Illum previous editions

ILLUM 17 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/704283

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 17 ta' Lulju 2016 | illum Sports 33 Kimberley Galea ttemm fit-tielet post fl-Italian Junior Squash Open BEJN is-17 u d-19 ta' Ġunju li għadda, Kimberley Galea, ħadet sehem fl-Italian Junior Squash Open ġewwa Riccione, l-Italja li kien l-ewwel tournament tagħha fil-kategorija tal- Girls' Under 19, u b'hekk kienet klassifikata bħala 9/16. L-ewwel logħba tagħha kienet kontra Sára Nagy tal-Ungerija li kienet klassifikata bħala 3/4 seed fil-kategorija. Galea rebħet l-ewwel logħba tagħha bir-riżultat ta' 3-1 (14-16/ 11-1/ 11-1). Wara nofsinhar, Galea, lagħbet kontra Julie Rossignol ta' Franza li kienet klassifikata bħala seed numru 1 fil-kategorija fejn Galea tilfet din il- logħba bir-riżultat ta' 3-0. Wara din it-telfa, Galea ma qatgħetx qalba iżda baqgħet tiġġieled biex tirbaħ lill-avversarji l-oħra. Il-ġurnata ta' wara, Kimberley lagħbet kontra Kristina Smickova tal-Islovakkja, li kienet klassifikata bħala 5/8 fil-kategorija. Il-Maltija rebħet lil Smickova bir- riżultat ta' 3-1 (11-6/11- 5/11-13/11-4). Fl-istess ġurnata, Kimberley kellha tilgħab ma' Paola Moretti mill- Italja li kienet klassifikata bħala 5/8 fil-kategorija. Galea rebħet din il-logħba bir-riżultat ta' 3-0 (11-6/ 11-6/ 11-8). Wara din il-logħba, Galea kellha tilgħab għat-tielet jew ir- raba' post. Hawnhekk, il-Maltija kien imissha tilgħab kontra Nina Kustec tal-Islovenja, li kienet klassifikata bħala n-numru 2 fil-kategorija ta' Galea. Għalkemm Kustec kellha iktar esperjenza, il-Maltija dehret kunfidenti u rebħet il-logħba bir- riżultat ta' 3-0 (11-3/ 11- 6/ 11-6), biex temmet dan it-tournament fit-tielet post. Kimberley Galea kienet sodisfatta b'dan ir-riżultat, iżda dejjem tipprova timxi iktar 'il quddiem fil- karriera tagħha. Il-Maltija xtaqet tirringrazzja lill-familjari tagħha u l-ħbieb tagħha li dejjem joffrulha s-sapport, kif ukoll lill-kowċ tagħha ġewwa l-iskola tagħha fl-Ingilterra, Ian Thomas u anke lill-kowċ tagħha ġewwa Malta, Brad Hindle Deguara li sostniet li dawn it-tnejn dejjem lesti biex jgħinuha tkun aħjar f 'dan l-isport li hi tant tħobb. Hija xtaqet ukoll tirringrazzja lill- Kumitat Olimpiku Malti (MOC), tas-sapport kollu li jtuha, kif ukoll lid-ditta internazzjonali 'Harrow Sports' li huma l-isponsors ewlenin tagħha. Kimberley Galea fl-azzjoni Ritratt : Paul Zammit Cutajar 'It-tragward ewlieni ta' Sliema Wanderers għal matul l-istaġun li ġej huwa kwalifikazzjoni Ewropea' - John Buttigieg WAQT konferenza stampa li saret fil-jiem li għaddew fil-kwartieri ta' Sliema Wanderers f 'Tas- Sliema stess, ġie ppreżentat John Buttigieg bħala kowċ ġdid tal-Wanderers għall- istaġun 2016/17. Dan il-kowċ m'għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni fl-isfera tal-futbol lokali, hekk kif rebaħ dak kollu li għandu x'joffri l-futbol lokali bħala plejer waqt li huwa wkoll midħla sew tal- kowċing, fejn fost oħrajn kien kowċ ta' Birkirkara u saħansitra tat-tim nazzjonali Malti flimkien ma' Carmel Busuttil. Kien propju lil dan il-kowċ li din il-gazzetta indirizzat l-ewwel mistoqsija tiegħu, fejn saqsieh jekk fis-snin li huwa għamel nieqes mill-futbol lokali, baqax isegwi l-futbol lokali. Iżda huwa kien pront wieġeb li huwa kien qed jagħmel dan b'mod speċjali, hekk kif kien involut fis-settur tal- 'grassroots' fin-nursery ta' Floriana, li fi kliemu huwa l-aktar settur importanti fil-futbol. Barra minnhekk, huwa saħaq li baqa' jsegwi l-futbol lokali, speċjalment l-ogħla