Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/704283
Il-Ħadd 17 ta' Lulju 2016| illum Aħbarijiet 3 Tliet Ministri b'għajnejhom fuq id-disa' distrett José Herrera għad-disa' distrett, flimkien ma' Zammit Lewis u Mallia minn Albert Gauci Cunningham IL-MINISTRU tal- Ambjent u Żvilupp Sostenibbli José Herrera se jkun qed jimxi fuq il-passi tal-predeċessur tiegħu Leo Brincat, b'iktar minn mod wieħed. Fil-fatt, din il-gazzetta tistà tiżvela li għall-elezzjoni li ġejja, Herrera se jkun qed jikkontesta d-disà distrett elettorali, l-istess wieħed li minnu kien joħroġ Brincat, il-kandidat Malti għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Dan id-distrett jinkludi l-lokalitajiet ta' San Ġwann, is-Swieqi, Ta' Xbiex, il- Għargħur u l-Imsida, u fl-aħħar elezzjoni Brincat kien ġab 2,275 vot. Dan kien ifisser it-tieni l-akbar ammont ta' voti minn dan il-grupp ta' lokalitajiet, b'Manwel Mallia jaqżu bi ftit mijiet ta' voti fl-ewwel għadd. Fil-fatt, Mallia kien ġab 2,950 vot. Herrera dejjem ikkontesta l-ewwel distrett hekk kif għandu għeruq sodi fil-Belt Valletta u l-Ħamrun, u kien elett għall-ewwel darba 20 sena ilu, jiġifieri fl-elezzjoni tal-1996 u baqa' jiġi elett f 'kull elezzjoni minn dakinhar. Huwa mifhum li Herrera qed jittama li jikseb l-appoġġ tal-ħafna Beltin jew familji b'għeruq Beltin li jgħixu fid- disà distrett, speċjalment f 'San Ġwann. Herrera jkompli jiżdied mal-lista ta' heavyweights li qed jippjanaw li jkunu kandidati fuq id-disa' distrett. Fil-fatt kienet din il-gazzetta wkoll li fil-5 ta' Ġunju li għadda żvelat kif Ministru ieħor li tefa' għajnejh fuq dawn il- lokalitajiet għall- elezzjoni li jmiss huwa l-Ministru għat- Turiżmu Edward Zammit Lewis. Dan ifisser li jekk Zammit Lewis u Herrera jżommu mal-pjani preżenti tagħhom u Mallia jerġa' joħroġ fuq dan id-distrett, il-Partit Laburista jkollu fil-lista tiegħu, tliet Ministri f 'distrett b'maġġoranza Nazzjonalista. Fl-aħħar tliet snin, l-istess partit ħa daqqa ta' ħarta kbira fid-disa' distrett hekk kif żewġ politiċi prominenti fil-Partit Laburista rreżenjaw mill-kariga li kellhom. Michael Falzon irreżenja minn Segretarju Parlamentari wara l-każ 'Gaffarena', filwaqt li Mallia irreżenja wara l-inċident ta' sparatura li kienet tinvolvi l-eksxufier tiegħu. Fl-aħħar reshuffle li kien ħabbar il-Prim Ministru Joseph Muscat, Mallia kien reġa' nħatar Ministru. Intant Falzon diġà għamilha ċara, anke mal- ILLUM, li hu għandu kull intenzjoni li jerġa' jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss fuq dan id- distrett u mal- Partit Laburista. Preżenza qawwija Laburista f 'distrett Nazzjonalist Id-disa' distrett dejjem kien wieħed bi predominanza pjuttost b'saħħitha ta' votanti Nazzjonalisti. Fil-fatt, fl- aħħar elezzjoni hawnhekk, kien ikkontesta l-Kap tal-PN Simon Busuttil, dakinhar viċi kap. Busuttil kien kiseb l-akbar numru ta' voti mill- kandidati kollha tal-erba' partiti li kkontestaw l-elezzjoni fuq dan id- distrett b'6,672 vot. Fl-2013, id- differenza bejn iż-żewġ partiti kienet ta' ftit iktar minn 2,500 bil-PN jikseb total 12,409 vot u l-PL jikseb 9,854 vot. Hawnhekk kienet ikkontestat ukoll l-Alternattiva Demokratika li kisbet 714-il vot u kandidat Indipendenti li ġab 25 vot biss. Dan jirriżulta f 'maġġoranza assoluta ta' 54% għall-PN u 41.6% għall-PL. José Herrera, it-tielet heavy- weight għad-disà distrett Manwel Mallia Edward Zammit Lewis 159 vjaġġ aktar kuljum bil- karozzi tal-linja MILL-LUM, il-Malta Public Transport se tkun qed iżżid in-numru ta' vjaġġi fuq sitt rotot li jagħtu servizz fiċ-Ċirkewwa, Buġibba u Tas-Sliema kif ukoll se tibda topera sitt servizzi speċjali msejħin 'Tallinja Direct' minn diversi lokalitajiet u fl-ajruport. B'hekk il-kumpanija ser tkun qed tipprovdi 159 vjaġġ aktar kuljum. Żewġ rotot li se jiżdidilhom is-servizz mill-lum, bi 23 vjaġġ aktar kuljum, huma r-rotta 212 bejn Tas-Sliema u Buġibba u r-rotta 221 ta' bejn iċ-Ċirkewwa u Buġibba fejn se jkollhom erba' karozzi tal- linja kull siegħa minflok tlieta. Bejn iċ-Ċirkewwa u Buġibba ser tibda wkoll rotta ġdida addizzjonali tat- Tallinja Direct li se topera kuljum kull siegħa bejn dawn il-lokalitajiet f 'ħinijiet partikolari. Għal aktar dettaliji dwar ir-rotot ġodda, kif ukoll dwar it-tariffi tat-Tallinja Direct tistgħu iżżuru s-sit tagħna www.illum.com.mt