Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/640305
Kif għażilt il-futbol fost tant sport ieħor? L-imħabba tiegħi lejn il-futbol minn dejjem kienet fija, speċjalment minħabba missieri li kien kowċ u anki minn xi membri tal-familja oħra tiegħi, li huma wkoll iffissati fuq il-futbol. Kif tiddeskrivi l-istaġun ta' Valletta s'issa, speċjalment wara li qabel il-bidu ta' dan l-istaġun, xejn ma kien hemm aspettativi li kontu se tiġġieldu għall- unuri prinċipali? S'issa sejrin tajjeb, iżda rridu nżommu saqajna mal-art. Bdejna l-istaġun bl- aspettattiva li ma konniex se niġġieldu għar-rebħ tal-Kampjonat, għalhekk ma kellniex il-pressjoni tas-soltu li t-tim ta' Valletta irid dejjem jiġġieled għall-unuri. It-tragward tagħna bħala tim fil-bidu tal-istaġun ma kienx dak li nirbħu l-Kampjonat, iżda dak li nibnu l-pedament għas-snin li ġejjin. M'hemmx dubju li sikkittu lill-kritiċi tagħkom u tajtu risposta lil kulħadd, hekk kif tabilħaqq tinsabu fl-ewwel post tal-Kampjonat BOV Premier... Hekk hu. Issa la qegħdin f 'din il- pożizzjoni, irridu nippruvaw nibqgħu hemm sal-aħħar, u ma naqtgħux lura biex fl-aħħar mill-aħħar, f 'Mejju li ġej niġġieldu għar-rebħ tal-Kampjonat. Jidher li l-kowc ta' Valletta Paul Zammit għandu fiduċja assoluta fik, hekk kif regolarment qed narawh jinkludik mal- ewwel 11 tat-tim Belti. Xi jfisser għalik dan il-kowċ? Fil-bidu tal-istaġun kont tkellimt b'mod personali miegħu, fejn kien qalli li hu jemmen ħafna fil-potenzjal tiegħi u kont se nkun inkluż iktar fl-iskwadra ta' Valletta. Jien biex nirringrazzja lilu tal-fiduċja assoluta li hu kien wera fija, bdejt nimpenja iktar ruħi fit-taħriġ tiegħi u anki fil-grawnd. Sfortunatament, fil-passat riċenti rajna xi plejers Beltin bħal Ian Zammit, Kurt 'Maxi' Magro u l-goalkeeper Yenz Cini, li ftit li xejn ingħataw ċans ma' Valletta u b'hekk ingħaqdu ma' timijiet oħra biex magħhom jingħataw iktar ċans li jkunu fl-azzjoni. Iżda jidher li dan l-argument ma jgħoddx għalik, hekk kif int ingħatajt iċ-ċans li tkun fl-ewwel skwadra ta' Valletta. X'tikkummenta rigward dan? Kont fortunat, però naħseb li ħdimt biex nilħaq dan it-tragward fejn sibt ukoll l-għajnuna tal-kowċ Paul Zammit, kif ukoll tal-plejers sħabi. X'inhuma l-opinjonijiet tiegħek fuq il-president ta' Valletta Victor Sciriha u l-Viċi Presidenti Alexander Fenech (is- 'Sunny'), kif ukoll Paul Spiteri? Jidher ukoll li hemm fiduċja assoluta fija minn dawn il-persuni li int semmejt. Dan għax fil-passat riċenti kien hemm xi klabbs Maltin li talbu li jakkwistawni b'self jew anki għal kollox, iżda d-diriġenti għolja ta' Valletta ma kinux aċċettaw li nħallihom. X'tikkummenta fuq il-kowċ tat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena, Silvio Vella? Il-kowċ Silvio Vella jaħdem ħafna fil-preparazzjoni tat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena, fejn ikolli ngħid li qed niksbu suċċess. Bħala kowċ, huwa ippreparat tajjeb u anki fejn tidħol skwadra, jippreparaha tajjeb ħafna kemm tattikament, kemm fiżikament kif ukoll mentalment. Taħt il-gwida tal-kowċ Ray 'Żażu' Farrugia ġieli lgħabt