Illum previous editions

ILLUM 1 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/673687

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

NEWSPAPER POST Nr 498 • 01 ta' Mejju 2016 www.illum.com.mt €1.00 Il-kowċ taċ- champions Valletta intervistat Ara paġni 34 u 35 'Ma ħriġtx għax jien proponejtu lil Konrad' ... jgħid li ma kkontestax qabel għall-kariga ta' Deputat Mexxej għax kien hu li ppropona lil Konrad Mizzi minn Albert Gauci Cunningham "JIEN kont l-ewwel persuna li ċempilt lil Konrad Mizzi u proponejtu bħala Deputat Mexxej ġdid tal-Partit Laburista."Hekk sostna mal-gazzetta ILLUM il-Ministru Chris Cardona meta mistoqsi għalfejn ma tefax in- nomina tiegħu għall-istess kariga fl-elezzjoni interna tal-PL li saret fi Frar li għadda u li għaliha kkontesta biss il-Ministru Konrad Mizzi. Dwar jekk iħossx li dakinhar Mizzi kien impost fuq il-partit mill-Mexxej Laburista, Cardona sostna li "Joseph Muscat ma jimponi fuq ħadd" u ddefenda l-għażla ta' Mizzi bħala Deputat Mexxej, liema kariga l-istess Konrad Mizzi rreżenja minnha din il- ġimgħa. Għalkemm Chris Cardona huwa l-unika persuna li s'issa tefa' n-nomina tiegħu għall-kariga ta' Deputat Mexxej, l-ILLUM hija nfurmata li hemm kurrenti favur il-Ministru Edward Zammit Lewis, kif ukoll favur ir-ritorn ta' Toni Abela fil-kariga. Jidher li minn dawn it- tlieta, Abela, li ma kellux in-nomina għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri approvata, għad għandu ċerta saħħa fost l-għeruq tal-partit. Abela kiseb ukoll is-simpatija ta' ħafna Laburisti li ħassew li l-PN kien l-id moħbija wara n-nuqqas ta' approvazzjoni ta' Abela fl-Unjoni Ewropea. Mal-ILLUM Cardona jammetti li bħalissa l-Partit Laburista għaddej minn żmien diffiċli u li "ma konniex viċin in-nies biżżejjed" għalkemm jgħid ukoll li "l-Partit se jissupera dan il-mument permezz tal-viżjoni ta' Muscat u r-riżultati eċċellenti li qed jikseb pajjiżna." Tkompli f 'paġna 5 Reshuffle: Kuraġġ jew farsa? Mallia: Ma kinitx deċiżjoni faċli Ara paġni 6-7 Ara paġna 5

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 May 2016