Illum previous editions

ILLUM 24 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/706986

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

illum | Il-Ħadd 24 ta' Lulju 2016 Intervista 12 'Il-kwistjoni tal-Airmalta qisha opra H emm ħafna affarijiet li huma sinonimi mas- sajf u jekk il-festi, li tkellimna dwarhom f 'dawn l-istess paġni, huma parti integrali minn dan l-istaġun ta' xemx u sħana, hekk ukoll huwa t-turiżmu. F'dawn l-erba' xhur, għexieren ta' eluf ta' turisti jaslu u jqattgħu numru ta' ġimgħat f 'pajjiżna. Magħhom iġibu l-flus u n-negozju, imma jġibu wkoll tagħbija liema bħala fuq infrastruttura ta' gżira żgħira li diġà qiegħda taħt stress enormi. Din is-sena se tkun is-sitt waħda li pajjiżna se jerġa' jikser ir-rekords fin-numru ta' turisti li se jkunu ġew pajjiżna, kif ukoll fl-ammont ta' flus li se jkunu nefqu hawn. Se nkunu rsaqna lejn iż-2,000,000 turist f 'sena waħda biss, erba' darbiet (u aktar) mill-popolazzjoni Maltija u Għawdxija f 'daqqa. Iżda dan ifisser li kollox ward u żahar? Ifisser li nistgħu nkunu kompjaċenti u nistennew il- bajtra taqa' f 'ħalqna? Jew qegħdin indoqqu t-tnabar għax qed tiżreġ ix-xemx u mhux qed inlestu l-umbrellel għal meta tibda nieżla x-xita? Din tal-piloti hija l-aħħar att minn operetta sħiħa Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' mal- President tal-Assoċjazzjoni Maltija għal-Lukandi u Ristoranti (MHRA) Tony Zahra, u l-ewwel suġġett li tibda bih l-intervista jkun l-aktar wieħed kurrenti: L-Airmalta. "Jekk ħa nitkellmu fuq il-linja nazzjonali, ma nistgħux nibdew minn issa, imma rridu ninkludu l-aħħar sitta jew seba' snin biex inkunu preċiżi mal-fatti kif ġraw," jibda Zahra għall-mistoqsija tal- ILLUM dwar il-mandat li sar mill- Airmalta fil-konfront tal-union tal-piloti (ALPA). "Il-problema ilha għaddejja minn żmien il-Gvern preċedenti u minn dakinhar ilna ngħidu li s-sitwazzjoni ma kinitx tenibbli. Il-mudell li bqajna nħaddmu ma kienx għadu rilevanti u kien spiċċa, imma l-Airmalta żammitu." Huwa jkompli billi jiddiskrivi hekk is-sitwazzjoni ta' relazzjonijiet industrijali ħżiena bejn il-piloti u l-kumpanija: "dan huwa l-aħħar att minn ħafna oħrajn f 'operetta sħiħa." Zahra jfakkar lil din il-gazzetta li l-MHRA kienet appellat biex l-Airmalta titħaddem bl-istess muddell tal-Bank of Valletta, bil-Gvern iżomm 20% tal-ishma u l-bqija jingħataw lill-pubbliku, "imma dan l-appell ma ntlaqax." Għadna mhux konvinti dwar il- privatizzazzjoni L-ewwel reazzjoni ta' ħafna dwar il-privatizzazzjoni tal-Airmalta kienet xettiċiżmu. L-iktar minħabba l-fatt li minflok l-Etihad, kif kien mistenni, se tixtri parti mill- Airmalta l-Alitalia, li sa ftit snin ilu kienet f 'xifer falliment. Zahra inkwetat? "Aħna għandna mhux konvinti dwar l-idea," iwieġeb mill-ewwel Zahra li jkompli jispjega li "jekk Malta titlef il-kontroll fuq l-linja tal-ajru nazzjonali, titlef għodda importanti għall-pajjiż. Minn hemm irridu nitilqu fl-argument tagħna. Ma nistgħux inserrħu esklussivament fuq il-'low cost' għax dawn m'għandhomx is-sens ta' obbligu li għandha l-Airmalta lejn pajjiżna. Jekk nitilfu l-Airmalta, nitilfu l-poter li ninnegozjaw dak li jaqbel lilna (bargaining power). Iż-żmien li żżomm il-pajjiż ostaġġ spiċċa Zahra ma jmexxix union tal- ħaddiema u mhux se nistennieh ikun fuq quddiem fi ġlieda għad-dritt tal-istrajk, imma ma jħossx li l-ħaddiema, inkluż piloti għandhom dritt li jagħmlu strajk? Ma jħossx li l-mandat ta' inibizzjoni tal-Airmalta huwa ftit ta' eżeġerazzjoni? "Aħna dejjem tkellimna fuq l-importanza tar-raġuni. Li kull azzjoni tkun raġunata. Iż-żmien li inti, għax għandek is-saħħa żżomm pajjiż ostaġġ, għadda." Mhux sorpriża sa barra bir-risposta ta' Zahra, din il-gazzetta tistaqsi jekk ħaddiem għandux dritt li juża l-istrajk bħala għodda f 'tilwima industrijali. "Jien naħseb li għandek tmur fuq il-mejda tad-diskussjoni u jekk ikollok talbiet validi u raġonevoli, mela allura tirbaħ ir- raġuni." "Safejn