Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/704283
infuru bil-ġid u dan il-ġid qed iġib il-konsegwenzi tiegħu. It-turiżmu żdied bi 58% fejn Għawdex mhux jieħu r-raċanċ ta' Malta iżda Għawdex hu parti minn Malta. Illum għandek vapuri li ma jifilħux aktar iżda dawk għandna, u dawn qed jaħdmu lejl u nhar u dejjem inżidu l-vjaġġi. Għax Għawdex m'għadux tax-xemx u l-baħar biss, iżda tas-sajf u xitwa. Fl- amministrazzjoni ta' qabel, għalqu erba' lukandi. Illum għandna 18-il applikazzjoni quddiem il-MEPA biex jiftħu lukandi ġodda jew għall- estensjoni ta' dawk preżenti. U dawn iġibu magħhom problemi bħall-indafa u rridu naffrontawhom." Dwar il-kwistjoni tal- vjaġġ għal Sa Maison il-ministru qal li hu ltaqa' mas-sidien ta' dawn it- trakkijiet u semma li l-akbar problema li għandhom hi fejn il-vapur jista' jitrakka. "Barra minn hekk, ma nistgħux naħlu vapur għal ġurnata sħiħa minħabba l-ġarr tat-trakkijiet. Dawn apparantement, biex ibaxxu l-prezzijiet jużaw xufier wieħed għat-trakkijiet kollha, u allura biex jitgħabbew it-trakkijiet kollha għandek ħafna ħin. Ippruvajna nikru post il-belt iżda dawn tawna biss nofs siegħa u nitilqu. Din ma kinitx aċċettabbli. Issa qed naħdmu għal arranġament ieħor. L-ewwel li qed inħalluhom jipparkjaw in-naħa ta' ġewwa taċ- Ċirkewwa, u aħna lesti li anke nipprovdulhom watchman. Qegħdin f 'diskussjoni mal-Ministru Cardona li jkunu jistgħu jpoġġu t-trakkijiet il- freeport, inħallsu l-kera u nagħtuhulhom b'xejn. Għandna problema li n-negozjanti Għawdxin ikollhom aktar spejjeż, iżda hawn il-liġi tal-UE li jekk iġġib prodott u tittrasformah f 'xi ħaġa oħra, tista' tagħti sussidju, iżda biex iġġib ix- xogħol u tbigħu minn hawn, ma tistax tagħti sussidju." Il-Ministru Refalo tkellem ukoll dwar il-brain drain li qed iħabbat wiċċu miegħu Għawdex. Qal kif irid jinħoloq ambjent importanti għaż-żgħażagħ Għawdxin fejn semma li rnexxielu jġib €18-il miljun fondi mill- Ewropa biex isir ċentru tal-IT flok fejn kien hemm il-fabbrika tal-ħalib fix- Xewkija. Refalo qal li t-tliet pilastri tal-gżira Għawdxija huma l-gvern, il-knisja u l-NGOs li jaħdmu għal gżira Għawdxija mingħajr ma jitħallsu u mhux dawk reġistrati fejn qal li jixtieq jara kif jista' jgħinhom għax skont il-liġi, hu ma jistax. Semma wkoll dak li qed isir bħalissa bħad-dar tal-anzjani, li għandha l-ewwel sular lest, u sal-aħħar tas-sena l-bini kollu se jkun lest. Semma wkoll it-toroq li saru bħas- 17-il kilometru ta' tarmac li swew lill-ministeru €8 miljuni, il-pjazza tax-Xagħra li tinsab kważi lesta u miexi anke x-xogħol fuq il-pjazza ta' Għajnsielem. Semma n-numru ta' cruise liners li daħlu Għawdex, bl-ammont jilħaq l-10 sa issa, u se jidħlu 16 oħra sa tmiem is-sena. "Għax Għawdex mhux iċ-Ċittadella biss. U meta ħadt il-ministeru f 'idejja ħlief t-toroq tal-Ewropa ma sibt xejn. Però ninsab inkwetat mill-ħmieġ u rridu nikkumbattu bl-infurzar tal- liġi lil min l-indafa jaħdem fuqha mill-bieb 'il ġewwa biss. " Il-Ħadd 17 ta' Lulju 2016 | illum Għawdex 15 qabel kollox – Refalo "Nistagħġbu b'Dubrovnik u San Gimignano, iżda Għawdex iħabbatha magħhom" – Zammit Lewis F'INTERVENT li għamel il-Ministru tat-Turiżmu beda biex qabbel lil San Gimignano u Dubrovnik ma' Għawdex u ċ-Ċittadella li tħabbatha magħhom. Zammit Lewis qal li kien hemm rekord f 'Għawdex li qabżu l-miljun turist. "Għawdex ma jikolx minn dak li jaqa' minn fuq il- mejda tal-Maltin f 'dak li hu turiżmu. Il-prodott turistiku Għawdxi hu differenti minn dak Malti. F'Malta hemm bżonn in-numri għax hemm infrastruttura kbira, f 'Għawdex għandek bżonn aktar kwalità. Iż- żgħażagħ Għawdxin issa jridu jibdew iqisu t-turiżmu bħala karriera, għax it- turiżmu mhux li tkun waiter biss. L-istaġjonalità issa tkissret, mela ż-żgħażagħ se jkollhom moħħhom mistrieħ li xogħolhom fit-turiżmu se jkun garantit matul is-sena kollha. Nixtieq insemmi li minn Jannar sa Marzu, f 'Għawdex ġew 140,000 turist meta tikkumparahom mal-aħħar sena tal- amministrazzjoni ta' qabel jiġifieri tal-2012, qbiżniha b'60%." Zammit Lewis semma s-suġġett tal-ospitalità fl- iskejjel fejn l-ITS tal-Qala se tintuża' għall-prattika. Semma li Għawdex qed jiġi reklamat speċifikament għall-wedding tourism, diving tourism u l-medical tourism li mhux l-isptar biss. Semma kif is-settur privat irid jibni akkomodazzjoni għal dawk li se jiġu Għawdex. Il-ministru tat-Turiżmu qal li l-cruise liners li jmorru Għawdex mhux qed jitnaqqru minn Malta iżda qed jiġi milħuq ftehim ma' aġenti ta' cruise liners żgħar. "Il-messaġġ tiegħi lejn l-investituri Għawdxin hu biex jibqgħu jinvestu għax Għal Għawdex verament il- kbir għadu ġej." Il-Ministru Refalo għalaq is-serata billi wieġeb għall- ilment tal-Gozo Tourism Authority li semmew l-air strip fejn qal li għalissa dik mhix prijorità u għad irid jiġi diskuss x'tip ta' nies jużaw l-airstrip. Filwaqt li temm jgħid li l-Għawdxin huma ġens kbir, "fejn missirijietna wasslu lil din il-gżira s'hawn u jien qiegħed hawn biex inservi u qiegħed hawn għal ġid ta' Għawdex kollu. Għax Għawdex jiġi l-ewwel u qabel kollox." QABEL WARA