Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/704283
illum | Il-Ħadd 17 ta' Lulju 2016 24 Kummerċjali Il-Farsons Beer Festival b'għażla ta' birer akbar minn qatt qabel Il-Festival tal-Birra ta' Farsons jirritorna mill-Ġimgħa 22 sal-Ħadd 31 ta' Lulju fil- Park Nazzjonali ta' Ta' Qali. Is-36 edizzjoni tal-festival se toffri għażla ġmielha ta' mużiċisti, artisti u gruppi mużikali akkumpanjati bl- akbar firxa ta' birer lokali u internazzjonali li qatt offra l-festival. Dan l-aktar festival Malti popolari tas-sajf idum għaxart ijiem u se jinkludu 'l fuq minn 50 marka ta' birra, cider u varjanti oħra, 30 bar u stand tal-ikel, aktar minn 70 draught tal-birra, u numru rekord ta' 60 wirja mużikali fuq 3 palkijiet. Uħud mill-birer speċjali jinkludu Leffe u Hoegaarden mill-Belġju, il-birer hand crafted Baladin mill-Italja, Hobgoblin mill-birrerija Wychwood u Trooper, u l-birra tal-grupp mużikali leġġendarju tal-'Heavy Metal' Iron Maiden, magħmula mill-birrerija Robinson tal-Ingilterra. Se tkun offruta wkoll għażla ta' birer speċjali mill-birrerija prestiġjuża ta' St Austell ta' Cornwall, l-Ingilterra. Minbarra dawn il-birer speċjali, il-festival se joffri wkoll l-għażla tal-birer klassiċi ta' Farsons u l-għażla tal-birer Cisk, rebbieħa ta' diversi unuri, inkluża l-birra li tnediet dan l-aħħar, iċ-Cisk Pilsner. Din se tkun qiegħda fil-barijiet speċjali taċ-Cisk, fit-Taqsima tar-Rock. Marki internazzjonali oħra tal-birra jinkludu l-Carlsberg, Budweiser, Corona Extra, Beck's, Guinness, John Smith's, Kilkenny Irish Cream, Newcastle Brown Ale kif ukoll numru ta' ciders. Il-Farsons Beer Festival hu sponsorjat mill-Vodafone li għandha bosta sorpriżi għal dawk kollha li ser jattendu l-edizzjoni ta' din is sena. L-istand ta' Vodafone se tinkludi Wheel of Fortune kbira fejn kull min jipparteċipa ser ikun rebbieħ. Apparti r-rigali li jintrebħu mill-ewwel, kuljum il- parteċipanti kollha jidħlu wkoll fiċ-ċans li jirbħu vjaġġ lejn l-Ewropa bl-akkomodazzjoni inkluża. Il-Festival hu appoġġjat ukoll minn GasanZammit Motors, Krea Malta, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u Vibe FM li se jkun qed jospita l-palk tal- mużika rock. Il-bibien jiftħu kuljum fis- 7.30pm. Id-dħul u l-parking huwa b'xejn. Għal aktar tagħrif u aġġornamenti idħol fis-sit jew segwi The Farsons Beer Festival minn fuq il-paġna ta' Facebook. Il-kumpanija Argus Insurance tikseb Ċertifikat ta' Kwalità għal Opportunitajiet Indaqs mill-NCPE Il-Kummissjoni Nazzjonali għall- Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE), ippremjat lill-kumpanija Argus Insurance Agencies Limited biċ-Ċertifikat ta' Kwalità għal Opportunitajiet Indaqs b'rikonoxximent għat- trawwim ta' trattament ugwali fil-post tax-xogħol. Biex jingħata dan iċ-Ċertifikat ta' Kwalità għal Opportunitajiet Indaqs, min iħaddem irid juri impenn li jimplimenta politiki dwar l-ugwaljanza u fastidju sesswali, jieħu miżuri biex jiżgura opportunitajiet indaqs fil-proċess ta' reklutaġġ u impjieg, kif ukoll fl-iżvilupp personali u tal- karriera, u jaħtar impjegat bħala