Illum previous editions

ILLUM 17 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/704283

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

Kif bdiet il-passjoni tiegħek lejn il-futbol? Bdiet minn età żgħira. Dħalt man- nursery tal-Gżira ta' età żgħira, fejn ta' min isemmi li missieri kien jieħu ħsiebha wkoll. Nista' ngħid li għalija kienet parti mill-familja, għaliex trabbejt hemmhekk. Inti kont parti mit-tim ta' Valletta li rebaħ is-sitt tazzi. Irrakontalna dik l-esperjenza. Hekk hu, kont nifforma parti minn dak it-tim. Kienet esperjenza tajba ħafna apparti l-fatt li tlift sentejn u nofs minħabba injury gravi li kont soffrejt. Lgħabt ma' plejers ta' ċertu livell bħal Kris Laferla, David Carabott, John Buttigieg, Gilbert Agius, Sean Sullivan u oħrajn. Ara kemm jgħidu li minn dakinhar 'il quddiem il-futbol lokali tjieb, naħseb għadni qatt ma rajt timijiet tal-kalibru bħal Valletta u Birkirkara ta' dawk iż-żminijiet li fihom kont nilgħab jien. Apparti l-esperjenza ma' Valletta, x'esperjenzi kellek iżjed bħala plejer? Jien bdejt il-futbol mat-tim ta' Gżira u ta' 19-il sena kont ingħaqadt ma' Valletta. Bħalma semmejt diġà, waqt dik l-esperjenza jien kelli nagħmel sentejn u nofs wieqaf minħabba injury, fejn kont għamilt operazzjonijiet fiż-żewġ saqajn ġewwa l-Belġju. Wara l-operazzjoni, kont mort mat-tim ta' Pietà Hostpurs sabiex nibda nirkupra l-forma fiżika taħt it-tmexxija ta' Ray 'Żażu' Farrugia. Imbagħad kont erġajt mort mat-tim ta' Valletta, taħt il-gwida ta' J.J. Aquilina fejn it-tim Belti kien għaddej minn transizzjoni. Kemm ilek fl-amministrazzjoni ta' Gżira? Erba' snin ilu kienu avviċinawni sabiex ningħaqad magħhom għaliex kienu għarrfuni bil-possibiltà li jingħalqu l-bibien. Jien dak iż-żmien kont għadni nilgħab ma' Balzan u kont għidtilhom li ma stajtx nidħol jien u nirranġa kollox fi żmien qasir. Meta spiċċa l-istaġun, sibthom wara l-bieb mal-ewwel u minn hemm tħajjart sabiex ngħinhom u minn dakinhar 'l hawn, qlibna kollox ta' taħt fuq sabiex nimxu 'l quddiem. X'irwoli kellek u x'inhu l-irwol tiegħek bħalissa? Hemm xi ċans li nerġgħu narawk tilgħab? Jien kont mort magħhom bħala plejer, filwaqt li missieri kien president. Meta ma baqax jokkupa dik il-kariga, jien kont ħadtlu postu u kelli nagħżel bejn li nilgħab futbol u bejn li nagħti sehmi bħala plejer. Madankollu, il-karriera tiegħi għadha ma spiċċatx u jekk tiġini l-opportunità li nilgħab, mhux ħa niddejjaq nerġa' ninżel fil-grawnd bħala plejer. X'inhu l-iżjed irwol diffiċli bejn plejer u President? L-iktar irwol diffiċli bejn dak ta' President ta' klabb u plejer huwa dak ta' President. Dan għaliex il- pressjoni li jkolli bilqiegħda waqt li nkun qed insegwi lit-tim jilgħab, hija xi ħaġa inkredibbli. Meta kont plejer, qatt ma ħassejt pressjoni, iżda meta ma tkunx qed tilgħab tħossha iżjed għaliex inti ma tkunx fil-kontroll ta' dak li jkun qed jiġri. X'kien is-sigriet tas-suċċess tal- aħħar staġun? Naħseb li konna l-aqwa tim, kemm ġol-grawnd kif ukoll barra minnu. Barra l-grawnd qiegħed nirreferi għall-istaff u l-kumitat li dejjem kien ta' sapport kbir. Kif qed tħares lejn l-istaġun li ġej ta' Gżira United fil-Kampjonat Premier? L-istaġun li ġej se jkun sfida ġdida għall-klabb li issa jrid jissielet sabiex iżomm postu fil-Kampjonat Premier, u dan il-kampjonat ma jkunx il-ħolma biss li l-Gżira jilħquh darba kultant żmien, iżda li jibqa' l-kampjonat naturali li fih nikkompetu għas-snin li ġejjin. Il-pjan tagħna huwa wieħed ċar - fl- ewwel sena tagħna fil-Premier irridu nfittxu li nżommu postna fl-ogħla diviżjoni tal-futbol lokali, imbagħad wara naspiraw li niksbu post mal- illum | Il-Ħadd 17 ta' Lulju 2016 Cristian Antony Muscat Sharlon Pace – Il-president ta' Gżira United li f'dan l-irwol matul l-aħħar staġun mexxa u xpruna lil dan it-tim għall-promozzjoni storika fil-Kampjonat Premier wara xejn inqas minn 35 sena Il-moħħ wara l-promozzjoni storika ta' Sports 34 "L-istaġun li ġej se jkun sfida ġdida għall-klabb li issa jrid jissielet sabiex iżomm postu fil-Kampjonat Premier"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 July 2016