Illum previous editions

ILLUM 24 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/706986

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 24 ta' Lulju 2016 Sports 28 Rosberg jikseb il-pole tal-Ungerija li ttrasformat ruħha f 'maratona Danica Bonello Spiteri tkompli timpressjona fil-livell Elite tat-Triathlon barra minn Malta minn Cristian Antony Muscat IT-TRIATLETA ewlenija Maltija Danica Bonello Spiteri, kompliet għaddejja bit-tlielaq barra minn Malta fil-livell Elite tat-triathlon. L-ewwel impenn tagħha kien fil-'Grand Prix ta' Franza' fl-ewwel diviżjoni. Din kienet l-ewwel esperjenza għal Bonello Spiteri li ttellaq f 'dawn it-tip ta' tlielaq fejn il- livell huwa għoli ħafna peress li anki tkun qed tikkompeti ma' atleti li se jieħdu sehem fl-Olimpjadi ta' Rio. Dan kien possibbli meta Bonello Spiteri kienet ikkuntatjata mit- tim 'Charantes' ta' Franza. Hija ħatfet l-opportunità mal-ewwel għax kienet ilha tixtieq li tieħu sehem f 'dawn it-tlielaq prestiġjużi iżda fl- istess ħin huwa ferm diffiċli li tidħol fit-timijiet. Bonello Spiteri tat lil din il-gazzetta, rendikont tat- tellieqa, "Meta l-maniġer tat-tim Charentes bgħatli personalment, fraħt ħafna u mill-ewwel aċċetajt l-istedina tiegħu. Fit-tellieqa tal-ewwel diviżjoni kien hemm 88 atleta, fosthom diversi atleti li se jieħdu sehem fl-Olimpjadi ta' Rio, allura kont qed nistenna tellieqa iebsa. Fil- bidu tal-għawma forsi bżajt xi ftit minħabba l-livell li kien hemm, iżda xorta ħriġt tajjeb mill-ilma. Fuq ir-rota, kienet battalja iebsa. Bdejna l-20km fi grupp ta' erba' atleti, iżda ħdimt tajjeb b'pass mgħaġġel u attakki f 'kull telgħa li kien hemm, biex ilħaqna grupp ieħor ta' xi 10 atleti li kienu quddiema. Inżilt mir-rota u mal-ewwel, il-pass bil-ġiri kien iebes u kien hemm min ħarab mill-bidu. Għamilt l-almu tiegħi fil-ġirja, iżda ħassejt l-isforz tar-rota ta' qabel. Spiċċajt fil-41 post overall fil-kategorija tal- ewwel diviżjoni. Din kienet l-ewwel darba li kelli dan iċ-ċans li ntellaq fil-Grand Prix u t-tim tiegħi spiċċa fid-disa' post minn 16-il tim. Il-maniġer tiegħi kien kuntent bit-tellieqa li kelli u erġajt intgħażilt biex intellaq fi Gray, fi Franza fit-tellieqa li kien imiss. Nirringrazzja lit-tim Charantes li ħa ħsiebi f 'din it-tellieqa u emmen fil- ħiliet tiegħi. Ġimgħa biss wara t-triathlon ta' Franza, Bonello Spiteri kellha battalja oħra iżda fl-'offroad' triathlon, f 'tellieqa li jisimha 'Xterra'. Dan seħħ ġewwa Valle de Jous, fl-Iżvizzera. Dawn kienu l-Kampjonati Ewropej tal-Xterra fejn Bonello Spiteri reġgħet telqet fil-kategorija Elite. Skont ir-rapporti, ir-rotta tat-tellieqa nbidlet kompletament meta għamel dulluvju xita fil-lejl ta' qabel u t-terran inbidel f 'wieħed kollu tajn u żlieq. L-organizzaturi qalu li kienet waħda mill-iktar rotot diffiċli fl-'Xterra' minħabba l-art u fil-fatt kien hemm ħafna atleti li ma spiċċawx it-tellieqa minħabba dan il-fattur partikolari. Bonello Spiteri tirraporta fuq it-triathlon tagħha fl- Iżvizzera: "Fil-ġurnata ta' qabel it-tellieqa ħassejtni kunfidenti bir-rotta fuq ir-rota għax kelli ċans nippratikka sew. Fil-ġurnata tat-tellieqa bdejt nara li kien hemm kullimkien kollu tajn u ndunajt li l-affarijiet kienu nbidlu. Bdejt l-għawma ta' 1.5km, f 'pożizzjoni tajba u ħriġt fis-seba' post mill- ilma. Waqt l-għawma kienet reġgħet bdiet tagħmel dulluvju xita u din kważi ma waqfitx sakemm spiċċajna t-tellieqa, iżda ma tantx tajt kas tax-xita nieżla. Il-problema li kelli kienet iktar l-ammont ta' tajn