Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/704283
minħabba s-sempliċi fatt li permezz ta' hekk huwa jneħħi l-pressjoni minn fuq il-plejers tiegħu u jitfa' l-attenzjoni u l-pressjoni kollha fuqu nnifsu. Huwa beda l-aħħar staġun bħala kowċ ta' Chelsea, iżda kuntrarju għal kull aspettativa, xejn ma mpressjona fejn deher evidenti li r-relazzjoni tiegħu ma' ħafna mill- plejers tiegħu kienet qabdet it-triq għan-nieżla. U mhux biss mal-plejers, hekk kif l-aktar aħbar li għamlet il-headlines tal-aħbarijiet sportivi u mhux biss kienet it-tilwim kontinwu li kien qed ikollu mal-ekstabiba ta' Chelsea, imwielda f 'Ġibiltà, Eva Carneiro fejn spiċċat biex tkeċċiet mill- Blues - xi ħaga li xejn ma niżżlet tajjeb magħha, tant li spiċċat biex fetħet kawża legali kontra Chelsea u Josè Mourinho nnifsu. Bosta bdew isostnu wkoll li l-plejers ta' Chelsea ma kinux qed jagħtu l-massimu tagħhom fil-grawnd apposta biex José Mourinho jispiċċa jitkeċċa, kif fil- fatt ġara. Għall-fini ta' statistika, taħt it-tmexxija ta' Josè Mourinho, fis-16-il partita fl-aħħar staġun li huwa mexxihom, Chelsea rebħu biss erba' logħbiet, ġew draw fi tliet logħbiet u ħarġu telliefa f 'xejn inqas minn disa' logħbiet. Madankollu, xorta waħda kien mistenni li huwa ma kienx se jdum żmien twil mingħajr ma jikkowċja u fil-fatt kif kien ferm mistenni, Manchester United ħabbru li kienu ngaġġawh bħala kowċ. L-ammirazzjoni ta' Josè Mourinho għal Manchester United ilha waħda ferm evidenti, fejn huwa għal diversi drabi stqarr fil- pubbliku li minn dejjem kien isegwi l-passi tar-Red Devils u dejjem ammira l-mod kif jilagħbu u s-suċċessi li huma rebħu tul il-medda tas-snin. Mhux inqas, hija l-ammirazzjoni tiegħu għall-ekskowċ leġġendarju, Sir Alex Ferguson, li xprunah biex ikompli javvanza fil- karriera tiegħu tal-kowċing. Tant kemm Josè Mourinho ried bis-saħħa t-tmexxija tar-Red Devils, li fil- ġimgħat li għaddew huwa kien afferma li saħansitra kien lest li jaċċetta s-somma konsiderevoli ta' £16-il miljun inqas mis- salarju li kellu ma' Chelsea. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, il-partitarji numerużi ta' Manchester United imxerrdin madwar id-dinja fosthom f 'Malta jistennew u jittamaw li t-tim tagħhom taħt it-tmexxija tal-'Ispecial One', Josè Mourinho, jirritorna għall-glorja - xi ħaġa li żgur li ma ġratx taħt Louis van Gaal li għalkemm l-amministraturi ċentrali tar-Red Devils, iddedikawlu s-somma ta' xejn inqas minn £250 miljun f 'xiri ta' plejers ta' ċertu livell fosthom Bastian Schweinsteiger u Matteo Darmian, falla bil-kbir u ma kinitx sorpriża li huwa tneħħa mit-tmun ta' Manchester United anke wara r-rebħ tat-12-il FA Cup minn Manchester United, u li waslet wara 12-il sena mill-aħħar suċċess tagħhom f 'din it- tieni l-aktar kompetizzjoni importanti u prestiġjuża fl-Ingilterra. Il-Ħadd 17 ta' Lulju 2016 | illum Sports 31 jirrivoluzzjona lil Manchester United Mourinho fil-Premier League ma' Chelsea Staġun Pjazzament Finali Logħbiet Rebaħ Draw Tilef Rebħ % 2004-05 Champions 38 29 8 1 76.32 2005-06 Champions 38 29 4 5 76.32 2006-07 It-Tieni 38 24 11 3 63.16 2007-08 Tkeċċa 6 3 2 1 50 2013-14 It-Tielet 38 25 7 6 65.79 2014-15 Champions 38 26 9 3 68.42 2015-16 Tkeċċa 16 4 3 9 25 'Fadalli biex nilħaq il-livelli ta' Lionel Messi' - Paulo Dybala minn Cristian Antony Muscat RIĊENTAMENT, l-istilla tat-tim ta' Juventus, Paulo Dybala, inġieb f 'pajjiżna mill-Malta Community Chest Fund, biex jieħu sehem f 'ċena ta' benefiċenza ġewwa l-Palazz tal-Verdala fil-Buskett, bil-fondi kollha jmorru għal din il-Fondazzjoni li tant taħdem għall-karità f 'pajjiżna u