Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/704283
illum | Il-Ħadd 17 ta' Lulju 2016 Qorti 8 Il-Qorti teħles infermier minn akkuża li sawwat pazjent ta' 10 snin INFERMIER li kien mixli li sawwat tifel ta' għaxar snin ġo siġġu tar-roti fl-Isptar Monte Karmeli ġie eżonerat mill-akkużi kollha wara li l-Qorti qabdet lit-tifel f 'diversi gideb. Bradey Bezzina kien mixli li b'negliġenza ikkaġuna ġrieħi ħfief lil tifel ta' għaxar snin u li naqas fid-dmirijiet professjonali tiegħu, wara li t-tifel allega li kien safa msawwat u mitfugħ mal-art minnu. Min-naħa tiegħu, Bezzina ċaħad l-akkużi mill-bidu nett u saħaq li qatt ma refa' idu fuq it-tfajjel, minkejja li dan kien spiss ikun vjolenti fil-konfront tal-infermier. Dubji dwar l-verità tal-allegazzjonijiet bdew jikkonkretizzaw wara li t-tifel xehed li kien kapaċi jqum bilwieqfa mingħajr għajnuna, meta b'mod ċar dan ma kienx il-każ. Kien ukoll allega li kien gidem subgħajn infermier ieħor – ħaġa li ma ġietx ikkorroborata minn ebda xhud. L-avukat ta' Bezzina, Maxilene Pace saħqet li investigazzjoni interna kienet ikkonkludiet li t-tbenġil fuq it-tifel kien għamlu hu stess, hu u jitħabat mas-siġġu tar-roti. L-imputat ma kienx xogħol fil-ħin tal-allegat assalt qalet Pace, u żiedet tgħid li t-tifel lanqas biss kien ikun jaf x'jismu l-imputat li ma kienx għax qaltlu ommu. Fid-deċiżjoni tagħha, il-maġistrat Claire Stafrace Zammit osservat li t-tfajjel kien hedded li jgħid lil ommu li kien qed jiġi msawwat biex jitlaq mill- faċilità, minħabba li ma kienx għal qalbu. Il-Qorti kompliet tgħid li l-ebda mġiba ħażina min-naħa ta' Bezzina ma rriżultat mix-xhieda u meta xehed it-tifel kien għamel serje ta' allegazzjonijiet kontradittorji jew li ma jagħmlux sens. Wara li rat ir-rapport tal-investigazzjoni interna li wkoll ma tefgħet l-ebda dell fuq għemil Bezzina, flimkien mar- rapporti mediċi, il-Qorti kkonkludiet li l-infermier ma setax ikun ħati tal- akkużi. L-avukat Maxilene Pace dehret għal Bezzina, filwaqt li l-avukat Andre Borg kien parte civile. L-ispettur Sandra Zammit mexxiet il- prosekuzzjoni. Sirjan mixli li kkorrompa tliet tfajliet minorenni ĠUVNI mis-Sirja li jgħix Ħal Qormi, ingħata l-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti, akkużat li bejn Ġunju u Lulju ta' din is-sena, ipparteċipa f 'attivitajiet sesswali ma' żewġ tfajliet ta' 15-il sena, u tfajla ta' 13. Hu mifhum li l-awtoritajiet saru jafu bil-każ wara li waħda mit-tfajliet instabet mill- pulizija wara li ħarbet minn 'care home'. It- tfajla allegat li l-imputat kien stupraha, iżda rriżulta li dan ma kienx il-każ u li saħansitra kienet f 'relazzjoni mal-imputat. Iż-żewġ tfajliet l-oħra ġew identifikati minn spezzjoni tal-mobile tal- imputat. Omar Hinde, li għandu 21 sena u li skont huma jaħdimx, wieġeb li ma kienx ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. L-avukat difensur Martin Fenech talab li Hinde jingħata l-benefiċċju tal- ħelsien mill-arrest, iżda l-prosekuzzjoni mmexxija mill-ispettur Joseph Busuttil oġġezzjonat. Ix-xhieda tal-prosekuzzjoni, fosthom l-għarus tal-imputat kienu lkoll minorenni vulnerabbli, spjega l-ispettur. Żied jgħid li l-imputat kellu proċeduri kriminali oħrajn diġà pendenti fil- konfront tiegħu. Il-maġistrat Aaron Bugeja laqa' t-talba tad-difiża. Hinde ngħata l-benefiċċju tal- ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta' €6,000 u taħt diversi kundizzjoniet, fosthom li ma javviċinax lix- xhieda tal-prosekuzzjoni u li ma joħroġx minn daru bejn l-10pm u s-6am u li jiffirma l-għassa darbtejn fil-ġimgħa. Jinżamm arrestat wara li nstab mitluf minn sensih f 'karozza mimlija droga RAĠEL mill-Fgura li nstab mitluf minn sensih f 'karozza pparkjata ġewwa Paceville, ġie mressaq il-Qorti mixli b'pussess aggravat u traffikar ta' droga. L-ispetturi Jonathan Cassar u Robert Vella ressqu lil Jeffrey Micallef ta' 31 sena, quddiem il- maġistrat Charmaine Galea nhar il-Ġimgħa fuq akkużi ta' pussess aggravat ta' kokaina, kannabis u mediċini psikotropiċi. Flimkien ma' dawn l-akkużi Micallef kien mixli li ttraffika l-kannabis fl-2015, ġarr sikkina fil- pubbliku mingħajr permess mill-kummissarju tal-pulizija u li wettaq dawn r-reati qrib post iffrekwentat miż- żgħażagħ. Micallef instab mitluf minn sensih, bilqiegħda fil-karozza tiegħu li kienet ipparkjata fi triq Dragonara, San Ġiljan. Issejħet ambulanza minħabba suspett li kien ħa overdose tad-droga. Il-pulizija bdew jissuspettaw li kien qiegħed jaħbi xi ħaġa fil-karozza hekk kif mal-wasla tal- paramediċi, Micallef ġie lura f 'sensih u rrifjuta li jidħol fl-ambulanza. Fil-vettura nstabu nofs kilo cannabis, 14-il kapsula mimlijin kokaina u 50 pillola oħra mhux identifikati. Tfittxija fir-residenza tiegħu rriżultat fis-sejbien ta' eluf ta' ewro fi flus kontanti. Micallef ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih. Il- prokuratur legali Peter Paul Zammit, li ddefenda lill- imputat fil-proċeduri, talab li dan jingħata l-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest. Il- Qorti ma laqgħetx it-talba u ordnat li Micallef jinżamm taħt arrest preventiv.