Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/704283
illum Il-Ħadd 17 ta' Lulju 2016 Sports 28 'Irrid inkompli nġorr il-bandiera Maltija b'unur fl-Italja ma' Arezzo' - Zach Muscat JEKK kien hawn futboler Malti partikolari li fl-aħħar xhur, ġarr il- bandiera Maltija b'ċertu unur u kburija barra minn xtutna, m'hemmx dubju li dan ma kien ħadd ħlief il-plejer internazzjonali Zach Muscat, li riċentament kien qed jilgħab bil-flokk tat-tim ta' Akragas li jirrapreżenta l-belt ta' Agrigento fi Sqallija u li jimmilita fil-Girone C tal- Lega Pro fl-Italja. Intant, fl-aħħar ġimgħat sar magħruf kif l-istess Zach Muscat kien ingħaqad ma' Arezzo, klabb ġej ir- reġjun tat-Toscana fl-Italja u li jimmilita f 'Girone B tal-Lega Pro. B'hekk din il-gazzetta għamlet kuntatt ma' Zach Muscat innifsu, fejn bħal dejjem kien mill-aktar disponibbli għalina u tana dawn il-kummenti kemm rigward dak li għadda minnu f 'dawn l-aħħar xhur li fihom lagħab ma' Akragas, kif ukoll kif qed iħares lejn din l-esperjenza ġdida fil-karriera tiegħu ma' Arezzo. Huwa afferma li, "għadni sa din is-sekonda ma nistax nemmen li għamilt l-ewwel pass li nitlaq nilgħab barra minn Malta. Din ma kienet faċli xejn, iktar u iktar il- post fil-klassifika li bdejna fih wisq iktar li wara ftit żmien bħala plejers inbidlilna l-kowċ u l-istaff tekniku. Però, esperjenza li tiswini mitqlu deheb mil- lat ta' ħajja independenti kif ukoll għall-ħajja iebsa u xi kultant ta' solitudni kbira ta' plejer tal-futbol. Mill-pjazzament ta' qabel tal-aħħar f 'Jannar li għadda, irnexxielna nagħmlu dak li ħadd ma stenna u wasalna għall- permanenza għal sena oħra tal-klabb fil-Lega Pro. Tqis li s-'set up' kien ta' tim għadu tiela' mis-Serie D b'finanzi xejn straordinarju u fuq kollox ħadna ħames punti penalizzazjoni, tant kemm kienet xi ħaġa kbira li spiċċajna ikkumparati mar-Roma fis-Serie A fiż- żmien fejn konna l-uniċi żewġ timijiet għaddejjin b'sitt rebħiet wara xulxin. Li tilgħab f 'kampjonat daqshekk professjonali, tgħix il-ħajja ta' plejer kull sekonda, il-fixtures 'home' u 'away' u tilgħab quddiem 5,000, 10,000 u anke 13,000 ruħ, ġimgħa wara l-oħra kienet ta' appoġġ kbir għalija li qed nagħmel verament l-ewwel pass fil- futbol professjonali. Fil-grawnd, grazzi għall- ħidma kbira mat-tim u anke b'mod personali, inħossni li kbirt kemm tattikament, teknikament kif ukoll u speċjalment fiżikament. Nifhem ħafna iktar il-logħba tal- futbol u sirt iffissat ta' veru! Ma nistax ma nsemmix b'mod speċjali wkoll l-ispiritwalità, li nemmen li għenitni wkoll barra l-grawnd, fejn b'indipendenza assoluta titgħallem tfendi ghal rasek f 'kull ħin u ġurnata però fis-solitudni sibt ukoll lill- Mulej. Nieħu gost ngħid u niftaħar għaliex b'hekk nuri l- kuntentizza tiegħi li rnexxieli nsib paċi u ferħ mal-Mulej u fuq kollox hija l-Kelma li naqra li tmexxini biex naqsam l-avventura u t-twemmin tiegħi. Sibt ukoll familja spiritwali fit- tim fejn saħansitra konna norganizzaw bejnietna li niltaqgħu naqraw u niddiskutu l-Bibbja ġurnata qabel il-logħob. Bħala konklużjoni, fuq kollox nista' ngħid li din kienet esperjenza li verament saħħitni minn kull aspett u ma nixtieqx inħares lura fis-sens li nixtieq nużaha bħala l-ewwel tarġa fejn inkompli nikber u nissaħħaħ bħala uman biex intejjeb il-ħajja ta' barra l-grawnd li b'hekk awtomatikament titjieb il-prestazzjoni ġewwa l-grawnd li tirrifletti l-ħajja ta' kull plejer kif jitratta l-professjoni tiegħu. Rigward l-esperjenza tiegħi ma' Arezzo, minn dejjem kienet ix-xewqa tiegħi, li nilgħab barra minn Malta u għalhekk ġaladarba kont bdejt esperjenza barra minn xtutna, ma ridtx inħares lura u ridt li nkompli nilgħab barra mill-pajjiż, fejn il-livell ta' futbol huwa ogħla minn dak ta' Malta. Nemmen li ma' dan it-tim se nkompli ntejjeb il-livelli kalċistiċi tiegħi, waqt li rrid inkompli nġorr il-bandiera Maltija b'unur fil-pajjiż qrib tagħna, l-Italja," temm jgħid Zach Muscat. Zach Muscat fil-ġurnata li fiha ffirma ma' Arezzo fl-Italja L-ERBA' darbiet champion tad-dinja, Marc Marquez ikkonvinċa bis- sħiħ u kien perfett fil- wirja tiegħu biex ilbieraħ kiseb il-pole tal-Ġermanja biex b'hekk illum se jkun qed jibda mill-ewwel post fil-Moto GP bl-isem ta' GoPro Motorrad fuq iċ- ċirkwit ta' Sachsenring. Intant, is-sewwieq kompatrijott Spanjol Hector Barbera impressjona bil-kbir hekk kif kiseb it-tieni l-aħjar ħin waqt li s-sewwieq Taljan Valentino Rossi se jkun qed jibda mill-pożizzjoni ferm rispettabbli tat-tielet post. Rimarkabbli huwa l-fatt li s-sewwieq Spanjol Jorge Lorenzo kien involut f 'żewġ inċidenti li seta' kellu konsegwenzi koroh, u b'hekk illum se jkun qed jibda biss mill-11-il post tal-gradwatorja. Din hija l-agħar pożizzjoni li minnha se jkun qed jibda dan is-sewwieq sa mill-2013, meta kien beda mit-12-il post fil-Moto GP tal-Olanda wara li kien sofra injury kemxejn serja. Dawn huma l-postijiet li fihom temmew is- sewwieqa tal-Moto GP ilbieraħ flimkien mal-ħin li rnexxielhom jirreġistraw fil-pole position tal-Moto GP tal-Ġermanja: 1. M. Marquez - Repsol Honda 2. H. Barbera - Avintia 3. V. Rossi - Yamaha 4. D. Petrucci - Pramac 5. P. Espargaro - Tech 3 6. M. Vinales - Suzuki 7. A. Dovizioso - Ducati 8. A. Espargaro - Suzuki 9. A. Iannone - Ducati 10. D. Pedrosa - Repsol Honda 11. J. Lorenzo - Yamaha 12. Y. Hernandez - Aspar Marc Marquez jikkonvinċi u jikseb il-pole tal-Moto GP tal-Ġermanja Marc Marquez jifraħ wara li lbieraħ rebaħ il-pole position tal-Moto GP tal-Ġermanja