Illum previous editions

ILLUM 17 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/704283

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

J ekk hemm ħaġa li dejjem inżomm f 'moħħi fil-ħidma Ministerjali tiegħi hija li aħna għasafar tal-passa. Għasafar tal-passa għaliex il-Gvern għandu limitu ta' kemm jista' jdum iservi qabel jerġa' jmur għand il- poplu għall-verdett tiegħu. Għasafar tal-passa għaliex aħna l-membri li niffurmaw il-Gvern inservu f 'qasam li fih ġurnata waħda, deċiżjoni waħda, mument wieħed jista' jbiddillek radikalment il- perkors tiegħek. Kruċjali għalhekk li kull minuta tal-ġurnata tiġi massimizzata biex inwettqu dejjem iktar biex nagħmlu s-soċjetà tagħna aħjar. Aħna niġu ġġudikati mhux bl- affarijiet ordinarji ta' kuljum li nagħmlu, imma bl-affarijiet straordinarji li jirnexxielna nwettqu. B'idi fuq qalbi nemmen li s-settur kulturali ħa spinta bla preċedent fl-aħħar tliet snin u persważ li s-soċjetà tagħna hija aħjar bix-xogħol kollu li għamilna. Biżżejjed tagħti daqqa t'għajn lejn il- kalendarju kulturali tagħna, biżżejjed tara l-udjenzi ġodda li ħloqna, biżżejjed tara l-opportunitajiet li hawn madwarna. Kburi ħafna bix-xogħol li sar u li fadlilna nagħmlu. Din il-ġimgħa kienet ġimgħa sabiħa ferm għal min bħali jemmen f 'soċjetà bbażata fuq il-ħsieb, il-kreattività u l-kultura. Liġi kontra ċ-ċensura Il-liġi li sammret l-aħħar musmar fil-qabar taċ-ċensura hija liġi maħsuba tajjeb, li taġġorna s-sistemi tagħna waqt li tipproteġi l-valuri l-iktar għeżież għalina. Ħadt gost li minkejja l-kontroversja tal-bidu, il-liġi għaddiet unanimament mill- Parlament, b'riżerva waħda mill-Oppożizzjoni fi stadju ta' kumitat. Fl-istess waqt, din ir- riżerva mmarkat distinzjoni importanti bejn il-Gvern u l-Oppozizzjoni – distinzjoni li turi li f 'każ ta' dubju, il-Gvern lest ixaqleb favur iktar libertà tal-espressjoni u mhux inqas. F'eżerċizzju akkurat li sar minn tliet esperti – l-Avukat Ġenerali, is-Sur Mark Camilleri u l-Avukat Andrew Sciberras – dorna dawra mal- liġijiet li kienu qed ixekklu l-libertà tal-espressjoni. U sibna liġijiet ta' mitt sena ilu li llum m'għadx hemm iktar bżonnhom, sibna liġijiet ta' erbgħin sena ilu li jipprovaw jirregolaw il-pornografija li llum qas jagħmlu sens f 'dinja tal-internet u l-informatika. Liġijiet antiki li mhux talli ma jirnexxilhomx iwettqu dak li tfasslu għalihom, imma meta ntużaw, intużaw biss biex joħonqu l-libertà tal- espressjoni mill-big brother b'mod inġust. Għalhekk aġġornajna ħafna liġijiet. Fejn tidħol il-pornografija, fassalna regolamenti ċari abbażi ta' dawk Ingliżi fejn ipproteġejna bil-fatti l-persuni vulnerabbli fis-soċjetà bħalma huma t-tfal u l-persuni b'diżabbiltà. Fejn tidħol iċ-ċensura abbażi ta' reliġjon, saħħaħna l-liġi li tgħid li ma tistax ixxerred messaġġi ta' mibgħeda u vjolenza abbażi tar-reliġjon, waqt li neħħejna liġi antika li essenzjalment kienet tiċċensura l-espressjoni li tkun kritika b'mod qawwi tar-reliġjon. Rajna wkoll li r-reliġjonijiet kollha jiġu trattati b'mod ugwali fil- protezzjonijiet li kienet, għadha u se tibqa' toffri l-liġi. Ħloqna reat ġdid tar- revenge porn biex nipproteġu lil min jisfa vittma ta' vendetta b'ritratti intimi li wieħed seta' jkun bagħat lill-eksmaħbub jew maħbuba tiegħu. Dawn huma kollha affarijiet li normalment il-politiċi jibżgħu jilleġiżlaw fuqhom għax huma kontroversjali u jitrattaw temi li l-politiċi jiddejqu jitkellmu dwarhom bħall-pornografija u s-sess. Dak li ma sarx minn ta' qabilna u li missu ilu li sar, twettaq minn dan il-Gvern. B'hekk, darba għal dejjem, warrabna l-possibbiltà li nerġgħu naraw repeats ta' xeni tal-mistħija fejn plays bħal Stitching ma jitħallewx jittellgħu jew awturi bħal Mark Camilleri jew Alex Vella Gera jitressqu l-Qorti jilagħbu mal-ħabs. B'hekk Malta għamlet pass ieħor favur li tħaddan