Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/704283
illum Il-Ħadd 17 ta' Lulju 2016 Sports 30 José Mourinho mistenni jirrivoluzzjona KIEN mistenni li wara r-rebħa ta' 2-1 ta' Manchester United kontra Crystal Palace fil-finali tal-FA Cup, l-ekskowċ Olandiż tar-Red Devils, Louis van Gaal jibqa' jservi bħala kowċ tat-tim minn Old Trafford, hekk kif bħal donnu din ir-rebħa nessiet id-diżappunt totali tar- Red Devils matul l-aħħar staġun. Iżda d-diriġenti ta' Manchester United immexxija miċ-chairman Ed Woodward kellhom fehma oħra hekk kif huma appuntaw lil Josè Mourinho bħala kowċ, bil-maġġoranza assoluta tal-partitarji ta' Manchester United jifirħu għal din l-aħbar. Dan hekk kif il-kwalitajiet fil-kowċing tiegħu huma indiskussi u magħrufa minnn kulħadd, fejn tabilħaqq jiddistingwuh bħala wieħed mill-aqwa kowċis fid-dinja fil-preżent. L-unuri li rebaħ ma' bosta timijiet tul l-aħħar snin huma xhieda ċara ta' dan fejn wassal lil timijiet bħal Chelsea, Porto, Real Madrid u Inter għal suċċessi kbar. Forsi dak li jnaqqas ftit mill-mertu tieħu huwa l-karattru uniku tiegħu fejn ħafna drabi jiġbed l-antipatija ta' ħafna minħabba li bosta jqisuh bħala stramb jew supperv minħabba xi kummenti ħafna drabi kontroversjali li jgħaddi fil-konfront tal-media jew ta' xi plejers jew diriġenti avversarji. Iżda dawn il-fatturi fil-karatteristiċi tal-istess Josè Mourinho xi drabi jiġu mfaħħra wkoll minn bosta esponenti tal-futbol mondjali, Il-kowċ il-ġdid ta' Manchester United, Jos Mourinho, iktar magħruf bħala 'Special One' 'L-aktar ħaġa importanti ma kienx ir-rebħ tal-Kampjonat iżda l-irwol importanti li kellhom plejers żgħażagħ Beltin' - Paul Zammit WAQT konferenza stampa li saret fil-jiem li għaddew f 'lukanda ewlenija f 'San Ġiljan ingħataw dettalji rigward il-Youth Nursery ta' Valletta. Tkellem fost l-oħrajn Paul Zammit, kowċ ta' Valletta, u l-moħħ ewlieni wara s-suċċess tal-Beltin fl-aħħar Kampjonat kif ukoll xprun ewlieni għall- introduzzjoni ta' numru ta' plejers żgħażagħ fil- klabb Belti. Rimarkabbli kien il-kumment tiegħu, fejn qal li għalih l-aktar ħaġa importanti matul l-aħħar staġun ma kienx ir-rebħ tal-Kampjonat, iżda li numru ta' plejers żgħażagħ kellhom sehem importanti fir-rebħ tat-23 Kampjonat minn Valletta. Bi spunt għal dan, il-gazzetta ILLUM għamlet mistoqsija diretta lill-kowċ Belti rigward jekk plejers bħal Llywelyn Cremona, Jurgen Suda, Daniel Camilleri, Jean Borg u Russell Fenech jinsabux fil-pjanijiet tiegħu għall-istaġun li ġej. Huwa kien pront wieġeb li huma jinsabu fil-pjanijiet tiegħu kif dejjem kienu waqt li fost dawn il-plejers imsemmija se jkun hemm uħud li jkunu mal-ewwel 11 ta' Valletta. Staqsejna wkoll fir-rigward ta' kemm il-fatt li kull tim fil-Premier jista' jutilizza sa seba' plejers barranin hux qed inawwar il-ħidma sfieqa ta' numru ta' persuni li tassew iħobbu l-futbol fin-nurseries mat-timijiet rispettivi fosthom Valletta. Huwa bħal dejjem kien mill-aktar voċiferu rigward dan il-fatt u qal li din ma kinitx is-soluzzjoni biex il- futbol Malti jagħmel passi 'il quddiem iżda jħoss li xorta waħda plejer Malti li jkun tajjeb jirnexxielu jsib postu mal-ewwel 11 ta' tim partikolari. Intant, ingħata tagħrif ukoll rigward żieda li se jkun hemm fl-istaff tekniku ta' Valletta hekk kif se jkun qed jingħaqad fil- 'coaching staff ' ta' Valletta, Godfrey Grima, li huwa speċjalista tat-teknoloġija tal-informatika waqt li huwa kowċ ferm rispettat speċjalment fis-settur tal-Youths. Barra minn Godfrey Grima, fl-istaff tekniku tiegħu li mhux se jinbidel mill-istaġun li għadda se jkun hemm ukoll iż-żieda ta' Nicholas Baldacchino u Adrian Buttigieg. Barra minn hekk tħabbar kif it-tim ta' Valletta nvesta bil-kbir fil-faċilitajiet tal-grawnd tas-Salinos bil-bini ta' grawnd ġdid b'turf sintetiku, waqt li saret manutenzjoni bir- reqqa f 'dawn il-faċilitajiet u sar investiment ukoll f 'tagħmir ta' taħriġ. Dan bl-iskop li tiġi ffurmata akkademja 'elite' ta' Valletta bħalma għandhom numru ta' timijiet barranin, fejn biex dan issir ġie milħuq ftehim ma' Żurrieq, biex jinkera l-grawnd 'full-size' tagħhom. Din l-akkademja se tkun miftuħa għall- kategoriji bejn l-'Under 13s' u l-'Under 17s'. Is-settur tal-iżvilupp tal-Youths għal tfal bejn l-4 u l-11-il sena se jkun immexxi mill-kowċ li m'għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni fil-futbol lokali, Leonard Farrugia. It-tim ta' Valletta ta' taħt id-19-il sena se jkun immexxi minn Adrian Buttigieg, li huwa kowċ ikkwalifikat bil-liċenzja tal-UEFA B. Intant, hekk kif issir kritika li Valletta m'għandhomx tim tan-nisa, it-tim mill-kapitali ħaseb ukoll f 'dan hekk kif għall- ewwel darba se jkun qed jilqa' applikazzjonijiet għal bniet bejn l-età ta' tmien u 13-il sena biex jibdew jilagħbu l-futbol b'ċertu serjetà bit-tama li fil-futur qrib ikun hemm ukoll tim tan-nisa ta' Valletta. Paul Zammit, Nicholas Baldacchino u James Mackay waqt konferenza stampa li ndirizzaw fil-jiem li għaddew