleri 5, Jordan Camilleri 1, Matthew Zammit 1; Sessjonijiet: 0-3, 4 -7, 1-5, 2-2. Serbja vs Malta • (20 - 2) Skorja: Stevie Camilleri 2; Sessjonijiet: 6-0, 5-1, 4-1, 5-0. Kroazja vs Malta (22 • - 2) Skorjaw: Jerome Gabaretta 1, Mark Meli 1; Sessjonijiet: (7-1, 5-1, 5- 0, 5- 0). Spanja vs Malta (14 • - 3) Skorjaw: Niki Lanzon 1, Matthew Zammit 1, Aurelien Cousin 1; Sessjonjijiet: 3-1 , 3 - 0, 7 -1 , 1 -1. Malta vs Rumanija • (7-12) Skorjaw: Niki Lanzon 1, Jordan Camilleri 1, Aurelien Cousin 1, Stevie Camilleri 4; Sessjonijiet: 2-4, 2-5, 1-1, 2-2. Malta vs Slovakkja • (9 - 17) Skorjaw: Stevie Camilleri 6, Mark Meli 1, Matthew Zammit 1, Ben Plumpton 1; Sessjonijiet: 1-4, 2-3, 4-5, 2-5. Malta vs Turkija • (10 -10) Skorjaw: Stevie Camilleri 4, Mark Meli 1, Matthew Zammit 1, Jerome Gabaretta 1, John Brownrigg 1, Aurelien Cosuin 2; Sessjonijiet: 3 -3, 2-0, 4 -5, 1-2; Penalties 4 - 3 (Niki Lanzon falla / Mark Meli skorja / Dino Zammit skorja / Jordan Camilleri skorja / Stevie Camilleri skorja). out', fl-aħħar konfront kontra t-Turkija, fejn ħriġna rebbieħa bl-iskor ta' 14-13. Insemmi wkoll lil Jordan Camilleri u l-plejer Franċiż naturalizzat Malti, Aurelien Cousin, li kienu kolonni fid-difiża Maltija. Huma lagħbu b'esperjenza u determinazzjoni kontra attakkanti ta' livell għoli. Insemmi lil Matthew Zammit, li kien ta' uġigħ ta' ras kontinwu għad-difiża avversarja u rnexxielu jġib ħafna tkeċċijiet favur it-tim tiegħi, kif ukoll lil Jerome Gabarretta u John Brownrigg li alternaw tajjeb fil-pożizzjoni ta' 'centre forward'. Insemmi lil Mark Meli li jien kont nuża bħala 'jolly', f 'pożizzjonijiet differenti, u lit-tliet plejers żgħażagħ Dino Zammit, Ben Plumpton u Nicholas Bugelli, li qdew dmirhom tajjeb ħafna meta daħħalthom jilgħabu, anki f 'mumenti mhux daqshekk faċli, f 'ċerti logħbiet diffiċli. Ħallejt għall-aħħar imma ċertament mhux l-inqas, lill-captain tat- tim nazzjonali Malti, Niki Lanzon, li propju qabel il-logħba kontra t-Turkija ħabbar li din kienet se tkun l-aħħar logħba tiegħu mat-tim nazzjonali, wara karriera twila. Kont jien stess li qiegħdt lil Niki bħala captain tat-tim nazzjonali tiegħi, għaliex fih jien dejjem rajt plejer eċċellenti, imma iktar u iktar bniedem eżemplari kemm fl-ilma u anki barra minnu. Huwa kien parti kbira mis- suċċessi li ksibna bħala nazzjonal f 'dawn l-aħħar snin u se tkun diffiċli ħafna biex fil-futur insibu plejers simili għal Niki. Minn hawn nixtieq nirringrazzjah għal dak kollu li huwa għamel għan- nazzjonal u għall-għajnuna li ta lili personali biex inkun nista' mmexxi lil dan it-tim bl- aħjar mod possibli, peress li għalija kien dejjem l-persuna intermedjarja bejni u bejn il-plejers. Nixtieq nispiċċa bi ftit ringrazzjamenti dovuti wara din l-esperjenza li diffiċli tintesa. Importanti ħafna li ringrazzjament qawwi imur għall-familja kollha tiegħi, fosthom il-mara Diane u t-tifel li dejjem kienu warajja u tawni s-sapport personali kollu meħtieġ wara s-sagrifiċċju kollu li ġab miegħu dan it-tournament. Mhux faċli li tagħmel xejn inqas minn 16-il ġurnata barra mid-dar, u ta' dan nirringrazzjahom minn qalbi. Nirringrazzja wkoll lill-familji tal-plejers u l-istaff kollu. Minn qalbi nirringrazzja b'mod speċjali lill-President tal -ASA, is-Sur Joe Caruana Curran, li dejjem emmen fija imma iktar u iktar għamel dak kollu possibli biex jikkuntentani dejjem fir- rikjesti tiegħi fil-'build-up' għal din il-kompetizzjoni u wkoll talli għaraf iwassal lin-Nazzjonal u l-assoċjazzjoni Maltija tal-Waterpolo fejn jinsabu bħalissa. Nirringrazzja wkoll lill-Kap tad-Delegazzjoni Maltija f 'Belgrad Karl Galea, tax-xogħol impekkabli li għamel ġewwa l-belt kapitali Serba, kif ukoll lis-Segretarju Ġenerali Rita Azzopardi tax-xogħol li għamlet minn Malta stess, u lill-Kumitat Eżekuttiv kollu tal-ASA. Nirringrazzja wkoll lill-Prim Ministru Joseph Muscat, lis-Segretarju Parlamemtari, Chris Agius, tal-għajnuna kollha li għoġbuhom jagħtuna, kif ukoll lill-'coaching staff ' tiegħi, fosthom l-assistent kowċ Anthony Farrugia, u l-kowċ tal-goalkeepers, Adrian Cachia, tax-xogħol siewi u importanti li huma għamlu. Nirringrazzja wkoll lill-fiżjo-terapista Andrew Cole, li kellu ħafna x'jagħmel tul is- 16-il ġurnata li qattajna ġewwa Belgrad, kif ukoll lill-klabbs li kkoperaw bis-sħiħ miegħi, u ta' dan nirringrazzjahom ħafna. Nirringrazzja wkoll lil Rodney Vassallo u lil Edmund Curmi f 'isem il-PBS tal-'coverage' qawwi li tawna, lill-partitarji Maltin li telgħu apposta biex jagħtuna s-sapport tagħhom fl- aħħar logħbiet, u l-aħħar imma ċertament mhux l-anqas għax huma importanti ħafna - il- plejers kollha tad-dedikazzjoni, serjetà, u r-rispett li huma wrew lejna l-kowċis u tal-impenn massimu tagħhom tul il-'build-up' għal dawn il-Kampjonati Ewropej, kif ukoll fil- Kampjonati nfushom ġewwa Belgrad," temm jgħid Karl Izzo. Il-goalkeeper żagħżugħ tat-tim nazzjonali tal-Waterpolo, Nicky Grixti, jiddefendi l-lasti ta' pajjiżna