kollox isir b'mod raġonevoli, tajjeb. Jekk le, mela ma naqblux." Jew timxi mar-regolament, jew xejn Naqbżu fuq suġġett ieħor li jissemma mill-MHRA, għalkemm biex inkunu għidna kollox, donnu waqa' ftit kwiet dwaru dawn l-aħħar xhur: il-kompetizzjoni minn siti bħal Airbnb. Wara dak id-diskors kollu minn Zahra stess, x'sar? Huwa jibda billi jerġa' jtenni li l-MHRA la qatt kienet u qatt mhi se tkun kontra l-kompetizzjoni. "Aħna ma rridux nagħlqu s-suq, aħna imma qed ngħidu li fis-suq kulħadd irid jonora r-regolamenti. Għax ir-regolamenti vera sbieħ, imma jiswew il-flus ukoll u min allura se jitħalla ma jimxix mar-regoli, se jkun qed jingħata vantaġġ. Għax jekk jien nista' nagħtik prezz ta' €10 wara l-ispejjeż biex nimxi mar- regoli, ħaddieħor se joffrilek €8 għax ma jkunx konformi ma' regoli ta' sigurtà li jiswew il-flus." Ikompli jisħaq li "kulħadd irid jimxi mar-regolamenti, bħalma qiegħed jiġri fil-każ tal-50ċ għal kull turist, kull lejl. Kull turist jeħtieġ iħallasha, mhux min joqgħod f 'lukanda biss." Imma dan ma jaċċertax 'level playing field' tfakkru l-gazzetta. Il-Gvern u anke l-Ministru x'qed jagħmlu biex jaċċertaw li ma jitħalliex abbuż? "Jien infurmat li fl-aħħar ġimgħat saret ħidma kbira biex jiġu regolarizzati postijiet li qed jilqgħu nies fihom bħala akkomodazzjoni." Mistoqsi kif qed isir dan, Zahra jgħid li ltaqa' ma' uffiċjali tal- infurzar li tkellmu miegħu dwar azzjoni li qed jieħdu fil-konfront ta' min qed jilqa' lil persuni fi djarhom bħala akkomodazzjoni. "Ir-regoli qegħdin hemm għal kulħadd u aħna dejjem għidna li min ma jimxix magħhom probabbilment lanqas taxxa mhu qed iħallas, jiġifieri mhux jien u l-lukandiera biss qed ibatu. Qed tbati l-ekonomija tal-pajjiż ukoll." Ħaddiema barranin: ħafna perċezzjoni u ftit verità La qed insemmu r-regolamenti u d-diskors dwar l-importanza li kulħadd jopera skont il-liġi, nistaqu lil Zahra jekk jistax jagħti garanzija lil din il-gazzetta li l-membri kollha tal-MHRA qed iħaddmu lill-ħaddiema tagħhom skont ir- regolamenti tax-xogħol. "Le, ma nistax nagħti garanziji," iwieġeb, "imma se ntik figura uffiċjali ta' kemm jaħdmu barranin f 'pajjiżna. B'kollox f 'Malta hawn mat-28,000 persuna barranija li qiegħda fis-suq tax-xogħol. Dawn huma kollha reġistrati u għandhom id-drittijiet li għandha persuna li qed taħdem legalment." L-ILLUM tfakkru li jeżistu dubji dwar prattiċi ta' kif qed jitħaddmu diversi nies, l-aktar barranin, fil-qasam tal-lukandi u ristoranti. Tfakkru wkoll f 'rapporti li dehru fuq din il-gazzetta stess dwar barranin 'importati minn barra', imħallsin ftit u mħaddmin bħala 'self-employed'. Zahra jgħid li dwar dan, "hemm ħafna perċezzjonijiet u ftit verità," u jfakkar kif ħafna minn dawk li jħaddmu, inkluż lukandiera, qed jagħżlu ħaddiema barranin għax mhux qed isibu Maltin. "L-ekonomija kibret b'ritmu ħafna iktar mgħaġġel minn kemm hemm nies li jistgħu jimlew il-postijiet tax-xogħol. Naħseb li hawn idea żbaljata li barranin qed jitħallsu inqas." Imma allura x'qed jgħid eżatt? Li l-Maltin ma jridux jaħdmu f 'dan il-qasam? "Ifhem, jekk tmur mir- reception 'il fuq inkluż fil-kċejjen, issib li hemm ħafna impjegati li huma Maltin. Jista' jkun iżda li l-Maltin komdi wkoll li jagħżlu. Komdi li jagħżlu li joqogħdu d-dar u ma jaħdmux fi tmiem il-ġimgħa. Naturalment, f 'dan il-qasam m'hemmx tmiem il-ġimgħa jew le, ix-xogħol jeħtieġ jibqa' għaddej." Zahra iżda jgħid li dan mhux fenomenu f 'Malta biss , iżda madwar l-Ewropa kollha. Ilħaqna l-quċċata jew għad fadal? Din is-sena pajjiżna se jerġa' jaqbeż ir-rekords tas-sena ta' qabel f 'dak li jirrigwarda turiżmu. Kollox jindika li resqin viċin Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt Iż-żmien li għax għandek is-saħħa żżomm pajjiż ostaġġ, għadda " " Jista' jkun iżda li l-Maltin komdi wkoll li jagħżlu. Komdi li jagħżlu li joqogħdu d-dar u ma jaħdmux fi tmiem il-ġimgħa " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 July 2016