rappreżentat għall-ugwaljanza. Min iħaddem irid jimpenja ruħu li jimplimenta miżuri favur il-familja u għażliet li jippromwovu bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol, isegwi mill-qrib kif sistemi jew politiki ġodda jistgħu jaffetwaw lill- impjegati rġiel u nisa, u jiżgura li kwalunkwe prodott jew servizz fornut jew immaniġġjat mill- organizzazzjoni jkun aċċessibbli b'mod ugwali mill-klijenti rġiel u nisa. Il-Kummissarju tal-NCPE Renee Laiviera qalet, "Dan iċ-ċertifikat hu bbażat fuq evidenza ta' impenn ġenwin mill-kumpanija Argus biex timplimenta policies u prattiċi ta' ugwaljanza kif ukoll miżuri favur il-familja fil-post tax-xogħol u aċċess ugwali għal prodotti u servizzi." Il-Kap Eżekuttiv ta' Argus Vanessa Borg qalet, "Argus kontinwament taħdem biex ittejjeb l-istrateġiji tagħha relatati man-nies li huma mmirati biex jiksbu titjib kostanti u mmaniġjar effettiv tal-ħiliet. Waħda mill- oqsma ewlenin ta' din l-istrateġija hi l-immaniġġjar effettiv tal- prestazzjoni permezz ta' għadd ta' miżuri favur il-familja. Dawn il- miżuri għenu lill-istaff jikseb bilanċ aħjar bejn il-ħajja u x-xogħol. Dan kien ta' benefiċċju kemm għal Argus, peress li tjieb il-livell ta' prestazzjoni, kif ukoll għall- impjegati nfushom. Minbarra li sentejn ilu introduċejna kunċett fejn l-istaff tagħna jista' jutilizza s-sick leave meta t-tfal tagħhom jkunu ma jifilħux, dan l-aħħar, żidna ħamest ijiem oħra ta' sick leave għall-impejgati li għandhom familjari li jiddependu fuqhom biex ikunu utilizzati f'każ ta' emerġenżi tal-familja. Bl- introduzzjoni ta' dawn il-policies, minbarra miżuri oħra favur il-familja, Argus mhux biss kisbet fama ta' kumpanija ta' fiduċja mal- impjegati, imma wkoll temmen li qed tikkontribwixxi lejn komunità u soċjetà aħjar b'mod ġenerali.' Iċ-Ċertifikat kien ippreżentat lill- Argus mill-Ministru Helena Dalli waqt it-12-il Konferenza Annwali tal-Kummissjoni Nazzjonali għall- Promozzjoni tal-Ugwaljanza. Il-Ministru Helena Dalli, il-Kap Eżekuttiv ta' Argus Vanessa Borg Argus u Argus Personal Lines and HR Operations Analyst Maurizia Grima Il-BOV iniedi kampanja edukattiva mmirata lejn id-detenturi tal-kards Reċentement il-Bank of Valletta nieda kampanja ġdida b'differenza. Aktar milli tikkummerċjalizza prodott jew servizz bankarju speċifiku, din il-kampanja tfittex li tgħaddi lill-klijenti ftit pariri prattiċi għal meta jivvjaġġaw bil-kards tagħhom. "Il-klijenti dejjem aktar qed jagħżlu l-kards bħala l-metodu ta' ħlas preferut tagħhom," spjega Michael Galea, Kap tal-Electronic Banking. "Il-kards jibqgħu l-għażla favorita ta' ħlas għal nies li jivvjaġġaw. Madankollu, aħna nħossu li hemm xi klijenti li għadhom joqogħdu lura jew iħossuhom inċerti biex jivvjaġġaw bil-kards tagħhom." Bil-għan li tindirizza dawn il- kwistjonijiet, il-kampanja tal-BOV ta' qabel l-ivvjaġġar tagħmel enfasi fuq erba' pariri prattiċi li jirriżultaw f'esperjenza globali aħjar għall-klijenti. Per eżempju, wieħed dejjem għandu jinforma lill-Bank qabel isiefer. "Sabiex il-klijenti jiġu ssalvagwardjati, il-Bank