mat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena? Kont mgħajjat għal-logħba partikolari, però ma lgħabtx. Niġu issa għat-tim nazzjonali tal-kbar fejn f 'Novembru li għadda, l-kowċ Taljan Pietro Ghedin tak id-debutt f 'logħba ta' ħbiberija kontra l-Ġordan. X'emozzjoni ħassejt dakinhar? Mat-tim nazzjonali tal-kbar, iddebuttajt f 'Novembru li għadda meta dħalt bħala sostitut f 'logħba ta' ħbiberija kontra l-Ġordan. Din kienet esperjenza tassew sabiħa, li setgħet kienet isbaħ li kieku ma kontx ilqatt il-lasta, u kien jirnexxieli niskorja propju fid-debutt tiegħi. Nagħmel ħilti matul l-istaġun kollu biex b'hekk inkun nista' nsib posti iktar fit-tim nazzjonali tal-kbar, iżda għalissa jien għadni nifforma parti mit-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena. Xi tħoss kull darba li tilgħab kontra Mosta bil-flokk ta' Valletta? Dan minħabba l-fatt li l-assistent kowċ ta' dan it-tim, mhuwa ħadd ħlief missierek, Anton Cremona... Bħala preparazzjoni għal-logħba, din tkun l-istess għal-logħbiet oħra, u ma jsir xejn partikolari differenti. Rigward il-logħba nnifisha, l-unika ħaga li tkun differenti minn logħbiet oħra, tkun dik li missieri minflok isegwini mill-istands, isegwini minn fuq il-bank ta' Mosta. Ironikament, propju fiż-żewġ logħbiet li fihom affrontajna lil Mosta, li tagħhom missieri huwa l-assistent kowċ, irnexxieli niskorja l-uniċi żewġ gowls tiegħi matul dan l-istaġun, bil-flokk ta' Valletta. Int li għalkemm għad għandek biss 20 sena, diġà kellek l-opportunità li tilgħab f 'diversi stadia mill-aqwa u tuża riżorsi relatati mal-futbol tal-ogħla livell, kif tikkumpara r-riżorsi u l-istadia li fihom tilgħab regolarment f 'Malta ma' Valletta u mat-tim nazzjonali? Bħala faċilitajiet f 'pajjizna dejjem nippruvaw intejbu l-livell tagħna. Pereżempju, bħala Valletta qed nippruvaw nagħmlu gym fil-grawnd fejn nittrenjaw stess. Iżda, xorta waħda naħseb li fejn jidħlu faċilitajiet sportivi, dawn xejn ma jikkumparaw tajjeb ma' dawk li nsibu barra minn Malta. U dan minħabba diversi fatturi, fosthom dawk marbutin ma' finanzi u anki għall-fatt li aħna pajjiż żgħir wisq. Però, mill-ftit faċilitajiet sportivi relatati mal-futbol li għandna f 'pajjiżna, bħala amministrazzjni tal-MFA qed jippruvaw li dawn ikunu tal-aħjar livell possibli, iżda xorta waħda jibqgħu jidhru ċerti limitazzjonijiet. Ġaladarba semmejt l-amministrazzjoni tal-MFA, x'tikkumenta fuq din l-amministrazzjoni mmexxija mid-duo Norman Darmanin Demajo u Bjorn Vassallo? Naħseb li tul dawn l-aħħar snin, 34 illum | Il-Ħadd 14 ta' Frar 2016 Cristian Antony Muscat Sports Llywelyn Cremona - għalkemm ta' 20 sena, qed ikollu staġun mill-aqwa ma' Valletta, tant li kiseb post b'mod regolari mal-ewwel 11 fit-tim mimli stilel ta' Valletta. Huwa wkoll pedina ferm importanti tat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena, b'aspirazzjoni li 'l quddiem jirnexxielu jagħmilha fit-tim nazzjonali tal-kbar. Iż-żagħżugħ Belti jwettaq il-ħolma "Il-ħolma ta' kull plejer Belti li huwa mill-Belt Valletta u li jilgħab ma' Valletta FC, dejjem tkun li jibqa' jilgħab ma' dan it-tim"