Illum previous editions

ILLUM 17 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/704283

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

minn John Busuttil ĠIMGĦA wara l-ftuħ uffiċjali taċ-Ċittadella l-ġdida, kif isejħilha l-Ministru Refalo saret il- laqgħa annwali ta' 'Gvern li jisma'' fejn il-Ministru Refalo kellu ċ-ċans jelenka dak li sar għal Għawdex u li hemm pjanat li jsir. Quddiemu suppost li jkun hemm il-poplu Għawdxi li jistaqsi xi mistoqsijiet jew iwassal xi lmenti ta' dak li hemm bżonn isir aktar. Iżda fil-fatt, ħafna minn dawk preżenti li kienu f 'ammont sabiħ, kien aktar moħħhom biex ifaħħru x-xogħol tal-Gvern milli jilmentaw. Fattur interessanti u ta' min jinnotah kien li ma kien hemm ebda membru min-naħa tal-Oppożizzjoni, l-ebda membru parlamentari ħlief l-istess Ministru għal Għawdex u l-Ministru tat- Turiżmu Edward Zammit Lewis, l-ebda membru tal-Front favur il-Mina li donnhom sparixxew, l-ebda membru tal-GUG jew xi għaqda oħra taż-żgħażagħ, l-ebda sindku min-naħa tal-partit Nazzjonalista u lanqas l-organizazzjonijiet mhux governattivi ma kienet preżenti. Jista' jkun li dawn ma kinux hemm għax ma kellhom l-ebda ilmenti fuq Għawdex, fejn jidher li l-uniċi li ressqu xi lmenti kienu l-Gozo Business Chamber u l-Gozo Tourism Authority, għalkemm urew ukoll li huma kuntenti bir- riżultati li nkisbu f 'Għawdex f 'kull settur taħt il-Ministru Refalo. Hu fatt li sar ħafna xogħol f 'Għawdex u jidher li hemm pjan biex Għawdex jitjieb, "għax qed naħdmu bi pjan u mhux kif kien isir qabel b''management by crisis'," beda d-diskors tiegħu Anton Refalo. Dan kien konfermat mill- Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis li waqt intervent tiegħu, qal li fil-qasam turistiku kien hemm rekord assolut meta lil Għawdex żaruh miljun turist u 26 cruise liner fis-sena li qegħdin fiha. Stqarr li "Għawdex mhux qed jieħu l-loqom li jaqgħu minn fuq il-mejda ta' Malta, iżda t-turisti qed jiġu għal Għawdex li qed jiġi pubbliċizzat għal dak li hu, b'niċeċ differenti minn Malta." Iċ-Ċittadella trid tibqa' ħajja bil-lejl ukoll Ma setax jonqos li l-ewwel parti tad-diskors jaqa' fuq il-ġawhra ta' Għawdex, iċ-Ċittadella li l-Partit Nazzjonalista jiftaħar li kien hu li beda l-proġett u l-Ministru Refalo wieġeb billi qal li dan tlesta f 'sentejn u nofs li ilu jmexxi l-ministeru hu. "F'sentejn u nofs ħriġna 23 tender u l-amministrazzjoni ta' qabel ħarġet tender wieħed li twaqqgħet u aħna lestejnih. Issa rridu li din iċ- Ċittadella nagħtuha l-ħajja, speċjalment bil-lejl u mhux inħalluha kif inhi." Refalo tkellem dwar il-qorti, fejn il-laqgħa kienet qed issir eżatt taħtu u qal li din se tispiċċa minn hemm. Fis-26 ta' dan ix-xahar, fil-fatt, se titressaq l-applikazzjoni għal qorti ġdida quddiem il-MEPA biex tingħata l-approvazzjoni b'erba' sulari car park taħtu biex il-problema tal-parkeġġ fir-Rabat tittaffa. "Minflok qorti, irridu nagħmluha 'boutique hotel' avolja l-Monsinjur Gauci, l-ambaxxatur għal UNESCO ma jaqbilx miegħi," u waqt li ħares lejn il-monsinjur li kien quddiemu tbissem u kompla jgħid li hu persuna li jiddiskuti ma' kulħadd u anke jekk ma jaqbilx dejjem ma' kulħadd, l-interess dejjem ikun għal Għawdex u l-Għawdxin. Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, iċ-Ċitadella żaruha 10,000 persuna u daħlu 6,000 fil-visitors centre. "Iċ-Ċittadella mhux se tibqa' taħt il-ministeru ta' Għawdex iżda taħt kumitat li jkun magħmul minn Wirt Għawdex, il-GBC u l-GTA fost l-oħrajn, u l-Gvern." Ix-xogħol f 'Għawdex u l-Fast Ferry Il-Ministru Refalo semma li issa se jsir il- mużew interattiv li għalih, ingħataw €5 miljun fondi mill-Ewropa. Tkellem ukoll dwar is-suċċess li sar fix- xogħol f 'Għawdex fejn qal li fi tliet snin, żdiedu 1,002 impjieg full time u 192 part time u l-qagħad naqas għal 515-il persuna biss meta fl-aministrazzjoni ta' qabel iċ-ċifra kienet ta' 724. Semma wkoll is-suċċess tal-Gozo Channel fejn issa qed tagħmel il-qligħ anke fl-istaġun tax-xitwa, meta mqabbel mat-telf kbir li kien jagħmel sa tliet snin ilu. Il-Ministru Refalo qal li wara li l-Gozo Channel qed taqla' l-flus, issa se jgħaddi għal fażi tal-'Fast Ferry' fejn qal li tlestew l-istudji meta tqabbdu madwar 400 persuna jmorru imqar darba fil-ġimgħa Malta u jevalwaw il-problemi li wieħed jiltaqa' magħhom. Issa l-istudji qed jiġu evalwati biex isir pjan li minn Għawdex, il-ħaddiema u studenti jitwasslu f 'nofs siegħa lejn u minn Tas- Sliema jew il-Port il-Kbir. "Dan għandu jgħin biex nikkumbattu l-problema tal- 'brain drain'." Il-Ministru Refalo qal ukoll li l-Gozo Channel tinkwetah biss fejn jidħol il- konsumatur. "Hemm bżonn li l-Gozo Channel tkun aktar 'customer friendly'. Il- ħaddiema jaħdmu ħafna iżda jridu jkunu aktar orjentati favur il-klijent." Is-suċċess qed iġib il- problemi miegħu u aktar proġetti Dan is-suċċess li kien qed isemmi l-Ministru għal Għawdex qajjem ilment mingħand Joe Grech tal- Gozo Business Chamber li qal li minħabba ż-żieda kbira ta' turisti lejn Għawdex, l-Għawdxin qed jaffaċċjaw problema li mhux isibu post fuq il-vapur u qed ikollhom jistennew vapur ieħor. Semma wkoll il-każ tal-burdnara li kienu jmorru Sa Maison u dan is-servizz spiċċa minħabba li hemm se ssir yacht Marina, u għalhekk l-ispejjeż tagħhom żdiedu u dan se jirrifletti f 'għoli tal- ħajja f 'Għawdex. Dan barra l-fatt li n-negozju privat mhux isib nies biex jaħdmu. Il-Ministru Refalo qal li dawn il-problemi, qed jaħdem fuqhom kollha. "Qed illum | Il-Ħadd 17 ta' Lulju 2016 Għawdex 14 Għawdex l-ewwel u qabel • Zammit Lewis qal li Għawdex laqa' 'l fuq minn miljun turist, li hu rekord assolut • Minn Jannar sa Marzu żaru Għawdex 140,000 turist: 60% iżjed mill-aħħar xitwa taħt il-PN QABEL WARA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 July 2016