Illum previous editions

ILLUM 17 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/704283

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

AKTAR kmieni din il- ġimgħa, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li se toħroġ Prequalification Questionare għall- proġett fiċ-ċimiterju tal-Addolorata. Il-gazzetta ILLUM tinsab infurmata li l-konċessjoni għal dan il-proġett se tkun ta' 15-il sena. Dan l-investiment mistenni jkun ta' €16-il miljun u se jinvolvi l-estensjoni ta' oqbra ġodda fl-Addolorata, restawr ta' partijiet miċ- ċimiterju eżistenti, kif ukoll immaniġġjar u manutezzjoni tal-kumpless kollu tal- Addolorata. Il-Prequalification Questionare mistennija toħroġ fil-ġimgħat li ġejjin. Is-saga tal-estensjoni tal- Addolorata tmur lura diversi snin, fil-fatt ix-xogħol ta' skavar għal din l-estensjoni kien beda fl-2008. Wara li ntefqu €1.5 miljun, ix- xogħol kien waqaf nofs triq f 'Diċembru tas-sena 2010 u eventwalment il-permess skada. Fl-2013, eżatt qabel l-elezzjoni, kienu saru 369 konvenju għall-oqbra għall- estensjoni tal-Addolorata mill-gvern ta' Lawrence Gonzi, meta l-permess għal din l-estensjoni lanqas biss kien ingħata. Fil-fatt, meta ħarġu dawn il-konvenji, l-permess tal-MEPA kien ilu li skada sena u kien biss il- gvern prezenti li reġa' attiva l-applikazzjoni biex fil-fatt ingħataw mill-MEPA aktar kmieni din is-sena. Is-sit ta' din l-estensjoni, li tinsab fiż-żona magħrufa bħala tal-Ħorr fin- nofsinhar taċ-ċimiterju, ilha snin tkun abbużata bħala sit ta' rimi ta' skart. L-istil ta' din l-estensjoni se jkun semiċirkolari kif iddisinjat mill-Perit Galizia biex jikkumplimenta l-importanza storika ta' dan iċ-ċimiterju. "L-Addolorata, huwa post sagru u uniku, post li jeħtieġ manutenzjoni kbira. Għal snin sħaħ dan il-post tħalla waħdu fil-ħemda u ftit li xejn saru xogħlijiet ta' manutenzjoni, jekk mhux dawk li kienu assolutament neċessarji. Huwa post antik u għandu bżonn restawr estensiv. Għaldaqstant biex inkunu nistgħu nagħmlu l-estensjoni u fl-istess ħin nagħtu d-dinjità, restawr u manutenzjoni li jistħoqlu dan il-post se nkunu qegħdin noħorġu din is- sejħa," qal Fearne. Min se jirbaħ il- konċessjoni se jkun responsabbli wkoll mis- servizzi offruti f 'dan iċ- ċimiterju fosthom dfin u tindif ta' oqbra. illum | Il-Ħadd 17 ta' Lulju 2016 Aħbarijiet 6 Programm Operattiv I – Politika ta' Koeżjoni 2014-2020 "It-trawwim ta' ekonomija kompetittiva u sostenibbli li tilqa' l-isfidi tagħna" Reklam parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) Rata ta' Kofinanzjament: 80% (Fondi UE); 20% (Fondi Nazzjonali) AVVIŻ – 13 ta' Lulju 2016 Business Enhance ERDF Grant Schemes Programm Operattiv I – Politika ta' Koeżjoni 2014-2020 It-trawwim ta' ekonomija kompetittiva u sostenibbli li tilqa' l-isfidi tagħna Il-Measures and Support Division fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali (MEAIM), maħtura mill-Awtorità ta' Ġestjoni f'Malta għall-Politika ta' Koeżjoni 2014-2020 