Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/704283
minn Albert Gauci Cunningham L-ISKOLA primarja l-ġdida ta' San Pawl il-Baħar, b'investiment ta' €8 miljun, mhux se tkun qed tinbena viċin il-masġar ta' Kennedy Grove, fuq art barra ż-żona tal-iżvilupp (ODZ) kif kien ippjanat oriġinarjament, iżda se timxi lejn il-qalba tal-Qawra, ftit wara l-knisja parokkjali ta' San Franġisk. Il-lokazzjoni oriġinali tal- iskola primarja fuq medda ta' 7,900 metru kwadru ta' art kienet ġabet ir-rabja ta' bosta, fosthom ambjentalisti u mhux b'anqas residenti li jgħixu ħdejn il-masġar, hekk kif l-art, apparti li hija ODZ kienet inizjalment ukoll magħżula biex fiha jsir it- tkabbir tal-Park tas-Salini. Minkejja dan, sorsi mill- Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS) qalu lill-ILLUM li din il-bidla tirrifletti, kemm ix-xewqa tal-Ministru tal- Edukazzjoni Evarist Bartolo li l-iskola tkun iktar fiċ-ċentru tal-lokal, kif ukoll it-tieni għażla tal-Gvern li jmur għal art li fiha jista' jsir żvilupp. Intant, l-Awtorità tal- Ippjanar (PA) diġà ħarġet il-permessi neċessarji biex f 'dawn l-aħħar ġimgħat seta' jingħata bidu għax-xogħol ta' tħammil u skavar. Apparti l-bidla fis-sit fejn se ssir l-iskola ta' San Pawl il-Baħar, l-applikazzjoni li hemm quddiem il-PA turi wkoll li l-iskola tkabbret b'1,700 metru kwadru, biex issa se tkun tkopri total ta' 9,600 metru kwadru. Mill-'case officer report' tal-PA jirriżulta li x-xogħol fuq dan il-proġett se jkun qed jinqasam f 'fażijiet differenti minħabba li ż-żona hija waħda turistika u allura ma jkunx jista' jsir ċertu tip ta' xogħol matul ix-xhur tas- sajf. L-applikazzjoni għall- bini tal-iskola għadha qed tistenna l-approvazzjoni tal-PA. L-iskola li tifforma parti mill-kulleġġ Maria Reġina se jkun fiha biżżejjed klassijiet biex fiha jattendu madwar 500 student u studenta u se tkun mibnija fuq ħames sulari. Taħt l-istess skola se jsir parkeġġ li fih jistgħu joqogħdu sa 400 karozza u li barra mill-ħinijiet tal-iskola, jkun jista' jintuża mill- pubbliku in ġenerali. Fuq il-bejt, skont l-applikazzjoni mressqa quddiem l-awtorità, se jitwaħħlu panelli solari. Il-ħtieġa għal din l-iskola ilha tinħass għal bosta snin, għalkemm il-Gvern preżenti poġġa dan il-proġett b'investiment ta' €8 miljuni fil-lista ta' prijoritajiet fil- qasam edukattiv. Dan hekk kif il-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, li llum tinkorpora wkoll iż-żoni ta' Buġibba, Qawra, Burmarrad, Wardija u anke x-Xemxija, hija waħda mill-lokalitajiet li qed tikber b'rata mgħaġġla ferm. Dan qed jitfa' piż qawwi fuq l-iskola li hemm fil- preżent, fiż-żona tal-Knisja Parrokkjali tad-Duluri. L-iskola primarja li qed tintuża' bħalissa ilha mibnija mill-1956 u llum tilqa' fiha aktar minn 1,000 student, b'persentaġġ qawwi ħafna minnhom huma barranin li ġew jgħixu f 'pajjiżna. Skont statistika tal-2014, f 'San Pawl il-Baħar jgħixu ftit inqas minn 18,000 persuna, li jagħmel minn din il-lokalità, it-tielet l-akbar f 'pajjiżna. Apparti l-fattur demografiku, l-iskola ta' San Pawl il-Baħar hija l-aktar waħda multi- kulturali li hawn f 'pajjiżna b'madwar 120 nazzjonalità lkoll jitgħallmu fl-istess klassijiet. Ċifri aktar riċenti juru wkoll kif fis-sena 2014 biss twieldu xejn inqas minn 225 tarbija f 'din il-lokalità fejn it-tkabbir fil-popolazzjoni jaf iwassal biex issir l-akbar lokalità f 'Malta fis-snin li ġejjin. Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 17 ta' Lulju 2016 | illum Il-Gvern jibdel is-sit tal-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar u jkabbarha b'1,700 metru kwadru Skola primarja f 'San Pawl: Barra mill-ODZ u fil-qalba tal- Qawra Dehra artistika tal-iskola primarja l-ġdida ta' San Pawl il-Baħar Iż-żona li fuqha se tinbena l-iskola bi spiża ta' €8 miljun L-istudenti tal-kulleġġ fl-iskola ta' bħalissa, li nbniet 60 sena ilu Tgħid li stuprawha f 'karozza f 'Pembroke TFAJLA Taljana ġiet maħtufa minn żewġt irġiel barranin waqt li kienet fl-inħawi tal-bajja ta' San Ġorg, San Ġiljan, fejn wara ttieħdet b'karozza f 'Pembroke u allegatament ġiet struprata miż-żewġt irġiel. Irriżulta li għall-ħabta tal-5.30 tal-bieraħ filgħodu, żewg persuni ħatfu tfajla u saqu lejn id-direzzjoni ta' Pembroke. Bl-għajnuna tal-persuni li kien hemm fuq il-post, ġiet identifikata l-vettura li kienu qegħdin jużaw dawn iż-żewġ persuni u l-Pulizija telqu minnufih fid-direzzjoni indikata. Malli l-Pulizija waslu fl- akwati ta' Pembroke, ġiet innutata vettura pparkjata, bħal dik li kienet ġiet deskritta minn xi nies fuq il-post tal-inċident aktar qabel. Ħdejn il-vettura kien hemm raġel jippassiġġa li malli ra lill-Pulizija, ħarab jiġri minn fuq il-post, iżda ġie arrestat ftit wara. Il-Pulizija nnutaw li fil-vettura kien hemm raġel ieħor kif ukoll tfajla. Ir-raġel ġie miżmum mill- Pulizija filwaqt li ssejħet ambulanza sabiex tieħu lit-tfajla l-Isptar Mater Dei ħalli tingħata l-kura meħtieġa peress li hija allegat li kienet ġiet stuprata miż-żewġt irġiel. L-irġiel li l-età tagħhom hija ta' bejn it-34 u s-36 sena u li huma minn Niġerja u Burkina Faso, qegħdin jinżammu mill- Pulizija sabiex jassistu fl-investigazzjonijiet. Il- vittma li għandha 30 sena u li hija Taljana nżammet l-Isptar filwaqt li hija ukoll qiegħda tassisti lill-Pulizija fl-investigazzjoni tagħha.