li taqa' taħt l-awspiċi tal-President ta' Malta, Marie Louise Coleiro Preca. Propju għal din iż-żjara, ġiet organizzata konferenza stampa indirizzata minn Paulo Dybala nnifsu li fost l-oħrajn tkellem dwar l-esperjenza tal-ħolm li kellu ma' Juventus sa issa wara biss staġun, kif ukoll dwar il-futur u l-ambizzjonijiet fil-karriera tiegħu. Iżda l-ewwel kummenti tiegħu kienu dawk relatati mal-fatt fuq kemm baqa' impressjonat bil-merħba kbira li tawh il-Maltin mal-wasla tiegħu f 'pajjiżna, fejn saħaq li bl-ebda mod ma stenna merħba ta' dan it-tip. Intant, preżentament huma bosta dawk l-esponenti tal-futbol, imxerrdin madwar id-dinja kollha li qed iqisu li Paulo Dybala huwa tabilħaqq il-'Lionel Messi l-ġdid', u kien propju rigward dan il-fatt li din il-gazzetta ħadet spunt u staqsiet lill-attakkant ta' Juventus innifsu jekk iqisx li huwa jista' jiġi kkunsidrat bħala tali. Iżda huwa kien pront u wieġeb li fl-opinjoni tiegħu, bħalissa Lionel Messi, huwa l-aqwa plejer tad-dinja, u fadallu biex jilħaq il-livelli tiegħu kif ukoll biex jirbaħ dak li rebaħ il-fenomenu ta' Barcelona u tat-tim nazzjonali Arġentin sa issa. Bosta qed isemmu li Paulo Dybala jista' jħalli lil Juventus fil-futur qrib biex isieħeb lill-kompatrijott Lionel Messi ma' Barcelona, iżda meta mistoqsi rigward dan, huwa kien pront wieġeb li m'għandux moħħ jaħseb dwar il-futur tiegħu għalissa, l-aktar għall-fatt li jinsab ferm kuntent ma' Juventus speċjalment għall- għaqda kbira li tirrenja f 'dan it-tim. Huwa kompla li jinsab dispjaċut li Álvaro Morata li ddeskrivieh bħala ħabib tiegħu ħalla lil Juventus biex jerga' lura ma' Real Madrid. Huwa saħaq ukoll li l-ħolma ewlenija tiegħu hija dik li jirbaħ il-UEFA Champions League ma' Juventus, fejn iħoss li l-Bianconeri m'għandhom xejn inqas minn timijiet meqjusa bħala ġganti tal- futbol mondjali fosthom Barcelona, Real Madrid u Bayern Munich, u għalhekk jara t-tragward tar-rebħ ta' din l-aktar kompetizzjoni prestiġjuża fil-futbol Ewropew bħala wieħed li jista' jintlaħaq fil- futur qrib mit-tim immexxi mill-kowċ Massimiliano Allegri. Huwa fatt magħruf li preżentmaent Paulo Dybala huwa l-idolu indiskuss ta' diversi tfal u żgħażagħ speċjalment tal-partitarji ta' Juventus imxerrdin madwar id- dinja kollha, u kien propju għalhekk li huwa ġie mitlub jgħaddi messaġġ lilhom, speċjalment meta wieħed jikkunsidra li huwa ġej minn pajjiż mifni bi problemi soċjali bħall- Arġentina. Huwa qal li f 'pajjiż bħall-Arġentina, mhux faċli ssir plejer kbir, għax l-opportunitajiet huma limitati, iżda saħaq li huwa dejjem emmen fil-kwalitajiet tiegħu u llum irnexxielu jasal fejn dejjem ħolom li xi darba seta' jasal. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, huwa kellu wkoll messaġġ għaż-żgħażagħ Maltin fejn stedinhom biex ifittxu dejjem li jtejbu l-ħiliet tagħhom u li ma jaqtgħux qalbhom li jħallu dik li hi meqjusa bħala ż-żona ta' komfort, u jerħulha 'l bogħod minn pajjiżna biex imorru jfittxu opportunitajiet ħafna ikbar ma' timijiet ikar ikkwotati fl-Ewropa. Huwa kompla li huwa jaf ħafna mis-suċċess tiegħu lit-tim ta' Palermo, li huwa t-tim tal-kapitali ta' Sqallija li hija gżira ferm qrib ta' Malta. B'hekk dan il-fatt jirrapreżenta vantaġġ għall-plejers Maltin li jistgħu ifittxu klabb Taljan li miegħu jilgħab u li mhux wisq bogħod ta' Malta. B'kuntrast, l-istorja għalih kienet waħda differenti hekk kif huwa ta' età żgħira kellu jħalli pajjiżu, l-Arġentina biex imur ifittex avventura ġdida fl-Italja li tinsab ferm 'il bogħod minn dan il-pajjiż mill-Amerika t'Isfel. Paulo Dybala jsegwi l-passi tal-fenomenu Arġentin, Lionel Messi