Illum previous editions

ILLUM 24 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/706986

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 24 ta' Lulju 2016 Sports 30 Mark Spiteri runner-up għat- tieni sena konsekuttiva fil-Kampjonati Ewropej tat- Tenpin Bowling TEAM Malta kompost minn erba' plejers, Paul Baldacchino, Sammy Borg, Giancarlo Tolu u Mark Spiteri għadhom kemm ipparteċipaw fil-Kampjonati tal- Ewropa tat-Tenpin Bowling (ESBC) ġewwa Copenhagen fid- Danimarka. Il-logħob sar bejn is-27 ta' Ġunju u l-1 ta' Lulju li għadda. B'kollox ħadu sehem bejn nisa u rġiel, 985 bowler minn madwar l-Ewropa kollha, eżattament minn 24 pajjiż differenti. Il- plejers kienu maqsumin fi tliet kategoriji bbażati fuq l-età. Il-logħob kien maqsum fuq individwali, doppji, tim trios u finalment il- Masters. L-aħħar kategorija, u li hi l-aktar waħda prestiġjuża fejn titkejjel fuq il-logħob kollu li jkun sar u jgħaddu biss l-aħjar sitt bowlers dejjem skont il-punteġġ finali li l-individwu jkun ġab. Il-logħob beda permezz tat-tim tad-doppji fejn Team Malta kienu maqsumin kif ġej. Tim A kien kompost minn Paul Baldacchino u Mark Spiteri u Tim B kien kompost minn Giancarlo Tolu u Sammy Borg. Hawnhekk, il-Maltin spiċċaw fit-22 u l-25 post rispettivament minn 124 tim. Kien xi ftit bidu baxx però wieħed jistenna dawn l-affarijiet sakemm il-bowlers jaddattaw għall-ambjent fejn ikunu qed jilagħbu. Mark Spiteri wera mill- ewwel l-intenzjonijiet tiegħu billi kiseb punteġġ finali ta' 1145, 'ave' ta' 191 fuq sitt logħbiet, li kien wieħed mil-ogħla punteġġi tad-doppji. Wara kien imiss l-individwali. Il-Maltin kollha spiċċaw f 'post tajjeb, però Mark Spiteri reġa' spikka u kien biċ-ċans li jitla' fuq il-podju, però sfortunatament l-aħħar logħba żammitu milli jagħmel dan u spiċċa fir- raba' post b'punteġġ qawwi ta' 1332, ave ta' 222 fuq sitt logħbiet, 32 pin 'il bogħod milli jirbaħ id-deheb li ntrebħet mill-bowler ta' fama mondjali mill- Finlandja, Esa Nieminen. Dan il-punteġġ sewa tajjeb ħafna għal Mark Spiteri billi poġġieh f 'qagħda tajba biex jispiċċa mal-aħjar sitt bowlers. L-aħħar avveniment kien it-tim tat-Trios. Team Malta lagħab b'din il-formazzjoni: Paul Baldacchino, Giancarlo Tolu u Mark Spiteri. Team Malta reġa' lagħab tajjeb ħafna, u spiċċa fis-seba' post minn 213-il tim. Hawn reġa' spikka ħafna Mark Spiteri, fejn lagħab punteġġ ta' 1255, ave ta' 209 fuq sitt logħbiet u li b'dan il-punteġġ serraħ rasu li jikkwalifika mal-ewwel sitt bowlers. Fil-fatt spiċċa fir-raba' post overall. Bil-logħob konkluż kien imiss il-Masters. Dan l-avveniment huwa ta' prestiġju kbir fejn anke jingħataw il-medalji għall-ewwel tliet positijiet min-naħa tal-ETBF, li huwa l-organu governattiv tat- Tenpin Bowling fl-Ewropa. Mark Spiteri beda billi lagħab kontra Jiri Hindrak tar-Repubblika Ċeka u tilef bil-punteġġ ta' 211 għal 203. Huwa lagħab it-tieni logħba kontra ċ-champion tal-lokal Michael Wittendorff, u tilef bil-punteġġ ta' 167 għal 234. Dan ir-riżultat tefa' ftit pressjoni mhux ħażin fuq Spiteri, fejn kien jaf li ried jagħmel tliet logħbiet tajbin jekk ried jispiċċa jirbaħ il-medalji. Fil-verità, huwa rebaħ it-tliet logħbiet li kien imiss b'punteġġ għoli ħafna ta' 210 kontra l-Ingliż Paul Morris, punteġġ ta' 266 kontra l-Olandiż Peter Broekmans u b'punteġġ ta' 200 kontra l-Finlandiż Esa Nieminen, l-istess bowler li rebaħ id-deheb fis-singoli. Din il-logħba kienet ukoll dik li ddeċidiet fejn kellha tmur il- medalja tal-fidda. Fil-verità min kien se jirbaħ il-logħba, kellu jispiċċa r-runner up tal-Ewropa. Mark Spiteri ma ddiżappuntax u lagħab logħba tajba ħafna fejn issupera liċ-champion Finlandiż. Il-punteġġi finali