Illum previous editions

ILLUM 24 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/706986

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

illum | Il-Ħadd 24 ta' Lulju 2016 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Proposta li ilek tistenna, daqt tirċeviha, fejn sup- post int preparata tajjeb għaliha. Din il-propos- ta, ovvjament se ġġiblek tibdil madwarek, imma kull tibdil xi kultant ikun ta' ġid sabiex int dejjem tibqa' motivata. Tagħtix kas ta' xi kliem negat- tiv li int tista' tisma', imma kompli ssaħħaħ ma' dak li int tant ilek tip- pjana sabiex tagħti risposta, kemm lil ta' madwarek, u int tħossok iktar kunfidenti b'dak li int issa trid twettaq. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istill li tagħtik l-aktar appoġġ morali ġejja minn Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 17, 29 u 37. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Bħalissa tista' tħossok li miexi kontra l-kurrenti, imma jekk int tagħraf tifhem iktar lilek, din is- sitwazzjoni tista' ddawwarha favur tiegħek sabiex b'hekk int mhux tħalli l-kurrent jkaxkruk, imma tiġi favur il-kurrenti u tmexxi lilek b'aktar abbiltà. Barra dan, hemm xi tibdil fil-karriera tiegħek. Parir ta' ħabib li int vera tafda, ikun ta' gwadann f'din is-sitwazzjoni, għalkemm fl-aħħar mill-aħħar, trid tkun int li tiddeċiedi. Agħraf! Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, aħdar u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istill li tagħtik l-aktar appoġġ morali ġejja minn Cancer. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4, 12, 21 u 32. Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom. Aries mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Pressjoni li qiegħda tiżviluppa madwarek taf it- telliflek ftit mill-konċentrazzjoni li int magħruf għaliha. F'dan il-mument trid tieqaf ftit mill- għaġġla ta' madwarek li int magħruf għaliha, sa- biex tkun tista' tiffoka kemm fuq ix-xogħol tiegħek, u aktar u aktar fir-relazzjoni tiegħek. Mhux sejra tkun faċli għalik, minħabba din il-pressjoni, imma jekk int tagħraf tirrifletti ftit aktar, għandek issib kontroll tagħha. Irrifletti ftit aktar. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istill li tagħtik l-aktar appoġġ morali ġejja minn Leo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 6, 18, 24 u 38. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu. Taurus mill-21 ta' April dal-20 ta' Mejju Ftit taż-żmien ilu kont ferm kuntent fil-bidu ta' impjieg ġdid, u tista' tgħid li komplejt miexi 'l quddiem, dan se jibqa' sejjer fil-ġimgħat li ġejjin. Toqgħodx tibża' jew tinkwieta, basta ovvjament tagħmel dak kollu bil-ħsieb tajjeb. Għandek fażi t a j b a ferm riesqa lejk. Però, trid tagħraf iżżomm saqajk mal-art, u int tibqa' umli kif dejjem kont. B'dan kollu int tista' tkompla miexja għal iktar tkattir madwarek. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istill li tagħtik l-aktar appoġġ morali ġejja minn Virgo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 16, 21 u 34. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Issa li ħadt ċertu esperjenza dwar il-pass ġdid li għamilt fil-karriera. Toqgħodx tinkwieta, għax forsi ma kienx daqstant pożittiv, kif fil-fatt xtaqt. Dan m'għandux iwaqqfek milli tkompli għaddej bil-pjanijiet tiegħek. Din l-esperjenza li int għaddejt minnha, ħudha ta' tagħlima sabiex int tagħraf fejn trid tirranġa l- madwar tiegħek, però issa tajjeb ukoll li tagħti ftit spazju lir-relazz- joni tiegħek. Kun aktar viċin tal-imħabba. Kuluri favoriti ma' Gemini huma blu, isfar u oranġjo. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istill li tagħtik l-aktar appoġġ morali ġejja minn Libra. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 7, 13, 27 u 33. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Meta int qed tara li dak kollu li qed tagħmel fir- relazzjoni tiegħek, imma m'intix qed tkun kun- tent b'dak li int qed tieħu lura, għandek tieqaf ftit, tinġabar ftit waħdek, u tara xi jkun il-pass li int imiss tagħmel wara li bħalissa tħossok li m'intix stmat għall-appoġġ li int tagħti l-ħin kollu. Dan huwa perjodu fejn int għandek tirrifletti bejn dak li int qiegħed fih, u kif tista' tkun jekk int tkun indipendenti. