Illum previous editions

ILLUM 17 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/704283

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 17 ta' Lulju 2016 | illum ta' Gżira United fil-Premier wara 35 sena Sports 35 ewwel erbgħa tal-Kampjonat, biex b'hekk niksbu post fl-Ewropa. X'kienet il-policy finanzjarja tagħkom li tant smajna biha qabel l-istaġun? Aħna noperaw billi ma nattirawx il-plejers għaliex nwegħduhom affarijiet li mhumiex realistiċi. Aħna nattiraw lill-plejers billi ngħidulhom li ħa ntuhom 'euro', iżda l-'euro' nagħtuhielhom fil-ħin tassew, għaliex mhux ġust li nwiegħdu ħafna affarijiet ambizzjużi li mbagħad ma nkunux kapaċi naslu għalihom. Bdejtu taħsbu fuq l-iskwadra tal- istaġun li ġej? Bdejna naħsbu ovvjament, iżda bħalissa qegħdin naħdmu għaliex ftit tal-ġranet ilu kellna l-EGM fejn iddiskutejna l-possibbiltà biex nestendu s-snin għal kull mandat, minn sena għal tliet snin, għaliex hekk biss nistgħu nippjanaw futur aħjar. Il-plejers barranin huma kollha kkonfermati għall-Premier? Għalissa le. Għandna plejer fejn miegħu ddiskutejna l-possibbiltà li s-sena d-dieħla jibqa' jilgħab magħna, iżda għalissa ħadd ma hu kkonfermat. Taqbel mal-idea ta' 14 -il tim fil- Premier? Bħala klabb ta' Gżira naqbel, iżda bħala Sharlon Pace, ma naqbilx mal-idea ta' 14-il tim fil-Premier. Wieħed irid jesplora r-raġunijiet għaliex wieħed huwa tal-fehma li kampjonat b'14-il tim ikun l-aħjar wieħed possibbli. Għalija Kampjonat b'10 timijiet fuq tliet rawnds ikun wieħed aħjar, iżda wieħed irid ikun paċenzjuż u jara kif se jkunu qed imorru l-affarijiet. X'taħseb fuq il-fatt li kull tim fil- Kampjonat Premier jista' jutilizza sa massimu ta' seba' plejers barranin? Naħseb li għalkemm kien hemm bosta kritika minn diversi timijiet fuq dan il-fatt, naħseb li din ħalliet effett pożittiv. Dan jidher ċar fil-wirjiet tat-timijiet Maltin fil- kompetizzjonijiet Ewropej li huma ħadu sehem fihom riċentament. Kemm taħseb li hi kbira l-problema tal-korruzzjoni fil-futbol lokali? Fejn qabel il-korruzzjoni kienet issir sabiex tim jirbaħ, illum tant hi kbira li diffiċli tidentifikaha. Biex tinqata' l-korruzzjoni, irid jinqata' l-betting fuq il-futbol Malti. X'tikkummenta dwar il-ħidma tal- MFA? Bħal kull amministrazzjoni oħra, min ikun f 'kariga, se jkollu t-tajjeb u l-ħażin tiegħu. Naħseb ħaġa li tista' tagħmel l-MFA, hija li jkun hemm iżjed diskussjonijiet mal-klabbs sabiex jinġibed ħabel wieħed. Fil-jiem li għaddew għadkom kemm iffirmajtu sponsor ġdid. X'wassal biex ikollkom fiduċja f 'dan l-isponsor internazzjonali, waqt li dan l-istess sponsor irreċiproka billi ta fiduċja assoluta lil Gżira United? Il-fiducja ta' kumpanija bħal 'Tipbet' timliena bil-kuraġġ sabiex bħala klabb inkomplu naħdmu b'mod professjonali, kif fuq kollox jixraq li jkun klabb fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti. Il-koperazzjoni tagħhom magħna, li ghaliha nirringrazzjawhom hija sfida għalina sabiex dawn il-flus insarrfuhom f 'investiment fi plejers li jagħtu riżultati u ġieh xieraq lill-Gżira United, u fuq kollox lilhom bħala sponsors uffiċjali tagħna kif ukoll għall-kontributuri oħra għall-istaġun li jmiss. Il-messaġġ tiegħek lill-partitarji ta' Gżira United. L-għan tagħna għal matul l-istaġun li ġej huwa dak li nsalvaw postna fl-ogħla diviżjoni u jekk jirnexxielna nibqgħu hemm għal sentejn sħaħ. Minn hemmhekk, nibdew naħdmu sabiex nibdew ngħollu l-ambizzjonijiet tagħna. Ritratt: Raphael Farrugia "Fejn qabel, il-korruzzjoni kienet issir sabiex tim jirbaħ, illum tant hi kbira li diffiċli tidentifikaha. Biex tinqata' l-korruzzjoni, irid jinqata' l-betting fuq il-futbol Malti" Twieled fis-27 ta' Frar tal-1980 Huwa l-President ta' Gżira United li f 'dan l-irwol matul l-aħħar staġun mexxa u xpruna lil dan it-tim għall-promozzjoni storika fil- Kampjonat Premier wara 35 sena Fil-karriera tiegħu bħala plejer lagħab mal- istess Gżira United, Pietà Hotspurs u Valletta Sharlon Pace

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 July 2016