Illum previous editions

ILLUM 14 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/640305

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 14 ta' Frar 2016 | illum 3 Aħbarijiet minn Albert Gauci Cunningham "M'heMMx pjani jew impenn biex l-iskema tal- First Time Buyers tkun estiża, anke jekk id-deċiżjoni finali se tkun qed tittieħed qabel l-baġit li jmiss. Dan sostnieh mal-ILLUM il- Ministru tal-Finanzi edward Scicluna ftit wara li kien ta indikazzjoni fuq l-istess linja fil-programm Dissett ta' nhar l-erbgħa li għadda. F'risposta għal mistoqsijiet ta' din il-gazzetta Scicluna qal illi issa li din il-miżura iġġeddet għat-tieni darba "kemm teoretikament kif ukoll, minn dak li qed jgħidu nies li huma fin-negozju, parti mill-vantaġġ jista' jieħdu l-bejjiegħ." L-Iskema għal First Time Buyers li minnha persuna jew koppja li kienu se jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom setgħu jiffrankaw sa €5,000 wasslet għal imbottatura qawwija fis-settur tal- proprjetà f 'dawn l-aħħar sentejn. Huwa fatt magħruf li din l-iskema wasslet għal żieda notevoli fis-settur. Tant kienet meqjusa pożittiva din il-miżura li l-Prim Ministru kien saħansitra semmieha fl-indirizz tiegħu lin-nazzjon nhar l-ewwel tas-sena. Minkejja dan, kemm fil- kummenti lil din il-gazzetta kif ukoll fir-risposti tiegħu lil Reno Bugeja, il-Ministru tkellem fis-sens li l-għan tal- miżura issa ntlaħaq, jiġifieri dak li jerġa' jqum fuq saqajh is-settur tal-proprjetaà 'Naqblu mija fil-mija mal- Ministru' Intant din il-gazzetta għamlet kuntatt ukoll maċ- ċermen tal-Malta Developers Association Sandro Chetcuti, li taħtu taqa' wkoll il- Federazzjoni tal-Aġenti tal-Proprjetà Maltin. Minkejja s-suċċess tal-miżura, Chetcuti sostna illi jaqbel mija fil-mija mal-Ministru Scicluna. Mistoqsi jispjega għalfejn, huwa qal illi fil-fatt din il- miżura wasslet għal tkabbir qawwi f 'settur li kien qed jirreġistra tkabbir pjuttost kajman. "Imma nifhem ukoll li biż-żmien miżura bħal din tista' tindara u b'konsegwenza dak li qed jiffranka x-xerrej jibda jgawdi minnu l-bejjiegħ minflok, għax it-taxxa ffrankata tidħol parti minn prezz ogħla tal-proprjetà. Mistoqsi jekk dan hux diġà qiegħed isir Chetcuti ċaħad u qal li l-kompetizzjoni għall- housing affordabbli hija tant kbira bħalissa li ma jkunx jagħmel sens għal dawk fin- negozju li jżidu l-prezzijiet. Minkejja dan ma ċaħadx li kien jibda jkun il-każ kieku l-iskema tibqa' tkun estiża. Intant bħalissa fir-Renju Unit il-Gvern Konservattiv għadu kemm nieda skema simili bl-isem Help-to-Buy li qed ikollha rispons qawwi ħafna, speċjalment fid-dawl ta' prezzijiet għoljin tal-proprjetà fil-pajjiż u fi bliet bħal Londra. Deidun kawt dwar il-poteri tal-Awtorità għall-Ambjent minn Mark Borg IL-ProFeSSUr Alan Deidun, li kien maħtur bħala r-rappreżentant tal-għaqdiet ambjentali fuq l-Awtorità ġdida għall-Ambjent u riżorsi, qal lill-ILLUM li għalissa se jkun kawt dwar il- poteri tal-Awtorità "billi din għadha lanqas ġiet imwaqqfa uffiċjalment." hu kompa