jimmonitorjaw b'mod regolari t-tranżazzjonijiet biex jimmarkaw dawk li huma irregolari, u jwissi lill-klijenti. Għalhekk, meta l-Bank ikun avżat minn qabel li l-kard se tkun qed tintuża f'post partikolari, ikun jista' jimmonitorja t-tranżazzjonijiet tal-kard aħjar, mingħajr ma jdejjaq lill-klijent waqt il-vjaġġ tiegħu", qal is-Sur Galea. Prekawzjonijiet ta' sikurezza oħra jinkludu li wieħed jaċċerta ruħu li l-PIN huwa validu u jikkonferma l-perjodu ta' validità tal-kard. Il-klijent kull m'għandu bżonn huwa li jċempel lill-Customer Service Centre tal-Bank fuq 2131 2020 sabiex jivverifika d-dettalji meħtieġa, jew iżur kwalunkwe fergħa tal-BOV. Meta tkellem dwar il-kampanja, Charles Azzopardi, Kap tal-PR u l-Marketing spjega li l-għarfien tal-klijent jibqa' fil-qalba tal-viżjoni tal-Bank of Valletta. "Il-Bank tagħna dejjem iddistingwa ruħu li baqa' viċin il-klijent. In-nies tagħna jfittxu li jibnu relazzjoni ta' xogħol fit-tul mal-klijent, għaliex aħna nemmnu li strateġija bil-klijent fiċ- ċentru tagħha hija ewlenija għas- sodisfazzjon tal-klijenti. Permezz ta' din il-kampanja, aħna qed nagħmlu enfasi fuq tħassib żgħir imma madankollu importanti biex neliminaw kwalunkwe esperjenza mhux pjaċevoli. B'dan il-mod, aħna qed ninvestu f'esperjenza aħjar għall-klijenti tagħna." Iż-żieda fil-bejgħ tal-Opel f 'Mejju kienet diġà qabżet ir-riżultati tal-2015 L-Opel qed tkompli fit-triq tas- suċċess tagħha fl-Ewropa: il- bejgħ f'Mejju żdied b'madwar 12% għal aktar minn 102,600 karozza b'kollox. Iż-żieda fil-volum totali tal-Opel fl- Ewropa għall-ewwel ħames xhur tas-sena issa telgħet kważi għal 38,500 unità (aktar minn 8%), li jfisser li ż-żieda fil-volum tal-Opel issa qabżet ir-riżultati totali tal-2015 fuq ħames xhur biss. L-Opel kompliet tissaħħaħ aktar mit-total Ewropew tas-suq tal-karozzi kemm f'Mejju kif ukoll fis-sena s'issa. Is-suq żdied b'madwar 6.8% fil-perjodu bejn Jannar u Mejju biss. Il- proporzjon tas-suq li tokkupa l-Opel żdied b'madwar 0.1 punti perċentwali biex issa laħaq il- 5.9% matul din is-sena. L-Opel rat żieda fir- reġistrazzjonijiet fi 18-il suq Ewropew fl-ewwel ħames xhur. Id-ditta rnexxielha ttejjeb il-proporzjon tagħha tas-suq fi 15-il pajjiż Ewropew. "It-tkabbir qawwi huwa frott il-portafoll żagħżugħ u attraenti tagħna. L-Astra l-ġdida kienet waħda mill-ikbar suċċessi tagħna u diġà rċivejna aktar minn 200,000 ordni għaliha minn madwar l-Ewropa kollha. Ninsabu fit-triq it-tajba," qal Peter Christian Küspert, il-Viċi President tas-Sales u l-Aftersales. Il-'Karozza tas-Sena għall-2016' tal-Ewropa, l-Opel Astra l-ġdida, reġgħet kienet l-ixprun ewlieni ta' dan it-tkabbir. S'issa din is-sena nbiegħu aktar minn 113,500 Astra – żieda ta' madwar 22% meta mqabbel mal- istess perjodu tas-sena l-oħra. L-ordnijiet attwali huma prova ta' kemm qed jintlaqa' tajjeb il-portafoll tal-karozzi tal-Opel. L-Opel Corsa ġiet ordnata għal aktar minn 500,000 darba madwar l-Ewropa, filwaqt li l-karozza li tiġi l-ewwel f'dak li hu stil ta' ħajja l-ADAM ġiet ordnata 200,000 darba u l-Mokka SUV 580,000 darba.