Illum previous editions

ILLUM 17 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/704283

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 17 ta' Lulju 2016 Sports 32 Milħuq ftehim bejn in-nurseries ta' Luxol St Andrews u Santa Luċija għall-iżvilupp ħolistiku tat-tfal WAQT konferenza stampa li saret fil-jiem li għaddew fis-sala biswit il-Luxol Stadium f 'St Andrews, ingħataw dettalji rigward ftehim li ntlaħaq bejn in-nursery ta' Luxol St Andrews u dik ta' Santa Luċija, li se jkun qed jara liż-żewġ nurseries jaħdmu flimkien bl-iskop ewlieni jkun dak li jkomplu jiżviluppaw it-talenti tal-plejers li jimmilitaw fi ħdan iż-żewġ nurseries rispettivi. Dan il-ftehim għandu l-għan li jestendi s-servizzi tan-nursery ta' Luxol St Andrews fin- Nofsinhar ta' Malta waqt li tistabilixxi nursery b'saħħitha fil-klabb ta' Santa Lucia. Preżenti għal din il- konferenza stampa, kien hemm il-president tal- MFA, Norman Darmanin Demajo li huwa wkoll 'co-founder' flimkien mal-president attwali ta' St Andrews, Paul Falzon, tal- istess klabb li kontra kull mistenni matul l-istaġun li għadda rnexxielu jżomm postu fl-ogħla diviżjoni tal-futbol lokali. Bħall- amministratturi tal-YFA, huwa appoġġja bis-sħiħ dan il-proġett waqt li saħaq li n-nurseries lokali jirrapreżentaw mixtla li tipprovdi lil pajjiżna bil-plejers tal-futur, waqt li huma l-benniena tas- soċjetà tagħna, li kulma jmur sfortunatament qed titlef il-valuri. Huwa qal li skont hu, in-nurseries jirrapreżentaw l-aktar ħaġa importanti fil- futbol. Iżda bi spunt għal dan il-fatt, din il-gazzetta staqsiet lill-president tal- MFA kif jirribatti l-fatt li f 'pajjiżna bħalissa kull tim jista' jutilizza sa massimu ta' seba' plejers barranin u li għalhekk dawn faċilment jistgħu jkunu qed jieħdu post plejers Maltin fosthom dawk prodotti ta' nurseries lokali. Iżda huwa qal li plejer Malti jekk ikollu l-kwalitajiet kollha meħtieġa jista' faċilment isib postu anke mal-ewwel 11 ta' tim tal- Premier, indipendentament mill-ammont ta' plejers barranin li dan ikun jista' jinkludi fih. Huwa kompla li l-introduzzjoni ta' seba' plejers barranin f 'tim tal- Premier żiedet il-livell tal- futbol lokali bil-bosta u ma kienet xejn ta' detriment kemm għall-futbol lokali kif ukoll għat-tim nazzjonali Malti. Intant, tkellem ukoll is-segretarju ta' Santa Luċija FC, Paul Sammut, li qal li l-klabb li huwa jirrappreżenta mmexxi mill-president Martin Agius kien ilu għal żmien konsiderevoli jħoss il-bżonn li jieħu ċerti inizjattivi biex din in-nursery terġa' tqum fuq tagħha u tiġbed lejha diversi tfal li tassew iħobbu l-futbol. Kien b'hekk li kienet ġiet l-idea lil dan il-klabb li jilħaq ftehim man-nursery ta' Luxol St Andrews kemm biex ikompli joffri servizz lill-komunità żgħira tar-raħal ta' Santa Luċija, kif ukoll biex ikompli jiżviluppa t-talenti ta' diversi tfal u żgħażagħ Maltin, bit-tama ewlenija tkun dik li huma jkunu jistgħu jagħmlu l-grad fl- ogħla livell tal-futbol lokali u mhux biss, fil-futur qrib. Preżenti għal din il- konferenza stampa kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari Chris Agius, li faħħar bis-sħiħ din l-inizzjattiva meħuda miż-żewġ klabbs ta' St Andrews u Santa Luċija u awgura li iktar klabbs lokali jimbarkaw fuq proġetti simili għall-akbar ġid tal- isport lokali. Intant fi tmiem din il-konferenza stampa, il- gazzetta ILLUM tkellmet mad-Direttur Tekniku tal- klabb ta' Luxol St Andrews, Pippo Psaila, persuna li barra li huwa ekskowċ tat- tim nazzjonali Malti, żgur li m'għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni mas-segwaċi tal-futbol lokali. Huwa wkoll wieħed mill- imħuħ prinċipali wara dan il-proġett li tana dawn id-dettalji rigward x'se jkun qed jinvolvi. "Huwa pjaċir tagħna li jkollna l-okkażjoni li naqsmu l-istruttura ta' Youth Development Sector fi ħdan il-Luxol mal-partners tagħna Santa Luċija fejn jidher biċ-ċar li jistgħu joffru opportunità kbira ta' tagħlim u żvilupp liż-żgħażagħ fin-nofsinhar ta' Malta permezz tal- futbol. Dan il-proġett se jkun imsejjes