Illum previous editions

ILLUM 17 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/704283

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 17 ta' Lulju 2016 | illum Sports 29 X'qed jinħema fix-xena tal-futbol internazzjonali... CHRISTIAN BENTEKE - Għalkemm l-attakkant Belġjan ta' Liverpool, Christian Benteke jinsab għaddej minn żmien diffiċli mar-Reds, huwa saħaq li qatt m'għaddielu minn moħħu li jħalli lit-tim immexxi minn Jurgen Klopp, u jemmen li l-futur tiegħu huwa wieħed magħhom. Madankollu qed jingħad li huwa jista' jħalli lil Liverpool biex jingħaqad ma' Crystal Palace. CASEMIRO - Chelsea jinsabu interessati li jakkwistaw lill-plejer Brażiljan ta' Real Madrid, Casemiro, li iżda l-kuntratt tiegħu mal-Galacticos jiskadi fl-2021. EDINSON CAVANI - Jeżistu ċansijiet kbar li Edinson Cavani jħalli lil PSG biex jibda avventura ġdida fil-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra, bl-iktar żewġ timijiet li qed jissemmew li jinsabu interessati fih ikunu Manchester United u Chelsea. OMER TOPRAK - Fit-tentattiv li jsaħħu d-difiża tagħhom, Manchester United jinsabu interessati li jakkwistaw lid- difensur ċentrali Tork ta' Bayer Leverkusen, Omer Toprak li għandu kuntratt ma' dan it-tim Ġermaniż sal-2018. MARQUINHOS - Il-plejer ta' PSG, Marquinhos, ma ħebiex ix-xewqa tiegħu li jibda avventura ġdida fil-Kampjonat Barclays Premier fl- Ingilterra, fejn skont hu, dan huwa l-aqwa Kampjonat fid-dinja. Għalkemm esprima din ix-xewqa, huwa ma ndikax klabb partikolari li jixtieq jilgħab miegħu, fejn għalissa huwa konċentrat biss li jilgħab mat-tim tiegħu ta' PSG. PHILIPPE MEXES - Jidher li Fiorentina reġgħu tefgħu ħarsithom fuq l-eksdifensur ċentrali Franċiż ta' AC Milan, Philippe Mexès, wara li fis-sajf li għadda kienu diġà wrew interess konsiderevoli fih. SEYDOU KEITA - Seydou Keita jista' jħalli lil Roma, fejn jista' jibda avventura ġdida fl-Għarab Emirati Magħquda, mat-team ta' Al Sadd, fejn magħhom jilgħab ukoll l-eksplejer leġġendarju Spanjol ta' Barcelona, Xavi Hernandez. AARON LEYA ISEKA - Arsenal tefgħu ħarsithom fuq l-attakkant ta' Anderlecht imwieled fl-1997, Aaron Leya Iseka li l-kuntratt tiegħu mal-Belġjani jintemm fl-2020.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 July 2016