Illum previous editions

ILLUM 17 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/704283

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Aħbarijiet 11 Il-Ħadd 17 ta' Lulju 2016 | illum ħażin, u l-affarijiet sejrin għall-agħar ' 50% tal-voti. Imma mal- ILLUM, Fairuza taċċerta li fil-fatt, id-dwejjaq li hemm fit-Turkija huwa kbir u li ħafna nies, speċjalment Kurdi jaraw fih dittatur. Fil-fatt, għalkemm anke lokalment Deputati Parlamentari bħal Kristy Debono qalu li l-Gvern ta' Erdogan huwa "elett demokratikament", diversi avvenimenti u inċidenti jitfgħu dubji serji fuq il- kredenzjali demokratiċi (ara l-kaxxa). Ftit ġimgħat ilu, preċiżament f 'Mejju 2016, il-Pulizija Torka kienu saħansitra imblukkaw lukanda biex ma jidħlux fiha l-Membri tal-Partit tal-Moviment Nazzjonalista, biex ma ssirx laqgħa li setgħet dgħajfitu milli jkollu l-poter li jbiddel il-kostituzzjoni, kif irid hu, biex ikollu aktar saħħa. Dan apparti relazzjoni, li dejjem qed tiqras, bejn Erdogan u dak li għad fadal mill-media indipendenti fit- Turkija. Mal-ILLUM, Fairuza qalet li hi u l-maġġor parti tal- poplu paċifiku tat-Turkija huma favur is-suldati li riedu jneħħuh, "għax qed joħloq firda kbira fil-pajjiż tant li nibża li qed nersqu lejn gwerra ċivili. Aħna nazzjon wieħed b'poplu wieħed u rridu naraw kif se nwaqqfu lil min irid jifridna b'mod demokratiku u mhux bil- vjolenza," kompliet għid Fairuza. "L-affarijiet sejrin mill-ħażin għal agħar għal min jitkellem kontra Erdogan u l-gvern tiegħu." Fil-fatt, l-istorja riċenti wriet li l-Gvern ta' Erdogan kien saħansitra għalaq u mblokka siti bħal Facebook u Youtube f 'Marzu 2014 ftit qabel l-elezzjonijiet lokali. Dan apparti li l-Pulizija rmew il- gass tad-dmugħ fuq eluf kbar ta' nies u fi protesti kontra Erdogan kienu saħansitra mietu 11, weġġgħu 8,000 persuna u ġew arrestati 3,000 persuna. Kospiraziji li din kollha kienet xogħol Erdogan stess Mal-ILLUM, Fairuza ma tantx iddum tomgħod kliemha u tispjega kif "huma l-ħafna li jaħsbu li dan l-istess kolp ta' stat kien magħġun minnu nnifsu biex ikompli jsaħħaħ idejh fil-poter u jagħmel dak li ilu jixtieq jagħmel, jiġifieri li jibdel il- pajjiż minn repubblika għal sistema presidenzjali li tkun dittatorjali." Fairuza qalet li Erdogan hu magħruf li jgħin lill-IS, anke jekk hu ċaħad ħafna drabi li fil-fatt għamel dan u f 'diversi sitwazzjonijiet ċanfar lill-IS. "IS qatt ma ħadu r-responsabbiltà ta' dan l-attakk. Semmili f 'liema okkażjoni l-IS ma ħadux responsabbiltà ta' attakk. Mhux hekk biss, dan lanqas biss kompla l-investigazzjoni ta' min wettaq l-attakk u jumejn wara, meta l-poplu kien għadu mwerwer u jibki lill-vittmi tiegħu, dan mar jiftaħ biċċa pont bil-pompi kollha biex il-media tnessi l-attakk tal-ajruport." 'L-istituzzjonijiet demokratiċi għandhom jiġu rispettati' Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat f 'konsultazzjonijiet ma' mexxejja oħra tal- Unjoni Ewropea, waqt is-summit bejn il-pajjiżi Ewropej u dawk Ażjatiċi fil-Mongolja. Il-mexxejja Ewropej ikkonsultaw lil xulxin qabel ma ħarġet il-pożizzjoni Ewropea, u saret ukoll laqgħa urġenti tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin li għaliha attenda George Vella, li jinsab mall- Prim Ministru. Avviż lill-Maltin kollha dwar is-sitwazzjoni fit-Turkija Iċ-ċentru ta' kriżi ta' Malta huwa miftuħ għall-Maltin li jinsabu fit-Turkija u li jistgħu jagħmlu kuntatt fuq in-numri +356 21242191 jew 80072203 jew inkella 22042200. Intant sakemm is- sitwazzjoni tiċċara, il-Gvern Malti javża lil Maltin li jgħixu jew jinsabu fit-Turkija biex jibqgħu ġewwa u ma joħorgux fit-toroq. Kulħadd għandu jevita vvjaġġar lejn it- Turkija f 'dan il-mument. Il-kredenzjali 'demokratiċi' ta' Erdogan.... • 3.5 miljun Tork jipprotestaw kontrih f '5,000 dimostrazzjoni madwar il-pajjiż jgħajjarhom "erba' ħallelin" • L-istess protesti jwasslu għal 11 mejta, 8,000 midruba u 3,000 arrestati • Facebook u Twitter kienu mblukkati qabel l-elezzjonijiet lokali tal-2014 wara propoganda kontrih • Twitter jirraporta li l-akbar numru ta' talbiet għat-tneħħija ta' kontenut fit- Turkija kien mill-awtoritajiet Torok • Il-Pulizija fetħu attakk fuq l-aktar gazzetta li tiċċirkola fil-pajjiż 'Zaman'. Il- pulizija jilqgħu lill-ġurnalisti u lin-nies, bil-gass tad-dmugħ. • Fl-2014 jarresta 17-il persuna talli "kkomplottaw kontrih" • Bena għalih innifsu palazz ta' 1,000 kamra, li jiswa €557 miljun u li huwa ikbar mill-Kremlin u l-White House • Ilbieraħ stess neħħa 2,700 maġistrat u akkużahom li kienu parti mill-kolp ta' stat • Kien qal li l-akbar ġenn tas-soċjetà hija l-media soċjali Erdogan: Il-vittma? b'konnessjoni mal-attakk mal-grupp, stqarrew li, "huwa wettaq dan l-attakk b'risposta għat-talba tagħna li li jintlaqtu ċ-ċittadini tal- pajjiżi li jinsabu f 'koalizzjoni kontra l-Istat Iżlamiku." Il-ministru tal-Intern Franċiż, Bernard Cazeneuve, stqarr li "dan it-tip ta' attakk ġdid, juri d-diffikultà estrema fil-ġlieda kontra t-terroriżmu." Lahouaiej-Bouhlel, Tuneżin ta' 31 sena, saq it-trakk għal żewġ kilometri tul il-promenade, bil-mira li joqtol kemm jista' jkun nies, u waqaf biss meta hu stess ġie maqtul mill-Pulizija li sparaw fuq it-trakk biex iwaqqfuh. Fost l-84 mejtin, hemm għaxart itfal. Aktar minn 200 persuna sfaw midruba, b'52 minnhom jinsabu f 'qagħda kritika.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 July 2016