Illum previous editions

ILLUM 17 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/704283

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 17 ta' Lulju 2016 | illum SPORTSillum 27 Il-Portugall - l-outsiders li ssorprendew u ttrijonfaw waqt Euro 2016 minn Cristian Antony Muscat FTIT li xejn kienu dawk in-nies li kienu jemmnu li l-Portugall kellhom jittrijonfaw waqt Euro 2016. Dan speċjalment wara l-fażi tal-gruppi ta' dawn l-istess Kampjonati, li rathom jiksbu biss tliet punti permezz ta' tliet draws kontra timijiet inqas ikkwotati minnhom bħalma huma l-Iżlanda, l-Awstrija u l-Ungerija. Barra minn hekk, l-unika rebħa li huma kisbu sad-90 minuta kienet dik fis-semifinali kontra Wales bl-iskor ta' 2-0, wara li fil-logħba mir-round tal-aħħar 16, ħarġu rebbieħa kontra l-Kroazja bl-iskor minimu ta' 1-0 wara l-ħin barrani, fil-kwarti tal-finali għelbu lill-Polonja bl- iskor ta' 5-4, wara l-għoti tal- penaltis, waqt li fil-finali tant mistennija għelbu l-isfida ta' Franza bl-iskor minimu ta' 1-0 wara l-ħin barrani. M'hemmx dubju li l-Portugall huma dipendenti ħafna fuq il-fenomenu u stilla ta' Real Madrid, Cristiano Ronaldo, fejn jekk huwa jkun fil-forma, it-tim kollu Portugiż japprofitta, waqt li jekk huwa ma jkunx fil-ġurnata, ibati t-tim kollu Portugiż. Iżda dan ma kienx il-fatt fil-finali hekk kif Cristiano Ronaldo, sofra injury wara biss 25 minuta f 'daħla għall-ballun mal-attakkant Franċiż ta' West Ham United, Dimitri Payet, u għalhekk kellu jitlef parti kbira minn din il-finali. Madankollu, il-plejers Portugiżi sħabu mmexxija mill-kowċ bravu Fernando Santos, qamu għall-okkażjoni u kontra kull mistenni rnexxielhom jirbħu l-Kampjonati Ewropej għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom. Intant, f 'kummenti li għadda wara l-finali ta' Euro 2016, il- captain tal-Portugall Cristiano Ronaldo saħaq li minn dejjem kien jemmen fit-tim ta' pajjiżu kif ukoll li l-Portugall setgħu jaslu biex jirbħu dawn iI-Kampjonati, għalkemm ħadd ma kien qed jemmen fihom speċjalment wara l-fażi tal-gruppi fejn kisbu biss tliet draws. Huwa qal li wara l-finali mitlufa kontra l-Greċja lura fl-2004 huwa kien talab 'l Alla biex itih ċans ieħor. U jidher li Alla semgħu hekk kif għalkemm huwa lagħab biss l-ewwel 25 minuta tal-finali, minħabba li weġġa' f 'konfront għall-ballun mal-attakkant Franċiż Dimitri Payet, xorta waħda huwa kien xprun ewlieni biex il-Portugall jirbħu dawn il-Kampjonati, u kien propju hu li għolla t-Tazza. M'hemmx dubju li l-eroj tas-serata, nhar il-Ħadd 10 ta' Lulju, kien l-attakkant Portugiż, Éder. Riċentament, dan il-plejer xejn ma kien qed jimpressjona fil-karriera domestika tiegħu u kien ħalla lil Swansea City fl-Ingilterra biex jingħaqad ma' Lille fi Franza. Dan wassal biex Éder jitlef xi ftit il-kunfidenza fih innifsu, tant li kien hemm min ma qabilx li l-kowċ Fernando Santos kien sejjaħ lil dan il- plejer biex jifforma parti mit- tim nazzjonali Portugiż. Iżda fil-finali kontra Franza, huwa ta risposta lil kulħadd permezz tal-gowl mill-isbaħ tiegħu, fejn Fernando Santos qal li kien irnexxielu jittrasforma lil dan il-plejer minn plejer li f 'għajnejn ħafna ma kien jiswa għal xejn, għall-eroj tan- nazzjon Portugiż. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, kien qed jissemma ħafna li ġaladarba Franza kienu favoriti li jittrijonfaw fil-finali ta' nhar il-Ħadd li għadda, l-attakkant Franċiż Antoine Griezmann kellu jkun il- kandidat ewlieni biex jirbaħ il-Ballun tad-Deheb iktar tard matul din is-sena. Iżda wara r-rebħa tal-Portugall, l-istess attakkant, awtur ta' sitt goals waqt dawn il-Kampjonati, saħaq li wieħed ma jridx ikun għaref biex jipprevedi min se jkun qed jirbaħ il-Ballun tad-Deheb. Dan hekk kif skont huma, m'hemmx dubju li dan mhu se jkun ħadd ħlief Cristiano Ronaldo, speċjalment minħabba l-fatt li fit-28 ta' Mejju li għadda xpruna lil Real Madrid għar- rebħ tal-UEFA Champions League, waqt li nhar il-Ħadd li għadda, wassal lill-Portugall biex jirbħu l-Kampjonati Ewropej għall- ewwel darba fl- istorja tagħhom. It-Triq biex il-Portugall waslu biex rebħu Euro 2016 Fażi tal-Gruppi Iżlanda 1–1 Awstrija 0–0 Ungerija 3–3 Grupp F (itemmu fit-tielet post) 1. Ungerija - 5 punti 2. Iżlanda - 5 punti 3. Portugall - 3 punti 4. Awstrija - 1 punt Fażi tan-Knockout Rawnd tal-aħħar 16 Kroazja 1–0 (a.e.t.) Kwarti tal-finali Polonja 1–1 (a.e.t.) (5–3 pen.) Semifinali Wales 2–0 Finali Franza 1-0 (a.e.t.) Il-kowċ tat-tim nazzjonali Portugiż, Fernando Santos jifraħ bir-rebħ tal- ewwel trofew maġġuri mill-Portugall Cristiano Ronaldo emozzjonat għall-aħħar bir-rebħ tal- Kampjonati Ewropej Plejers tat-tim nazzjonali Portugiż immexija mill-captain Cristiano Ronaldo ji rħu wara li wasslu lill-Portugall biex tirbaħ il-Kampjonati Ewropej għall-ewwel darba -istorja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 July 2016