Illum previous editions

ILLUM 17 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/704283

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

NEWSPAPER POST Nr 509 • 17 ta' Lulju 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista esklussiva mal-president ta' Gżira United, Sharlon Pace Ara paġni 34 u 35 'Allahu akbar u qabdu jisparaw' Sitt xhur wara u għadu lampa stampa... minn Albert Gauci Cunningham MINKEJJA li għaddew sitt xhur sħaħ minn meta din il-gazzetta kienet ippubblikat storja dwar l-inġustizzja li sofra Edgar Farrugia fl-2005, hu u l-familja Farrugia għadhom jittewbu u bla ebda forma ta' kumpens. Dan wara li l-proprjetà tagħhom fi Triq San Nikola l-Belt Valletta kienet rekwiżita fl-1988 u sussegwentement, fl-2005 trasferita darbtejn f '24 siegħa minn wara daharhom u mingħajr ma ħadu sold f 'kumpens. Anke jekk fil-fatt id-Dipartiment tal- Artijiet ammetta l-iżball, sitt xhur wara li kienet ippubblikata din l-istorja, 11-il sena wara li kienet trasferita l-proprjetà ta' Farrugia lill-kumpanija lokali minn wara dahru u 16-il sena wara r-rekwiżizzjoni, Farrugia għadu lampa stampa. Mhux talli hekk, talli f 'kuntatt ma' din il-gazzetta Farrugia qal li minn mindu żvela l-każ tiegħu mal-ILLUM sab biss bibien magħluqin. Żgumbrament ieħor fil-Belt Tkompli f 'paġna 5 ERBA' ħwienet u dawk li jaħdmu fihom fil-Belt Valletta qed jiffaċċjaw futur inċert hekk kif intbagħtitilhom notifika ta' żgumbrament u s'issa jidher li għadhom ma ngħatawx post alternattiv għan-negozju tagħhom. L-ILLUM hija infurmata li tnejn minn dawn il-ħwienet qegħdin man- naħa tal-faċċata tal-Konkatidral u tnejn oħra fi Triq il-Merkanti. Dan qed isir hekk kif il- Fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann bdiet bi proġett ambizzjuż ta' estensjoni tal-Mużew biex ikun jista' jesebixxi aħjar it-tapizzeriji mill-isbaħ. Kelliema għas-Segretarjat tal- Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva ikkonfermat in- notifikazzjoni tal-iżgombru u qalet li s-Segretarjat jiltaqa' mal-avukati rispettivi tan-negozjanti, ladarba "jkollna l-informazzjoni mill-Fondazzjoni." Edgar Farrugia minn Albert Gauci Cunningham u John Busuttil "ILPARTITARJI tal- President Erdogan bdew jgħajtu Allahu Akbar huma u joqtlu suldati li wara kollox huma Torok bħalhom." Hekk sostniet Fairuza*, mara Torka li tgħix Istanbul u li esperjenzat il- ġlied u l-qtil fit-toroq ta' din il-belt Torka, f 'kolp ta' stat li ħalla 160 persuna mejta u b'idejn Erdogan aktar b'saħħithom fuq pajjiżu milli qatt kienu. "Bqajt skantata meta Erdogan mar fuq it-TV u fuq ir-radju u beda jħeġġeġ lill-partitarji tiegħu biex joħorġu jiġġieldu għalih. Ara kif spiċċajna! Torok joqtlu t-Torok għalih. Jiddispjaċini u nweġġa' li kelli nara tant nies jinqatlu imma, kieku ma kienx kollu teatrin, kont nixtieq li l-kolp irnexxa u Erdogan tilef postu." F'kuntatt dirett ma' din il-gazzetta, Fairuza li ma tiddejjaqx tgħid li temmen fis-sekulariżmu u għalhekk li l-istat u r-reliġjon m'għandhomx ikunu ħaġa waħda, spjegat kif is-sitwazzjoni fit-Turkija issa hija agħar milli qatt setgħet kienet. "L-affarijiet issa sejrin ħażin ħafna, kollox riesaq lejn l-estrem, anke fl-iskola m'uliedna qed naraw sistema li qed ddur dejjem aktar mal- ideoloġija reliġjuża. In-nies fil-Gvern iridu bilfors jaqblu ma' Erdogan jekk iridu jibqgħu fil-poter." Araw xi prezz qed inħallsu għall-ambizzjonijiet ta' politiku. Qed inħallsu bil- mibgħeda bejnietna stess." *Il-mara li kellmitna ma xtaqitx tikxef l-identità tagħha "għax tant għandna demokrazija fit-Turkija li jekk ninkixef, nispiċċa l-ħabs." Fairuza huwa isem fittizju. 'Spiċċajna niġġieldu bejnietna u nxerrdu demm xulxin, tgħid mara Torka mal-Illum' Tkompli f 'paġni 10 u 11 Tkompli f 'paġna 2

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 July 2016