Illum previous editions

ILLUM 17 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/704283

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 17 ta' Lulju 2016 | illum Tkompli minn paġna 1 "GĦAJJEJT u tkissirt niġri biex nieħu ġustizzja, biex nieħu dak li d-Dipartiment tal- Artijiet stess qal li hu tiegħi," saħaq Farrugia mal-ILLUM, li spjega wkoll kif wara li l-każ tiegħu ħareġ fil-pubbliku, minflok għajnuna sab biss bibien magħluqa. Nhar il-Ħadd 3 ta' Jannar, l-ILLUM kienet żvelat kif kien id-Dipartiment tal-Artijiet stess li f 'ittra datata 8 ta' April 2014 ammetta li kien sar żball għad- detriment ta' Farrugia u l-familja tiegħu u wiegħed li jingħata kumpens. L-ittra, indirizzata lill- avukat ta' Farrugia, Francesca Zarb, kienet tgħid hekk: "Ninfurmak illi permezz ta' din l-ittra, qed jiġi kkonfermat li sar żball minn naħa tad- Dipartiment meta sar ħlas ta' kumpens lis-soċjetà (li għalissa mhux se nippublikaw isimha) għall-proprjetà li tappartjeni lill- klijent tiegħek (Edgar Farrugia)." L-ittra tkompli billi twiegħed hekk: "Għaldaqstant dan id- Dipartiment se jieħu azzjoni immedjata u konsegwentement isir ħlas lill-aħwa Farrugia." Din it-taħwida saret fid- Dipartiment fl-2005, biss Farrugia sar jaf biha fl- 2013 meta mar il-'Lands' u hemmhekk kien intqal lilu li fil- fatt il-ħlas lill-familtu f 'kumpens għat-trasferimenti, (li wkoll sar jaf dwarhom permezz ta' terzi) kienu diġà ngħataw. Wara li baqa' jiċħad dan, huwa talab li jara l-kuntratti li permezz tagħhom, suppost, kien irċieva kumpens għat-trasferiment, iżda meta dan il-kuntratt ġie f 'idejh sab li l-ħlas kien sar lil kumpanija, ma' nies li hu u l-familja tiegħu ma kinux jafu bihom. Għalkemm Farrugia saħaq li n-nies li kellu kuntatt magħhom, fosthom ma' Peter Mamo mill-Lands u mas-Segreterju Parlamentari Deborah Schembri, "kienu ġentili, s'issa risposti ma ħadt xejn mingħand ħadd. L-unika ħaġa li għandi hija l-ittra fejn il-Lands jammettu l-iżball u jwiegħdu kumpens." - Mejju 1960: Proprjetà 76 B Triq San Nikola, l-Belt Valletta tinbiegħ lil Paolo Farrugia. Fil-kuntratt jingħad li l-propjetà għandha bieb ieħor bin-numru 50 li jagħti għal Triq Sant'Anna. - 1964: Il-proprjetà fil-Belt Valletta flimkien ma' oħrajn jitniżżlu fil-wirt ta' Paolo Farrugia. Jgħaddiha lil uliedu, fosthom Edgar. - 1968: B'Denunzja ta' Suċċessjoni, il-proprjetà tgħaddi għand Giuseppa Farrugia,omm Edgar, wara l-mewt ta' żewġha. Imbagħad terġa' tintiret mit-tfal mal- mewt tagħha fl-1968. - 1988: Il-Gvern b'dikjarazzjoni tal-President jakkwista din il-proprjetà biex tintuża għal skopijiet pubbliċi. L-akkwist isir fuq pussess u użu. Għalhekk riedet titħallas il-kera. - 1999: Il-Gvern jakkwista l-art b'xiri assolut. B'kollox jixtri 39 proprjetà. Ma' dawn hemm 'Premises no. 50 Triq Sant'Anna' u 'Premises no.76, Triq San Nikola'. It-tnejn jappartjenu lill-istess proprjetà u t-tnejn huma tal-familja Farrugia. - 29 ta' Diċembru 2005: Il- proprjetà 76 u 76A jinbiegħu minn familja partikolari għal għand kumpanija permezz ta' kuntratt ta' bejgħ. Ma' dan il-bejgħ, il-partijiet ftiehmu li l-kompratur (il-kumpanija) ikun assenjat id-dritt għall- kumpens mingħand il-Gvern ta' €58,607 (LM 25,160) għan- numru 76. Il-familja Farrugia ma tafx dwar dan il-bejgħ li fih hemm inkluża l-proprjetà tagħhom. - 30 ta' Diċembru 2005: L-għada stess, il-proprjetà kienet trasferita mingħand il-kumpanija lura għal għand il-Gvern permezz ta' kuntratt ta' tpartit. Il-Gvern iħallas b'€150,000 f 'valur ta' proprjetà u €35,400 f 'somma ta' flus bħala kumpens. Il-familja Farrugia ma taf b'xejn. - 2013: Wara numru ta' laqgħat fejn Edgar kien qed jiddiskuti l-kumpens, ikun infurmat mid-Dipartiment tal-Artijiet li hu kien irċieva somma flus u artijiet bħala kumpens. Jiċħad, u jitlob biex jara l-kuntratti fejn isib li l-ħlas sar lill-kumpanija u membri tagħha li hu ma jafx. - Settembru 2013: Edgar Farrugia jibgħat ittra lid- Direttur tad-Dipartiment tal- Artijiet u jitlob spjegazzjoni ċara. Jgħid li dak li sar lilu "ma jitwemminx." - 2 ta' April 2014 – Permezz tal-avukat tiegħu, Farrugia jibgħat ittra li fiha jispjega dak li ġara u l-kuntratti li saru minn wara dahru. L-ittra titlob lid-Dipartiment biex tingħata spjegazzjoni u d-Dipartiment jirregola ruħu. - 8 ta' April 2014– Id- Dipartiment, f 'ittra għan-nom tad-Direttur tikkonferma li sar żball, "meta sar ħlas ta' kumpens lis-soċjetà (l-isem tal-kumpanija) għall-proprjetà li tappartjeni lill-klijent tiegħek (Edgar Farrugia). - Jannar 2016: L-istorja ta' Edgar Farrugia tkun żvelata fuq il-gazzetta ILLUM u jsir rapport dwarha wkoll fil-bullettin tal-aħbarijiet tal- istazzjon tal-Partit Laburista ONE, dakinhar stess. - Lulju 2016 : Farrugia jibqa' bla kumpens sentejn u tliet xhur wara li kien imwiegħed dan mid- Dipartiment tal-Artijiet u 11-il sena wara li l-proprjetà kienet trasferita minn wara dahru u dahar il-familja tiegħu. Il-kronoloġija ta' dak li ġara s'issa 1 'Risposti ma ħadt xejn, mingħand ħadd' 2 3 1. L-ittra li fiha d-dipartiment jikkonferma l-iżball li għamel meta ta kumpens lil terzi għal proprjeta ta' Edgar u l-familja Farrugia. 2. Parti mill-ittra tal-avukat ta' Farrugia li fiha titlob spjegazzjoni u rimedju immedjat mid-Dipartiment tal-Artijiet. 3. Il-valur tal-proprjeta flimkien mad-danni mill-1988 fil-kuntratt bejn il-Gvern u t-terzi għat-tpartit ta' art u proprjeta.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 July 2016