fuq bażi ta' kuntratt 'franchised' u għalhekk se niżguraw li l-istudenti kollha jgħaddu minn esperjenza ta' tagħlim ħolistiku – nixtiequ li l-istudenti fin- nofsinhar ta' Malta jgħaddu mill-istess esperjenza li jgħaddu minnha l-istudenti tal-Luxol. Il-garanzija hija li l-Luxol għandu rekord li f 'dawn l-aħħar 23 sena għamel suċċess kbir. Jekk immorru lura għas-sena 1993, naraw li kien hemm 45 student biss mentri llum il-Luxol jara n-numru sabiħ ta' 630 student, minkejja li l-lokalità u l-inħawi tagħha toffri ħafna aktar kompetituri. Ilħaqna stabbilejna ruħna bħala Youth Development Sector li jipprovdi liż-żgħażagħ b'ħiliet għal tul il-ħajja u valuri oħra importanti li jgħinuhom jimmaturaw u jsiru adulti responsabbli. Dan kien l-għan ewlieni tagħna u l-futbol kien l-għodda biex aħna nilħqu l-objettiv tagħna. L-istaff li se jkun qed jikkowċja lil dawn it-tfal se jkun magħżul minn Luxol u se jkun staff li ħadem għal żmien twil ma' Luxol - staff ikkwalifikat u intiż fl- oqsma kollha nkluż l-ethos u l-valuri. L-istudenti se jiġu rreġistrati taħt Santa Luċija. Il-proġett se jieħu forma ta' transfer u l-proviżjoni tal-lat amministrattiv u tekniku se jkun f 'idejn Luxol bħala s-service provider u Santa Luċija bħala l-'franchise'. Wieħed tajjeb jirrimarka li din mhix amalgamazzjoni ta' żewġ klabbs, għax kull klabb se jibqa' jħaddan l-awtonomija tiegħu. Hawnhekk f 'Luxol, jiġu studenti minn kull parti tal-gżira tagħna - Malta u anki Għawdex, minn gruppi soċjo-ekonomiċi differenti u minn realtajiet soċjali differenti wkoll. Tajjeb ngħidu li fil-passat, esperjenzajna mumenti fejn ir-reġistrazzjonijiet kellhom jingħalqu u dan minħabba l-fatt konna lħaqna l-massimu ta' kull grupp, kemm bħala età kif ukoll bħala abbiltà. Aħna nemmnu li għandna nagħtu lil kull student opportunità li jilgħab, jiżviluppa u jieħu pjaċir waqt il-futbol filwaqt li jiżviluppa l-kapaċitajiet intrapersonali tiegħu bil-pass tiegħu fil-livell u fil-qasam li hu l-iktar kunfidenti fih minħabba li dan jgħin fl-iżvilupp pedagoġiku. L-istudent huwa l-punt li aħna niffukaw fuqu u huwa minnu li aħna 'demanding' mal-ġenituri ta' dawn it-tfal mal-mument li jiddeċiedu li jħallu f 'idejn l-esperti tagħna biex inkunu nistgħu nilħqu l-objettivi tagħna. Din mhix fuq min se jirbaħ jew kreazzjoni ta' talenti kalċistiċi, hija ħafna u ħafna aktar minn hekk. U huma dawn il-valuri li aħna ninsistu li nnibtu f 'kull student – u hija din il-kultura u esperjenza li se naqsmu mal-istudenti u ż-żgħażagħ fin- nofsinhar ta' din il-gżira. Ma nara l-ebda raġuni għalfejn student li jfalli f 'Luxol, m'għandux jieħu l-opportunità li jilgħab, jitgħallem u jkompli jiżviluppa f 'Santa Luċija. Istituzzjoni edukattiva mhijiex il-lokalità, il- faċilità, l-istaff jew l-istudenti iżda hija s-sinerġija ta' ħafna fatturi u esperjenzi li kollha jikkontribwixxu għal esperjenza edukattiva ħolistika u l-motivazzjoni tal-istudent li jirnexxilu jagħraf l-ethos ta' dik l-istituzzjoni edukattiva. Din hija Luxol u dan huwa dak li nixtiequ naqsmu ma' Santa Luċija u ż-żgħażagħ residenti fin-nofsinhar ta' Malta. Kellna rispons pożittiv immens u ta' inkoraġġiment. Hawnhekk nixtieq nirringrazzja minn qalbi lil Fr Hilary tas- sapport kontinwu tiegħu. Ir-reġistrazzjonijet infetħu fil-15 ta' Ġunju li għadda, u wieħed jista' jiġi l-klabb tal-Luxol, f 'St Andrews, mid-9am sas-1pm kuljum biex jirreġistra. Bejn it-18 u l-20 ta' Lulju, se nkunu qed norganizzaw tlett ijiem ta' Road Show fil-grawnds ta' Santa Luċija, fejn bejn is-7pm u d-9pm se jiġi mgħallem il-futbol għall- istudenti ta' bejn is-6 snin u t-13-il sena mill-istaff tas-Summer School tagħna stess. Ta' min wieħed jgħid li f 'dawn it-tlett ijiem, se jkunu qed jiġu aċċettati wkoll reġistrazzjonijiet mill-istess grawnd f 'Santa Luċija," temm jgħid Pippo Psaila. Chris Agius, Norman Darmanin Demajo, Pippo Psaila, Paul Falzon u Paul Sammut, waqt konferenza stampa li ndirizzaw fil-jiem li għaddew Ritratt : Joe Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 July 2016