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istill li tagħtik l-aktar appoġġ morali ġejja minn Sagittarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 19, 29 u 38. Cancer huma magħruin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo mit-23 ta' Lulju sat 22 ta' Awwissu Xi ħadd mill-passat tiegħek se jerġa' jitfaċċa. Dan lilek se jġiblek ċertu memorji, imma mhux il- waqt li int terġa' tmur lura għall-passat. Int ħarist 'il quddiem u mxejt, u issa għandek tibqa' tagħmel hekk. Ovvjament, din il-persuna tal-passat m'għandha xejn x'titlef, imma int għandek. Għalhekk, uri l-karattru sod tiegħek. Żomm il-passat mal-passat, u l-preżent mal-futur. Ftakar kif int kont, għal dak li int issa. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u lewn id-deheb. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istill li tagħtik l-aktar appoġġ morali ġejja minn Scorpio. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 10, 25 u 37. Leo huma magħrufin kemm huma umli. Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settem- bru Taqbida riċenti li int kellek fir-relazzjoni tiegħek, flok ma għandha tkun fuq aspett negattiv, ħudha mil-lat pożittiv. Sabiex dak li ġara jkun ta' linja gwida ta' tisħiħ fir-relazzjoni li int għandek. Tagħtix kas ta' xi kliem li int sejjer tisma' mingħand is-suppost ħbieb ta' mad- warek, għax aktar milli taf int u xi tħoss int, żgur ma jħossux huma. Għalhekk, din is-sitwazzjoni għandha tagħtik direzzjoni aktar stabbli f'dak li int tixtieq. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istill li tagħtik l-aktar appoġġ morali ġejja minn Capricorn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4, 17, 25 u 34. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra mit-23 ta' Settembru sat-23 ta' Ottubru Pjan ta' xi forma ta' ftehim li int kellek f'moħħok li kont se tagħmel fi żmien qarib, jaf ma jsirx. Issa dan se jkun ta' vantaġġ għalik sabiex int tkompli tirrifletti fuq dan il-pjan aktar f'dettall, u hemm il- possibbiltà li meta se tifli aktar dwar dan il-pjan, se tagħraf li kien ħafna utli li kellek iktar żmien sabiex finalment taslu għal ftehim, għax bis-saħħa ta' hekk, int irriflettejt iktar u għaraft aktar il-gwadann li int tant xtaqt. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu, aħdar u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istill li tagħtik l-aktar appoġġ morali ġejja minn Aquarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 19, 29 u 36. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novem- bru Tibqax taħrab mir-realtà. Deċiżjoni li int wasalt biex tieħu, agħraf li teħodha. Aktar ma int se tkarkar, aktar din taf taffetwak 'il quddiem. Int bħala Scorpio għandek il-mezzi kollha disponibbli li dak li int tagħraf, jiġik kif tixtieq, u din id-deċiżjoni li int għandek tieħu fiż-żmien li ġej, sejjer tara l-frott tagħha. Ovvjament, kull ħaġa trid iż-żmien tagħha, u dan il-pass ukoll irid iż-żmien tiegħu imma se tkun kuntent. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istill li tagħtik l-aktar appoġġ morali ġejja minn Pisces. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 14, 27 u 39. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Forma ta' mħabba li int dħalt fiha, kun aktar kawta, tgħaġġilx! Il-passat tiegħek għandu jservik ta' gwida, għalhekk, tajjeb li f'din il-bidu ta' relazzjoni li għandek, aktar tuża moħħok milli qalbek, għax taf tkun sitwazzjoni oħra fejn int tagħti l-massimu, imma lura tirċievi l-minimu. Kull qamar il-għasel huwa sabiħ, imma kollox jibda ġej għar-realtà u hekk suppost jekk timxi b'moħħok, ma tkunx dħalt f'qassata oħra. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istill li tagħtik l-aktar appoġġ morali ġejja minn Aries. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 7, 12, 25 u 35. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Capricorn mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jan- nar Xi kultant, fil-ħajja ta' madwarna nibdew nagħtu importanza lil ċertu sitwazzjonijiet li mingħalina jkunu ta' importanza, imma jafu jkunu ta' iktar xkiel minn dak li vera għandna nkunu konċentrati. Għalhekk, int bħalissa prova ara x'inhu l-aktar importanti għalik f'dak li qiegħed idur madwarek. Ipprova agħraf sabiex ma tinħeliex fuq sitwazzjonijiet li mhijiex tant ta' importanza. Għandek tagħrad aktar x'hemm vera bżonn. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, blu u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istill li tagħtik l-aktar appoġġ morali ġejja minn Taurus. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 1, 19, 21 u 38. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju 22 PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal- ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www. pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Tifla Misterjuża (it-tieni parti) HEKK kif omm Audrey ħassitha mbuttata barra mill- kamra u l-bieb jingħalaq, tħawdet aktar x'se taqbad tagħmel issa li t-tifla kienet maqful fil-kamra. Iddeċidiet li tistenna u tara x'se jiġri, u fil-fatt, madwar kwarta wara, il-bieb infetaħ u tfaċċat Audrey bi tbissima. Audrey pront qaltlilha li ma kellhiex għalfejn issakkar il-kamra, għaliex Karen riditha toqgħod ħdejha. Mifxula, ommha ma kellhiex tweġiba għal dak li qaltilha. Wara li Audrey marret torqod, l-omm ħasbet biex tidħol fil-kamra biex tara eżattament x'fiha, imma b'sorpriża għaliha, l-bieb kien imsakkar minn ġewwa. Hemm bdiet tinduna li hi mhix aċċettata f 'dik il-kamra. Wara lejl mingħajr serħan, l-għada ddeċidiet li mal-jum tmur tkellem lill-kappillan tar-raħal, u marret flimkien ma' oħtha biex tiftaħ qalbha miegħu, u tara x'parir jista' jagħtiha. Hekk kif il-kappillan beda jisma' lil omm Audrey tirrakkonta, weġibha biex tbierek id-dar, u tieħu t-tifla għand xi psikjatra. Għalkemm hi diġà kienet ħaditha għand it-tabib tal-familja, ddeċidiet li għandha ssegwi dan il-parir u minn Għawdex niżlet Malta għall-appuntament mal-psikjatra. Minkejja dan, il- psikjatra qaltilha li Audreu hi tifla normali ħafna u pjuttost hi intelliġenti ħafna għall-età li għandhau ma sabet xejn ħażin fiha. Għal dan, omm Audrey ħassitha mfixkla, u għalhekk qatgħetha li fid-dar kien hemm xi ħaġa li mhix normali. Lura Għawdex, marret għand il-kappillan u ftiehmu biex ibierek id-dar. Meta ġie jbierek, ma ġara xejn mhux tas-soltu, u anke l-kamra fejn Audrey kienet tkun ma' Karen ġiet imbierka. Omm Audrey ħasset li l-kappillan solvielha biċċa uġigħ ta' ras, hekk li issa l-familja kienet miġbura fil-paċi tad-dar kif ħasbet li xtaqet. Hekk kif Audrey baqgħet tikber, ħafna ħwejjeġ strambi baqgħu jiġru ta' kuljum. L-iskola fejn kienet tattendi, donnu kulħadd kien iżomm ruħu lura minnha. Meta kienet tkun ma' ommha, ġieli kienet tgħid xi affarijiet, u imbagħad xi ħin wara, iseħħu. Waqt li tkun id-dar dejjem kienet toqgħod waħedha msakkra f 'kamritha, jew fil-ġnien jew anke fil-kamra ta' fuq fejn kienet tara lil Karen. Imma ommha ħasbet li dan kien parti mill-iżvilupp tagħha. Wara erba' snin, omm Audrey reġgħet ħarġet tqila, u meta tkellmet ma' Audrey, li kien se jkun hemm tarbija fid-dar, bħal donnha ma tantx ħadet gost. Audrey, li kellha seba' snin, kienet pronta tgħidilha li diġà għandha ma' min tilgħab għaliex kellha lil Karen, u għal dan ommha tfixklet għax kien mingħaliha li nqata' kull kuntatt minn ma' Karen minn wara li mar ibierek il-kappillan. Omm Audrey kien għaddielha ħsieb li għandhom ibigħu d-dar u jmorru jgħixu post ieħor. Imma ma niżlet tajjeb xejn ma' Audrey, u marret fil-kamra ta' Karen u bħal qisha kienet qed tgħid lil Karen b'dan li kien qed jiġri. Bdew ġejjin diversi nies jaraw id-dar, imma kulħadd donnu ma ħassux sew. L-omm kienet saħansitra qabdet aġenzija imma ma kellha l-ebda suċċess. Meta kienet qed tkellem lil Audrey, din qaltilha li Karen ma ridithiex titlaq mid-dar, u għal dan, l-omm fehmet li kellha tfittex persuna li tifhem fis-sopranatural, għaliex dak li kienet ħasbet, li kien hemm xi forma ta' entità fid-dar, kien kollu minnu. Ikompli...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 July 2016