tal-ewwel tliet postijiet kienu dawn: 1. Michael Wittendorff - Danimarka: 4990 (216 ave) 2. Mark Spiteri - Malta: 4863 (211 ave) 3. Esa Nieminen - Finlandja: 4844 (210 ave) B'hekk Mark Spiteri rebaħ it-tieni post għat- tieni sena konsekuttiva f 'dawn il-Kampjonati tal- Ewropa. Minn hawnhekk nawgurawlu l-isbaħ xewqat u li jkompli jpoġġi lil pajjiżna fuq il-mappa dinjija tal-logħob tat- Tenpin Bowling. Mark Spiteri jifraħ wara li spiċċa bħala runner-up għat-tieni sena konsekuttiva fil-Kampjonati tal- Ewropa tat-Tenpin Bowling Luke Galea fit-tieni post fl-għaxar Open di Sicilia tal-Karate LUKE Galea, atleta ta' 17-il sena li jieħu sehem fid-dixxiplina tal-karate fil-Malta Karate Federation (MKF) beda jippratika l-karate ta' ħames snin u nofs mal-Imġarr Karate Club u ħa l-Black belt ta' 14-il sena. Ilu jiffoka fuq sport imsejjaħ 'Kumite' għal dawn l-aħħar snin u dan sarraf f 'riżultati tajbin ħafna lokalment u internazzjonalment fosthom tliet medalji tad- deheb fil-Small States tal- Karate First Edition 2014 ġewwa l-Lussemburgu, żewġ medajli tad-deheb fil-Polish Karate Open u tliet medalji - deheb, fidda u bronż – fil-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Karate Second Edition 2016 li saru ġewwa Ċipru. Riċentament, Galea reġa' ġab riżultat pożittiv fil- kompetizzjoni 10th Open di Sicilia li sar bejn id-9 u l-10 ta Lulju li għadda, ġewwa Siracusa fi Sqallija fejn huwa kiseb it-tieni post fil-kategorija Juniors taħt it-68 kilogramma tal-isport Kumite, fejn fil-kategoriji kollha f 'daqqa kien hemm aktar minn total ta' 700 atleta u 128 klabb li kienu ġejjin minn Sqallija u l-Italja. Fil-kompetizzjoni ta' qabel it-10th Open di Sicilia, li kienet dik tal-British 4 Nations ġewwa Sheffield fl-Ingilterra fit-28 u d-29 ta' Mejju li għadda, Galea kiseb it-tielet post fit-timijiet tal-isport Kumite, fejn fil- kategoriji kollha f 'daqqa kien hemm aktar minn total ta' 700 atleta u 82 klabb ġejjin mill-Ingilterra, l-Iskozja, u Wales. Bħal kull kompetizzjoni oħra, dejjem irid ikun hemm is-sagrifiċċju u l-konsistenza fit-taħriġ flimkien mal-mentalità li wieħed jibqa' għaddej u juża l-oppurtunitajiet kollha li għandu quddiemu biex jimxi 'l quddiem. Huwa għalhekk li bis-saħħa tal- organizzazzjoni tal-Malta Karate Federation, flimkien mas-sapport tal-ġenituri, li Luke Galea flimkien ma' atleti oħra Maltin kellhom l-opportunità li jitilgħu għal żewġ training camps barra minn Malta, qabel it-10th Open di Sicilia. L-ewwel wieħed kien l-International Stage Karate-Kumite Father and Son ġewwa Siracusa fi Sqallija, mit-30 ta' Ġunju sat-3 ta' Lulju, fejn l-atleti kellhom taħriġ maċ-Champion tad-dinja Luigi Busà u missieru Nello Busà li huwa kowċ tekniku tal-Karate. It-tieni training camp li telgħu għalih l-atleti Luke Galea u Joelle Farrugia kien għand il-Maestro Giuseppe Bartolo, ġewwa Portopalo u Pacchino fi Sqallija. Dan sar mill-5 sat-8 ta' Lulju li għadda. Hekk kif spiċċa dan it-training camp, Galea u Farrugia ltaqgħu mal-bqija tal-kontinġent Malti f 'Pozzallo u minn hemmhekk telqu għall- kompetizzjoni 10th Open di Sicilia ġewwa Siracusa. Din kienet esperjenza oħra ta' valur kbir għal Galea u ta' motivazzjoni kbira għall-futur tiegħu. Bħalissa Luke qiegħed jipprepara għall-kompetizzjoni tas- Small States Third Edition li se ssir f 'Settembru li ġej, propju ġewwa Malta. Luke xtaq jirrngrazzja lil dawk kollha li għenuh f 'din it-triq, b'mod partikolari lill-familja tiegħu, lis-Senseis, Training Partners, il-Malta Karate Federation u l-Kumitat Olimpiku Malti (MOC). Luke Galea fuq il-podju fit-tieni post fit-10th Open di Sicilia tal-Karate

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 July 2016