diviżjoni, Premier, permezz tal-gazzetti u programmi sportivi fuq it-televixin, u għalhekk jaf sew x'kien għaddej tul l-aħħar snin. F'kummenti oħra, huwa saħaq li huwa beda bit- taħriġ mal-plejers tiegħu ftit tal-ġimgħat ilu, iżda jemmen li bl-iskwadra preżenti jistgħu jilħqu t-tragward ewlieni li jiksbu post fl-Ewropa fl-istaġun li ġej. Huwa kompla li minn dejjem, kellu ċerta affinità lejn Sliema Wanderers, sa mit-tfulija tiegħu, fejn fost oħrajn tajjeb wieħed jiftakar li missieru mhuwa ħadd ħlief l-ikona tal- futbol Malti, speċjalment ta' Sliema Wanderers, Robbie Buttigieg. Barra minn hekk, tajjeb wieħed jirrimarka li kienu propju Sliema Wanderers l-ixprun ewlieni biex lura fis-snin, huwa kien mar jilgħab fI-Ingilterra mal-klabb li dak iż-żmien kien jimmilta fit-Tielet Diviżjoni, Brentford FC. Intant, it-tragward tal- Ewropa kien ripetut mill- president ferm ħabrieki ta' Sliema Wanderers, Keith Perry, li qal li l-għan ewlieni tagħhom għall-istaġun li ġej huwa dak li jiksbu post mal-ewwel erbgħa biex b'hekk ikunu jistgħu jieħdu sehem f 'kompetizzjonijiet Ewropej, matul l-istaġun li ġej. Intant, din il-gazzetta, staqsiet lill-istess president tal-Wanderers, jekk Clifford Gatt Baldacchino hux se jibqa' jilbes il-flokk tal- Blues għall-istaġun li ġej. Dan fost spekulazzjonijiet li huwa jista' jingħaqad mal-ġirien, Gżira United matul l-istaġun li ġej. Iżda Keith Perry wieġeb li l-futur ta' dan il-plejer fosthom għall-istaġun 2016/17 se jkun wieħed esklussivament mal-Wanderers. Intant, f 'domanda addizzjonali, Keith Perry, ġie mistoqsi x'inhi r-relazzjoni preżenti ta' Sliema Wanderers mal- isponsor ewlieni www. betinmalta.com, fejn huwa wieġeb li huma fadlilhom kuntratt ta' sentejn ma' dan l-isponor, għalkemm fadal xi diskussjonijiet xi jsiru mal- istess sponsor rigward ċerti dettalji għall-akbar ġid ta' dan il-klabb glorjuż fl-istorja tal-futbol Malti. Huwa fatt magħruf li fil-passat riċenti, Sliema Wanderers kellhom esperjenzi diffiċil ma' sponsors ewlenin internazzjonali, fejn bħal donnu kollox kien qed jidher ileqq daqs id-deheb, iżda mbagħad sfaxxa kollox. Kien propju rigward dan il-fatt, li l-gazzetta ILLUM staqsiet lil Keith Perry jekk matul l-istaġun li ġej hux se jkunu qed jilħqu ftehim ma' sponsors oħra ta' dan it-tip. Huwa saħaq li kumitat ta' Sliema Wanderers, immexxi minnu kien tgħallem mill- esperjenzi negattivi tal- passat, u f 'dan l-istaġun se jkun qed jibbaża l-isforzi kollha tiegħu fuq sponsors oħra li huma ta' ċertu statura u rispett fl-istrutturi lokali. Rigward akkwisti ġodda għall-istaġun li ġej, Keith Perry, saħaq li għad fadal biex jikkonfermaw plejers ġodda għall-istaġun li ġej, fejn fost oħrajn hemm interess qawwi fid-duo ta' Hibernians li fl-aħħar staġun kienu mislufin mal-Wanderers, Jean Paul Farrugia u Johann Bezzina, iżda li issa reġgħu rritornaw mal-Pawlisti. Intant, l-attakkant Brażiljan Denni Rocha dos Santos, ukoll m'għadux jifforma parti mill-iskwadra tal- Wanderers, waqt li t-tliet plejers ta' ċertu livell, Stefano Bianciardi, Gary Muir u Marko Potezica sa issa huma l-uniċi tliet barranin ikkonfermati għall-istaġun li ġej. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, Keith Perry ħeġġeġ lill-partitarji kollha tal-Wanderers biex jikkonkorru bi ħġarhom għall-istaġun li ġej, għax jemmen li Sliema Wanderers se jkomplu jferrħuhom u jpaxxuhom wara r-rebħ tal- FA Trophy matul l-istaġun li għadda. John Buttigieg, Keith Perry u l-Avukat Jean Paul Sammut waqt konferenza stampa li ndirizzaw fil-jiem li għaddew

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 July 2016