iktar il-valuri demokratiċi tal-espressjoni ħielsa u t-tolleranza. Iva, din il-liġi mmarkat pass importanti favur iktar libertà tal-espressjoni li se twassal biex is-soċjetà tagħna tkun iktar matura, ħielsa u tolleranti. Il-periklu mhuwiex meta tbexxaq il-bieb għal iktar ideat u iktar espressjoni imma meta ssakkar il-bieb u tniżżel il-firroll. Monsinjur Arċisqof Forsi ftit jafu daqsi kemm il-Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna huwa bniedem ta' kultura u jifhem fil-qasam letterarju u artistiku. Kull meta tkellimt miegħu fuq proġetti kulturali dejjem sibtu spalla miegħi u l-imħabba li għandu lejn l-arti hija xi ħaġa ġenwina u onesta. Naf li l-Monsinjur Arcisqof esprima xi riżervi dwar il-liġi kontra ċ-ċensura artistika. Onestament nemmen li jekk niflu flimkien dak li għamilna, insibu li hemm ferm u ferm iktar x'iġibna flimkien fl-imħabba tagħna lejn il-libertà artistika milli dak li jifridna. Arvo Part Kemm kien mument sabiħ din il-ġimgħa nara lil Arvo Part, il-kompożitur Ewropew per eċċellenza, jitla' jsellem l-udjenza fil-Konkatidral ta' San Ġwann hdejn il-Mro Laus u l-Orkestra Nazzjonali ta' pajjiżna. Li Arvo Part aċċetta li jiġi Malta u jkun parti mill- Festival Internazzjonali tal-Arti ta' pajjizna kien diġà unur. Li tarah jirrikonoxxi t-talent tal-orkestra tagħna kien mument li ma ninsa qatt. Jgħaddi ż-żmien, jgħaddu s-snin u uliedna u ulied uliedna għad jiftaħru li Arvo Part ra f 'pajjiżna niċċa ta' talent artistiku sabiħ ferm. Partnerships Waħda mill-affarijiet li għamilna fis-settur kulturali hu li trasformajna l-Kunsill Malti għall-Arti. Il-Kunsill għandu tliet idejn – id li torganizza l-festivals (Notte Bianca, Karnival, Għanafest eċċ), id tieħu ħsieb il-flus u l-governanza tajba u id li tieħu ħsieb l-istrateġija u l-policy fil-kamp kulturali. Din tal-aħħar, l-id li tieħu ħsieb l-istrateġija u l-policy fil-kamp kulturali, nemmen li kienet l-aħjar deċiżjoni li ħadna għall-ġid ta' dan is- settur. Fl-aħħar qed jittieħdu deċiżjonijiet maħsuba, għat- tul u fl-aħjar interess tas-settur artistiku. Eżempju ċar kien dak tat- tħabbir tal-partnerships għal tliet snin ma' ħdax-il entità kulturali. Il-Kunsill għall-Arti jrid li jdaħħal sens ta' professjonalizmu fil-kamp tal- ħidma kulturali minn NGOs, b'mod li l-ħidma tagħhom tikber, issir aħjar waqt li jinħolqu karrieri u impjiegi ġodda. Għalhekk, dan l-NGOs se jingħataw għajnuna minn fondi pubbliċi għat-tliet snin li ġejjin waqt li jkunu taħt il-kappa u taħrig tal-Kunsill għall-Arti. Konvint li meta nħarsu lura se nisbu li l-ġid li jkun sar b'dawn it-tip ta' deċiżjonijiet ikun wieħed kbir ħafna, għall- ġid tas-settur artistiku. Kburi ħafna bix-xogħol li sar u qed ikompli jsir f 'dan is-settur. Aħbarijiet mill-Ewropa L-aħbarijiet mill-Ewropa komplew jiddominaw. Fil-Gran Brittanja rajna lil Theresa May tilħaq Prim Ministru tal-Gran Brittanja u l-għażliet tagħha tal-Kabinett il-gdid. "Brexit hija Brexit," sostniet May waqt li qalet li mhijiex se tagħfas il-buttuna biex il-Gran Brittanja toħroġ mill-Unjoni Ewropea qabel ma ssolvi l-kwistjonijiet interni. Hemm ħafna domandi x'teħtieġ twieġeb May, fosthom x'risposta se tagħti lill-Iskoċċiżi li qed isaqsu liema Unjoni se jagħzlu bejn it-tnejn. S'intendi kellna aħbarijiet ta' dwejjaq b'telf ta' ħajjiet fi Franza u fit-Turkija. Tal-ewwel kien attentat terroristiku barbaru u tal-mistħija u t-tat- tieni attentat ieħor għal kolp ta' stat wara dak li kien seħħ madwar 15-il sena ilu. Hija sfortuna li tara dawk ix-xeni koroh u makabri fil- kontinent tagħna stess li tant jixraqlu aħjar. Is-solidarjetà tiegħi sħiħa mal-mexxejja u gvernijiet taż-żewġ pajjiżi u l-qraba tal- vittmi. Il-Ħadd 17 ta' Lulju 2016 | illum Opinjoni 17 Passi ta' ġgant għas-soċjetà kollha OWEN BONNICI

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 July 2016