jassigura iżda li "se nagħti il-101% tiegħi biex l-Awtorità tkun vuċi relevanti fl-era tal-lum. Naf ukoll li hemm ħafna aspirazzjonijiet u tama madwar din l-Awtorità mill-pubbliku u għalhekk ħadd mill-membri l-ġodda ma jixtieq jiddiżappunta. Biex l-Awtorità jkollha aktar poteri, irridu naħdmu aħna biex nikkonvinċu mill-bżonn ta' dan." L-ILLUM staqsiet lil Deidun ukoll kif bi ħsiebu jaqdi r-rwol tiegħu fl-Awtorità. "Naħseb li l-aħjar mod li nagħmel dan huwa billi nkun jiena nnifsi fidil lejn il-prinċipji ambjentali tiegħi, bħalma dejjem għamilt f 'dawn l-aħħar 20 sena. Naħseb li l-NGOs għażluni wkoll għat-tenaċita u l-grinta li xi drabi naf nuri. Dan mhuwiex ser jonqos fuq kwistjonijiet li jien ma naqbilx magħhom. Wara l-ewwel laqgħa li l-Bord kellu mal-Ministru Leo Brincat il-gimgħa l-oħra, jien bgħatt email lill-NGOs kollha biex naġġornahom fuq dak li ntqal. Hekk ħa nibqa' nagħmel," wiegħed Deidun. "Jien għandi l-appoġġ tal-maġġoranza tal-NGOs u ser naħdem biex nikkonvinċi bil-ħidma tiegħi lill-NGOs ambjentali lokali kollha." "X'se jkunu l-prijoritajiet tiegħek għall- ewwel sena tal-awtorità?" staqsejnieh. "Jien nixtieq li titwessa s-sistema ta' permessi ambjentali li taqa' taħt l-iskrutinju tal-pubbliku," qal Deidun, "għax bħalissa attivitajiet li jikkwalifikaw taħt is-sistema tal-permessi taħt l-IPPC (Integrated Pollution Prevention and Control) jgħaddu minn dan l-għarbiel. Jien nixtieq li dan l-għarbiel jitwessa għal kull attivita li tarmi xi sustanza fl- arja, fil-baħar jew fuq l-art, anki jekk fuq skala żgħira, biex dawn ikollhom bżonn permess ambjentali wkoll minbarra dak tal-ippjanar. Dan għandu jagħmel lill-Awtorità għall-Ambjent u Riżorsi aktar relevanti fil- kuntest tal-lum." Hu kompla, "jiena wkoll ser immexxi 'l quddiem il-proposta li għamel riċentement it-Today Public Policy Institute fuq entità ġdida li tissejjaħ Natura 2000, biex javvanza 'l quddiem l-immaniġġjar taż-żoni protetti f 'Malta, għax bħalissa ħafna minn dawn iż-żoni qegħdin isofru minn nuqqas kroniku ta' fondi għall-immaniġġjar." Mistoqsi għall-opinjoni tiegħu dwar il-qasma tal- MEPA f 'żewġ awtoritajiet, Deidun qal "Jiena personalment ktibt kemm- il darba li ma naqbilx li l-Awtorità għall-Ambjent u Riżorsi ma jkollhiex is- saħħa tal-veto fuq il-ħruġ ta' permessi ta' żvilupp. Kont ukoll nippreferi li kieku l-NGOs ambjentali ngħataw aktar spazju fl-Awtorità u fl-istrutturi l-oħra tal-MEPA. Naf li hemm individwi validissimi fil-MEPA li l-ħiliet tagħhom ċertament jistgħu jintużaw aħjar. Wieħed irid jara kif ser taħdem din il-famuża 'MEPA demerger'. Tirnexxi biss jekk l-ambjent jingħata l-importanza li jixraqlu fil-MEPA li bħalissa ddominata mis-settur ta' l-ippjanar." M'hemmx pjani biex tkun estiża l-iskema tal-First Time Buyers "Nixtieq li l-għarbiel jitwessa għal kull attività li tarmi xi sustanza fl-arja, fil- baħar jew fuq l-art biex dawn ikollhom bżonn permess ambjentali wkoll minbarra dak tal- ippjanar"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 Frar 2016