biex isservi bħala l- Korp Intermedjarju responsabbli mill-amministrazzjoni tal-iskemi ta' għajnuna għall-intrapriżi taħt il-Fond ta' Żvilupp Reġjonali Ewropew għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, tixtieq tħabbar it-tnedija tas-sejħiet elenkati hawn taħt: • L-ewwel Sejħa – SME Growth Grant Scheme Ass Prijoritarju 3 – 'It-titjib tal-kompetittività permezz tal-investimenti fl-SMEs' Prijorità ta' Investiment (PI) 3d – L-appoġġ tal-kapaċità tal-SMEs biex jikbru fis-swieq reġjonali, nazzjonali u internazzjonali u biex jinvolvu ruħhom fil-proċessi tal-innovazzjoni. • L-ewwel Sejħa – Start-up Investment Grant Scheme Ass Prijoritarju 3 – 'It-titjib tal-kompetittività permezz tal-investimenti fl-SMEs' Prijorità ta' Investiment (PI) 3a – Promozzjoni tal-intraprenditorija b'mod partikolari billi jiġi faċilitat l- isfruttament ekonomiku ta' ideat ġodda u trawwim fil-ħolqien ta' kumpaniji ġodda, inkluż permezz ta' inkubaturi tan-negozji. Dawn is-sejħiet jagħlqu nhar il-Ġimgħa 30 ta' Settembru 2016 f'nofsinhar. Ser jiġu organizzati sessjonijiet ta' informazzjoni għall-applikanti prospettivi. Dati u post ta' fejn ser isiru dawn is- sessjonijiet ser ikunu pubblikati fil-qrib. Aktar tagħrif u dokumentazzjoni dwar dawn is-sejħiet, inklużi n-Noti Gwida rispettivi u l-Linji Gwida tal- Implimentazzjoni, kif ukoll informazzjoni dwar is-sessjonijiet ta' informazzjoni jistgħu jinkisbu minn fuq https://businessenhance.gov.mt. Konċessjoni ta' 15-il sena għall-Addolorata L-isfida kontra l-ħela tal-ikel: €1 minn kull €5 li nonfqu jispiċċa fil-landa taż-żibel LISFORZ internazzjonali u Ewropew kontra l-ħela tal- ikel qatt ma kien daqshekk kbir. F'Malta, il-ħtieġa li titnaqqas il-ħela tal-ikel mhix eċċezzjoni. Meta narmu l-ikel żejjed li nkunu xtrajna jew sajjarna, ftit li xejn nagħtu kas tar-raġunijiet u r-riperkussjonijiet negattivi ta' dan fuq l-ambjent. L-iskart li ġej mill-ikel jammonta għal kważi nofs l-iskart domestiku ta' Malta. Madwar 22% tal- ikel li nixtru jispiċċa skart – jiġifieri €1 minn kull €5 li nonfqu jispiċċa fil-landa taż-żibel. Bħala konsumaturi, għandna rwol determinanti u l-azzjonijiet tagħna jistgħu jbiddlu s-sitwazzjoni tal- iskart mill-ikel. Is-soluzzjoni rebbieħa hi li tipproduċi inqas skart u tfaddal aktar. Għandna nibdew billi nsiru xerrejja aktar għaqlin u naħsbu fuq dak li nkunu qed nixtru, meta se nikkunsmawh, u fuq l-aħjar mod kif nużawh. Minn din il-ġimgħa, numru ta' kelliema mill-kampanja nazzjonali 'Taħlix l-Iskart' se jkunu fis-supermarkets ewlenin biex joffru l-pariri u jgħaddu l-informazzjoni lill-konsumaturi fuq kif jistgħu jixtru aktar bil-għaqal u jimplimentaw modi effettivi li jgħinuhom inaqqsu l-ħela tal-ikel u jonfqu anqas. Numru ta' supermarkets diġà aċċettaw li jkunu involuti. Waqt li tkun qed tagħmel ix-xirja, dawn se jkunu qed jagħtu wkoll rigali żgħar. Madwar 22% tal-ikel li nixtru jispiċċa skart

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 July 2016