Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/704283
GĦALKEMM jirrappreżenta proporzjon konsiderevoli mill-Prodott Domestiku Gross Ewropew, is-settur turistiku fl-Ewropa qed jaqa' lura fil-konfront tal-kompetizzjoni internazzjonali, u sehmu mis- suq globali naqas minn 51% fis-sena 2000 għal taħt l-40% s-sena li għaddiet. Fi kliem il-Kummissarju Ewropew għas-Suq Komuni, Elizbieta Bienkowska, minn hawn u l-2030, dan is-sehem mistenni jinżel għal 31%. Il-Kummissjoni Ewropea mistennija tippreżenta pjan ta' azzjoni li jippromwovi l-ħiliet ġodda biex tgħin lill-persuni jidħlu fis-suq tax-xogħol u tippermetti lis-settur turistiku jadatta ruħu għall-isfidi ta' għada. "Dan il-pjan huwa meħtieġ biex ikun hawn titjib fil- livelli tal-ħiliet fl-Ewropa biex jitkattru l-prosperità, il-kompetittività u t-tkabbir," qalet il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli. B'reazzjoni għal diversi mistoqsijiet li għamlet Dalli dwar is-suġġett, il- Kummissjoni Ewropea qalet li l-fokus tal-azzjonijiet se jkun l-għajnuna li se tingħata lill-individwi biex jiżviluppaw u jtejbu l-ħiliet tagħhom; is-sostenn għad-dokumentazzjoni, it- trasparenza u l-komparabbiltà tal-ħiliet u tal-kwalifiki; u l-offerta ta' intelliġenza aħjar dwar il-ħiliet li hemm bżonn. Fi tweġiba separata għal mistoqsija ta' Dalli, il- Kummissjoni qalet li aġġornat gwida dwar il-finanzjament mill-UE intenzjonat għat- turiżmu, biex tgħin lis-settur tat-turiżmu jifhem aħjar is-sostenn li l-UE tagħti lill- investimenti. Bil-għan li t-turiżmu jerġa' jingħata l-ħajja, il-Membru Parlamentari Maltija ħeġġet lill-Kummissjoni biex tkompli tikkontribwixxi fit-tisħiħ tar- reputazzjoni tal-Ewropa bħala destinazzjoni turistika fi swieq terzi permezz tat-tkattir tas- sinerġiji bejn it-turiżmu, il-wirt kulturali u l-industriji kulturali u kreattivi. Dalli ħeġġet ukoll għal iżjed koperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea għat-Turiżmu (ETC) biex l-Ewropa tiġi promossa bħala destinazzjoni f 'pajjiżi terzi. Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 17 ta' Lulju 2016 Il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima jixtieq jinforma lil dawk kollha interessati li l-kwotazzjoni imsemmija hawn taħt ġiet ippublikata: Servizzi ta'Outside Caterer biex jieħ du sehem fl-International Green Week (Berlin) 2017 f'isem l-MSDEC Data tal-egħluq għall-sottomissjoniet: 19 ta' Lulju 2016 fl-10am Id-dokumenti tal-kwotazzjoni jistgħu jinkisbu mingħajr ħlas u jistgħu jintwerew jew jitniżżlu u sottomessi BISS mis-sit tal-e-tenders fuq http://etenders.gov.mt Is-suq turistiku Ewropew mistenni jinxtorob b'31% "Jeħtieġ pjan ċar biex is-suq jadatta ruħu għall-isfidi t'għada" - Miriam Dalli 'Itfgħu ġo gaġġa jew aqbeż 'il barra' Tista' żomm kelb f'idejk fuq tal-linja...jekk issib lix-xufier f'burdata tajba minn Albert Gauci Cunningham PASSIĠĠIERI li jitilgħu fuq tal-linja b'kelb, jew annimal ieħor mhux maqful qed ikollhom jaffaċċjaw it-twissijiet tal- ħaddiema tal-kumpanija li topera t-trasport pubbliku. Dan anke jekk jidher li m'hemm ebda direzzjoni ċara dwar jekk passiġġier jistax ikollu kelb jew le f 'idejh fuq tal-linja. Minn kuntatt li għamlet din il-gazzetta mas-sezzjoni tal-customer care tal-Malta Public Transport (MPT) ġejna infurmati li fil-fatt jekk persuna titlax jew le bil-kelb fuq tal-linja, hija "fid-diskrezzjoni tax- xufier, jiddeċiedi hu." L-ILLUM waslulha lmenti mingħand xi persuni li kienu fuq tal-linja bil-kelb mhux f 'gaġġa u li ntqal lilhom bl-aktar mod ċar li ma jistgħux iżommu annimali meta jużaw it-trasport pubbliku, jekk dawn ma jkunux maqfulin. Dawk li kellmu lil din il- gazzetta qalu li dispatcher partikolari għamilha ċara lill-passiġġiera li kienet fi triqitha lejn l-isptar tal-annimali f 'Ta' Qali li jekk terġa' ttella' lill-kelb tagħha fuq tal-linja, setgħet tagħmel dan biss jekk il- kelb ikun maqful fi speċi ta' gaġġa apposta għall- annimali. Huwa għarrafha li x-xufier kellu kull dritt ma jtellagħhiex fuq ix- xarabank jekk tinsisti mod ieħor. Infurmaha wkoll li ħadd mill-ħaddiema mhu se jinżamm responsabbli jekk xi ħadd jirraporta l-fatt li kienet qed iġġorr kelb, jew jekk il-kelb jagħmel għan-nies. Min-naħa l-oħra, jidher li sid il-kelb ma tantx qagħdet wisq għal dan l-atteġġjament u rrispondiet li l-kelb tagħha jbati ġol-gaġġa, "filkas għamlu tal-linja għall- klieb," kompliet tisħaq. Meta l-ILLUM għamlet kuntatt mas- servizz tal-customer care tal-MPT u ppreżentat ruħha bħala klijent tat-trasport pubbliku, il-persuna fuq il-linja ma setgħetx tagħti informazzjoni dwar jekk nistgħux nitilgħu fuq xarabank b'annimali mhux maqfulin. Ftit mumenti wara li tħallejna nistennew, il-persuna mill-MPT spjegat kif preferibbilment kull pet jittella' maqful, iżda jekk ma kellniex gaġġa, stajna ntellugħ fuq idejna. "Huwa x-xufier li jiddeċiedi jekk titlax jew le, hemm xufiera li ma jsibux problema u hemm oħrajn li jsibu problema b'annimal mhux maqful fuq ix- xarabank." L-ILLUM bagħtet mistoqsijiet lill- Ministeru tat-Trasport u Infrastruttura u talbet għal informazzjoni dwar jekk il-kumpanija tat-trasport pubbliku għandhiex politika stabbilita dwar l-annimali. Sakemm morna għall-publikazzjoni konna għadna ma rċevejniex risposta. AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT