Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/704283
Il-Ħadd 17 ta' Lulju 2016 | illum Intervista 13 iċ-ċentru tal-kura tas-saħħa f 'Malta' l-isptar. "Il-messaġġ tagħna rridu nwassluh lill-pubbliku, għax inutli li tkun qed toffri s-servizzi u ħadd ma jkun jaf bihom." Minkejja dan, Degabriele sostna li b'1.6 miljun vista matul is-sena li għaddiet, iċ-ċentri tas-saħħa huma popolari sew mal- Maltin, "iżda xorta waħda m'aħniex kuntenti, u nemmen li dan in-numru jista' jitla' iktar. Il-kura primarja trid tkun iċ-ċentru tal-kura tas-saħħa f 'Malta. Għaliex trid tilqa' għall-mard mill-bidu, taħdem fuq il-prevenzjoni u tipprova tevita li n-nies ikollhom għalfejn jidħlu l-isptar." Sistema ta' sms u call centre fix- xhur li ġejjin Fil-ħidma tad-dipartiment biex tiżdied l-effiċjenza u sabiex is-servizz ikun dejjem iktar ta' kwalità u qrib il-pazjent, Degabriele tkellem dwar servizzi ġodda li se jibdew jiġu offruti. "Dalwaqt se nibdew ukoll servizz ta' sms, fejn ninfurmaw lin-nies, jekk ikun hemm xi bidliet fl-appuntamenti, jew għal xi raġuni se jiġi kkanċellat." Renzo Degabriele tkellem ukoll dwar servizz ta' call centre li se jinfetaħ fix-xhur li ġejjin sabiex kull min jiġi bżonn xi servizz tas-saħħa, jista' jċempel lil dan il- call centre, u hemmhekk jingħata l-informazzjoni kollha li għandu bżonn ta' fejn għandu jmur biex jinqeda. Fl-istess waqt, semma li fl- istess call centre, wieħed se jkun jista' jagħmel kwalunkwe appuntament li jiġi bżonn miċ-ċentru tas-saħħa. Kura iktar personalizzata Wieħed mill-punti li ħarġu mir- rapport tal-Awditur Ġenerali dwar is-servizz tat-tobba fil-kura primarja kien li ammont sostanzjali ta' persuni għadhom jippreferu jinqdew għand it-tabib b'mod privat, minflok imorru fiċ-ċentru tas-saħħa. Renzo Degabriele jispjega li hemm diversi fatturi li jwasslu għal dan l-ammont ta' nies li jagħmlu użu mit-tabib privat. "Wieħed mill-fatturi prinċipali hi li tibni relazzjoni mal- pazjent, it-tabib isir jafek, u kważi kważi jsir tal-familja. Fiċ-ċentri tas- saħħa, din ma teżistix. Fattur ieħor huwa li fiż-żmien dawn iċ-ċentri kienu jintużaw biss għall-emerġenza, imma imbagħad għall-affarijiet normali jew ta' rutina, immur għand it-tabib tiegħi." Kompla jsostni li l-għan tagħhom, bħala dipartiment għall-kura primarja huwa li s-servizz li jingħata jkun iktar personalizzat. "Għalhekk bdejna b'sistema, fejn min ibati b'ċertu mard kroniku, bħall-pressjoni, bħaz- zokkor, eċċ, jagħmel użu minn dawn il-'Chronic Disease Management Clinics'. Min ibati minn dan it-tip ta' mard kroniku, jkollu appuntament, u sakemm ma jkunx hemm affarijiet mhux fil-kontroll tal-klinika, se jkun qed jarak l-istess tabib. B'dan il-mod, barra mill-kontinwità sempliċi li tiġi milli jkollok il-fajls u r-riżultati quddiemek, immorru l-pass li jmiss u nagħtu dik il-kontinwità tal-kura mixtieqa, u anke tkun tista' tinbena relazzjoni mat-tabib u t-tabib anke jidra lill- pazjent." 'Deċiżjoni li kienet tistona' Snin ilu, wieħed kien jista' jinqeda minn diversi servizzi fosthom dak tal-kura tas-snien, anke miċ-ċentri tas-saħħa, li kien itaffi l-piż minn fuq l-isptar Mater Dei. Illum il-ġurnata, dan is-servizz inqata' bil-konsegwenza li sabiex tagħmel appuntament ma' dan id- dipartiment fl-isptar, iż-żmien ta' stennija huwa konsiderevolment iktar minn dak li kien ikun qabel. Dwar dan, il-kap tad-dipartiment tal-kura primarja qal li din kienet, "deċiżjoni li tistona, ma' strateġija dinjija ta' deċentralizazzjoni, biex is-servizzi jkunu iktar qrib il-komunità." Degabriele kompla jispjega kif, "dan huwa l-istess argument tal-bereġ, fejn tinduna x'piż kienu qed jerfgħu, wara li jingħalqu, u dan l-istess. Lura fl-2008-2009, kienet ittieħdet id-deċiżjoni li jiġu ċċentralizzati s-servizzi tad-dentistrija, li tmur kontra l-ispirtu tal-kura primarja." Spjega wkoll li deċiżjoni bħal din kellha l-konsegwenzi tagħha, b'żieda konsiderevoli fil-listi ta' stennija f 'dan il-qasam. Għalhekk, sabiex tkun tista' tiġi indirizzata din il-problema, se jkunu introdotti skemi bi sħab mal- privat. "Tħabbret skema fejn tkun tista' tmur għand id-dentist tiegħek fil-privat, u l-Gvern iħallaslek parti mill-ispejjeż, biex b'hekk inkunu qed nagħmlu 'outsourcing' tas-servizzi tad-dentistrija. Sar ukoll il- 'mobile clinic' tad-dentistrija li jdur il-lokalitajiet sabiex in-nies ikunu jistgħu jinqdew minn dan is- servizz madwar il-pajjiż." Degabriele semma' wkoll li fiċ-ċentru tas-saħħa l-ġdid li se jkun qed jinbena' f 'Raħal Ġdid, se jkun hemm ukoll servizz tad-dentistrija, inklużi s-servizzi ta' x-rays. "Il-pjan huwa li nerġgħu niddevolvu d-dentistrija. Trid issib sistemi alternattivi sabiex terġa' toffri dak is-servizz tad-dentistrija fil-komunità, b'mod li ma taffettwax is- servizzi li qed tagħti. Għaliex inti ma tistax tneħħi klinika ta' x-rays biex terġa' ddaħħal tad- dentistrija. Ma tistax tħott dak li tkun bnejt." Ritratt: Raphael Farrugia Iċ-ċentru tas-saħħa ta' Schreiber se jkun prattikament Mater Dei żgħir " " Dr Renzo Degabriele, Kap tad-Dipartiment tal-Kura Primarja