Illum previous editions

ILLUM 24 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/706986

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

NEWSPAPER POST Nr 510 • 24 ta' Lulju 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista esklussiva ma' Dorianne Theuma Ara paġni 34 u 35 'Jobżqulek ġol-ikel, u jekk tkellimhom joqtluk' minn Veronica Lynn Mizzi EMOZZJONAT u mtaqqal bil-passat tiegħu, Dominic Chircop, jitkellem mal- ILLUM dwar l-esperjenza qarsa tiegħu f 'ħabs fil- Filippini. "Fil-ħabs rajt minn kollox. Rajt anke qtil quddiemi. Jobżqulek fl-ikel u ma tistax tkellimhom, għax joqtluk," qal Chircop li qatta' erba' snin f 'ħabs fil- Filippini mingħajr qatt ma nstab ħati ta' ebda reat. "Darba kien daħal wieħed filgħaxija b'martell f 'idu u ħasadni. Għamilli sinjal biex noqgħod kwiet u mar bil- martell maġenb priġunier ieħor u faqgħalu rasu bil- martell. L-għada filgħodu ġew il-pulizija, gerrbuh f 'liżar abjar u telqu bih. La investigaw...xejn." Wara din l-esperjenza li kissritu, is-sena li għaddiet, Chircop wasal Malta fejn wara xi jiem jorqod fl-ajruport, ingħata l-għajnuna u saqaf fuq rasu permezz tal-Fondazzjoni Suret il- Bniedem. F'dawn l-aħħar ġimgħat, ħajjet Chircop kompliet tieħu xejra pożittiva, hekk kif ġie allokat akkomodazzjoni soċjali li mistenni jidħol fiha fiż- żmien li ġej. Bid-dmugħ f 'għajnejh, Dominic jirrakonta l-istorja kerha li għadda minnha fil- Filippini. Tkompli f 'paġni 10 u 11 Maħduma bizzilla minn John Busuttil "APPLIKAZZJONI toħroġ tliet darbiet u fejn jidħol electrician, jinbidlu r-rekwiżiti u tispiċċa li biex tilħaq 'leading electrician' m'għandek bżonn kważi xejn. Basta wasslu biex bażużlu jaqbeż tnejn minn sħabu." Hekk spjega magħna ħaddiem tal-Gozo Channel li talabna biex ma nsemmux ismu għax qal li, "wisq nibża' mir- riperkussjonijiet." Fil-fatt, il-gazzetta ILLUM għandha f 'idejha l-formoli għall-applikazzjoni għal postijiet battala fil-Gozo Channel, bl-ewwel sejħa toħroġ fit-3 ta' Ġunju fis- 2:06pm. Waħda mir-rekwiżiti għal 'Leading electrical officer afloat' kienet li jrid ikun ilu impjegat mal-kumpanija aktar minn għaxar snin u rekwiżit ieħor, fost diversi oħrajn, kien li jrid ikollu ċertifikat tal-Liċenzja A fl-elettriku. Siegħa u tliet kwarti wara fl-istess ġurnata, jiġifieri fl-3:47pm l-ewwel rekwiżit inbidel u minflok għaxar snin esperjenza, wieħed ried ikun impjegat mal-kumpanija għal ħames snin. Ħamest ijiem wara, fit-8 ta' Ġunju fid-9.16 am ħarġet it- tielet applikazzjoni emendata għall-istess pożizzjoni fejn din id-darba waqa' r-rekwiżit tal-Liċenzja A fl-elettriku, u l-applikant kulma kellu bżonn kien minimu ta' diploma fl-inġinerija elettrika jew ekwivalenti. Dan sakemm fis-6 ta' Lulju fil-11:35am ħarġu l-ismijiet tas- sebgħa min-nies li nħatru f 'pożizzjonijiet, tnejn minnhom ħadu l-promozzjoni ta' Leading Electrical Officer Afloat. Rekwiżiti għal impjieg mal-Gozo Channel jinbidlu tliet darbiet f 'ħamest ijiem Kien dipressat u dejjem waħdu HEKK qed ikun deskritt it-tifel ta' 18-il sena li lbieraħ tefa' lil Munich f 'terrur f 'attakk li qed jingħad li jixbaħ ħafna lil dak tan- Norveġja fl-2011 mwettaq minn Anders Breivik u li ħalla mat-92 persuna mejtin. Ali Sonboly, Ġermaniż Iranjanan wassal għal mewt ta' disa' minn nies barra ristorant, fera 16 oħrajn u qatel ruħu b'idejh ftit wara l-attakk. Tkompli f 'paġni 4 u 5 Tkompli f 'paġni 10 u 11

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 July 2016