Illum previous editions

ILLUM 14 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/640305

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 14 ta' Frar 2016 | illum 21 TELEVIXIN Ittri L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt Gas down Anthony Duca, Ħal Għaxaq Naħseb li kulħadd għadu jiftakar din il-frażi li kien jirrepeti l-kap tal-PN waqt il-kampanja elettorali. Forsi kienet tinstema' esaġerata dakinhar. Però, wara tliet snin ta' dan il-Gvern immexxi minn Joseph Muscat, l-istejjer ta' taħwid, abbużi, aġir aktar ta' ħakma milli ta' Gvern ma waqfux joħorġu. Dawn qed juru li pajjiżna sejjer gas down għall-qiegħ. Minkejja dan it-taħwid u tgħaffiġ kollu, nies ta' ċertu integrità qed jagħmlu bħat-tliet xadini: la jaraw u jisimgħu u wisq inqas jitkellmu. Żgur li ħadd ma jista' jirraġuna li dak li qed jiġri ma jaffetwahx. Għax il-ħsara qed issir lill-pajjiż, u l-konsegwenzi, jekk mhux illum, għada jbatihom kulħadd. Jekk ma nħallsux aħna għal dak li qed jiġri, għad iħallsu wliedna. Ir-rapport tal-awditur, il-ħatra ta' żewġ maġistrati li komplew mas- sensiela ta' abbuż ta' poter, żgur li komplew jitfgħu dell ikrah fuq pajjiżna. Fl-imgħoddi wkoll kien hawn min beda jkisser u l-poplu qallu tkomplix tkisser, ejjew qabel ma jkun tard, illum ukoll ngħidu lil min qed jaħkem, ieqaf u tkomplix tkisser għax dan pajjiżna mhux tiegħek, imma tagħna lkoll. Dun Manwel Cutajar jikteb minn Torovice, l-Albanija: MiNN qalbi nrodd ħajr lill-Mission Fund għall- għotja ġeneruża ta' €2000 biex inkun nista' ngħin lill-familji foqra li jgħixu f 'erbat irħula li jiffurmaw il-parroċċa tiegħi, Torovice, fin-naħa ta' fuq tal-albanija. Dawn il-familji jduru lejna s-saċerdoti u s-sorijiet biex ngħinuhom ilaħħqu mal- ispejjeż tal-ħajja. Fil-fatt aħna nqassmu pakketti tal-ikel tliet darbiet fis- sena, fil-Milied, fl-Għid u f 'Santa Marija lil 300 familja. Ngħinuhom ukoll fix-xiri tal-mediċini. Barra minn hekk nieħdu tfal u żgħażagħ għand id-dentist anke għaliex ħafna familji ma jagħtux kas tas-saħħa dentali ta' wliedhom. Dan l-aħħar bdejna skema ta' għajnuna lill-familji l-aktar foqra li għandhom uliedhom jattendu l-università jew skola sekondarja. B'koperazzjoni mal- għalliema, qed inħallsu wkoll l-ispejjeż tal-kotba għat-tfal li jattendu l-iskola primarja. Il-miżata hija biss €20 fis-sena iżda għandna diversi familji, speċjalment dawk numerużi, li ma jkunux jistgħu jħallsu dan l-ammont. Qed norganizzaw u nkopru l-ispejjeż ta' logħbiet tal-futbol 6-a-side tat-tip calcetto, attività verament popolari u mixtieqa f 'żona fejn iż- żgħażagħ m'għandhom xejn biex jedhew. Meta jkolli ċans, immur nara l-futbol f 'wieħed mit-tliet bars li għandna fil-parroċċa. Naturalment iċċelebrajt magħhom meta l-Albanija rebħet post fil-logħbiet finali tal-Kampjonat Ewropej tal-futbol li ser isiru fi Franza din is-sena. X'festa kellna! Qed nagħmel minn kollox biex noħloq attivitajiet għaż-żgħażagħ, li huma l-kategorija l-iktar ikkastigata fis-sitwazzjoni preżenti tal-irħua minsijin tagħna. Xi xahar ilu, ċempluli s-sorijiet u qaluli li għandna funeral ta' żagħżugħ li ddeċieda li jtemm ħajtu. Xi dwejjaq... min jaf kemm- il darba ħadna drink flimkien, din hija l-unika konsolazzjoni li qatt jista' jkolli f 'ambjent li jikkastiga bis-sħiħ liż-żgħażagħ tagħna. Spiċċajt fuq nota negattiva, imma din hija r-realtà. Aħna ilna ngħixu fil-Ġublew tal-Ħniena mniedi mill- Papa Franġisku. Mhuwiex faċli. Mhux dejjem hu possibbli taqdi lil kulħadd u f 'dak kollu li jitolbu. Jaqbduk id-dwejjaq meta trid tgħid 'le'. Aħna limitati f 'dak li nistgħu noffru. Però nagħmlu dak kollu li nistgħu biex ngħinu lil min jiġi jħabbat il-bieb tagħna. Għalhekk qegħdin hawn... biex noħolqu tbissima. Kif inhu mixtieq, nappella lill-qarrejja ħalli jgħinu lill-Mission Fund fil- ħidma siewja tiegħu billi jibagħtu bolol użati jew donazzjonijiet. Donazzjonijiet jistgħu jsiru online jew direttament bi trasferiment bankarju fuq wieħed minn dawn il-kontijiet: 061 197 448 050 (HSBC) jew 200 008 207 62 (APS) jew 000 879 631 01 (BANIF). Aktar informazzjoni tista' tinkiseb mis-sit www. missionfund.org.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 Frar 2016