Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/704283
illum | Il-Ħadd 17 ta' Lulju 2016 Aħbarijiet 10 'Jekk tiftaħ ħalqek tispiċċa ħażin, Jiżdiedu s-suspetti li l-kolp ta' stat kien teatrin imdemmi biex jissaħħaħ Erdogan stess Tkompli minn paġna 1 MAL-ILLUM, Fairuza titkellem b'ċerta qilla kontra l-President ta' pajjiżha u tgħid li "hemm fattur ieħor li forsi fil-punent ma tafux bih. Fl-istess ġurnata li sar l-attakk fuq l-ajruport, għaddiet liġi mill-Parlament li l-Qorti Suprema tal- Appelli (Yargitay) u l-Kunsill tal-Istat (Danistay) jistgħu ma jaċċettawx liġijiet li jgħaddu fil-Parlament. Għax dawn iż-żewġ istituzzjonijiet huma mmexxija minn Erdogan, allura hu jiġi awtomatikament 'il fuq mill- Parlament." Mal-ILLUM Fairuza tappella biex "l-Ewropa ma taċċetta qatt lil dan il-gvern Tork għax it-Turkija jixirqilha gvern aħjar. Irridu nsibu t-triq paċifika u legali biex neħilsu minnu billi l-ewwel nibdew nedukaw lill-poplu tagħna u nwasslu l-messaġġ vera ta' min hu Erdogan mal- Punent." Il-Gvern ta' Erdogan huwa wieħed, li minkejja r-reżistenza qawwija ħafna li kien iffaċċja fi protesti vjolenti kontrih u kontra dak li ħafna qed jaraw bħala l-mixja tat-Turkija lejn stat teokratiku, rebaħ l-aħħar elezzjoni ġenerali f 'Novembru 2015 bi kważi Irid stat Iżlamiku jew le? • Prova jdaħħal liġi kontra l-adulterju mill-ġdid • Ried jagħmel ix-xorb alkoħoliku att kriminali f 'diversi żoni • Ħa kontroll ta' sitt knejjes u għamilhom proprjetà tiegħu fil-belt ta' Dijarbakir • Huwa sigriet magħruf li l-ħolma ta' Erdogan hija li t-Turkija tmur lura għal meta kienet imperu, l-Imperu Ottoman li ġġieled gwerrer qaddisa • Jiżdied il-materjal relatat mal-Iżlam fl-iskejjel skont il-missjoni ta' Erdogan għal "ġenerazzjonijiet aktar pjetużi" • Irrestrinġa jew għalaq ħwienet iffrekwentati minn persuni gay u ġew attakkati persuni waqt mixjiet favur nies omosesswali Demokrazija tal-gass tad-dmugħ taħt Erdogan.. xena mill-attakk fuq il-gazzetta Zaman Attakk f 'Nizza : 5 arrestati b'konnessjoni L-Istat Iżlamiku (IS) jieħdu responsabbiltà tal-attakk IL-PULIZIJA Franċiża arrestat ħames persuni b'konnessjoni mal-attakk terroristiku f 'Nizza ta' nhar il-Ħamis li għadda waqt iċ-ċelebrazzjonijiet ta' jum Bastilja. Fost il-ħamsa arrestati, qiegħda tinżamm ukoll l-eksmara tat-Tuneżin Mohamed Lahouaiej- Bouhlel, is-sewwieq tat- trakk li saq fuq in-nies fi 'Promeande des Anglais'. L-Istat Iżlamiku (IS), ftit ġranet wara li seħħ l-attakk, ħadu resposabbilità tiegħu fejn fuq sit b'konnessjonijiet Xeni mill-ġlied li nqala' fit-toroq ta' Istanbul bejn segwaċi ta' Erdogan u l-militar