kollu jiżloq fir-rotta tar-rota. Ma kelliex kontroll fuq ir-rota u spiċċajt waqajt sitt darbiet u waqaft diversi drabi oħra. Iżda din il-problema kienet simili għal kulħadd u mhux għalija biss. L-iżvantaġġ tiegħi kien dak li Malta ma jkollniex dan it-tip ta' tajn u żlieq, allura ma kontx ippreparata biżżejjed. Kien hemm postijiet li sa ġurnata qabel stajt naqdifhom bir-rota, iżda ċerti postijiet tekniċi saru wisq perikolużi għalija bit-tajn. Minħabba dan l-aspett, tlift ħafna ħin fuq ir-rota, u ma tantx kont kuntenta b'dan. Wara 25km, minn total ta' 36km bir-rota, kelli 'puncture' fuq ir-rota ta' wara u kelli nieqaf inbiddel it-tubu ta' wara, u tlift iktar ħin. Meta lestejt ir-rota, ħadt ir-ruħ, din id-darba għax kien irnexxieli ma nweġġax avolja kienet perikoluża. Ħriġt fuq il-ġirja ta' 10km b'saħħti u għamilt l-almu tiegħi hawnhekk, iżda erġajt sibt rotta teknika u diffiċli, b'ħafna tajn kif ukoll telgħa iebsa ta' xi 400m. Ħafna atleti kienu qed jimxu din il-biċċa, iżda rnexxieli ngħaddi ħafna atleti hawnhekk. Il-ġirja tiegħi kienet il-ħames l-aħjar waħda, iżda l-ammont ta' ħin li tlift fuq ir-rota kien wisq. Spiċċajt fit-18-il post tal-elite, f 'erba' sigħat u disa' minuti. Dan kien ħin li m'iniex kuntenta bih iżda tgħallimt ħafna dwar il-'mountain bike' fit-tajn. Fi ftit ġimgħat oħra ħa nerġa' mmur l-Italja għall-triathlon oħra 'Xterra', li huwa l-Kampjonat Taljan tat- triathlon. Nittama li mmur aħjar f 'din it-tellieqa. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, nixtieq nirringrazzja lil Flexischeme, SportMalta kif ukoll lil People & Skin permezz ta' Dr Joanna Delia, tal-għajnuna tagħhom biex stajt nieħu sehem f 'din it- tellieqa biex inkompli ntejjeb il-livell tat-triathlon tiegħi," temmet tgħid Danica Bonello Spiteri. Danica Bonello Spiteri tippoża bil-medalja li rebħet waqt l-'Xterra' ġewwa Valle de Jous, fl-Iżvizzera F'XITA kontinwa, kien is- sewwieq ta' Mercedes, Nico Rosberg li kiseb il-pole position tal-Ungerija fuq iċ-ċirkwit tal-Hungaroring, għall-GP li se jkun qed isir illum u li jġib l-isem ta' Formula 1 Magyar Nagydij. Is-sewwieq Ġermaniż għadda bi ftit inqas min sekonda lil sieħbu iżda rivali kbir fuq l-istess karozza Mercedes, Lewis Hamilton. Din il-pole tista' tiġi deskritta bħala waħda maratona, hekk kif bdiet tard minħabba x-xita u kellha tieqaf erba' darbiet, hekk kif ixxejret il-bandiera l-ħamra fosthom minħabba inċidenti li kienu involuti fihom is-sewwieqa Marcus Ericsson, Felipe Massa u Rio Haryanto, bit-tlieta li huma jikkraxxjaw ġol-ħajt tat-'tyres'. Intant, fit-tielet post u fir-raba' post se jkunu qed jibdew id-duo ta' Red Bull, Daniel Ricciardo u Max Verstappen, rispettivament, li se jkunu segwiti mis- sewwieqa ta' Ferrari, Sebastian Vettel u dak ta' Toro Rosso, Carlos Sainz, li temmew fil-ħames u fis-sitt post rispettivament. Iż-żewġ sewwieqa ta' McLaren, Fernando Alonso u Jenson Button kisbu s-seba' u t-tmien post rispettivament, waqt li s-sewwieq ta' Force India, Nico Hulkenberg u dak ta' Williams, Valtteri Bottas temmew fid-disa' u l-għaxar post rispettivament. Intant, is-sewwieq l-ieħor ta' Ferrari, il-Finlandiż Kimi Raikkonen reġa' ddiżappunta bil-kbir meta llum se jkun qed jibda biss mill-14-il post tal- gradwatorja. Dawn huma l-postijet li temmew fihom is-sewwieqa tal-Formuala 1 ilberaħ fl-Ungerija flimkien mal- ħin li huma rnexxielhom jirreġistraw: Sewwieq Tim Ħin 1. Nico Rosberg Mercedes 1:19.965 2. Lewis Hamilton Mercedes 1:20.108 3. Daniel Ricciardo Red Bull 1:20.280 4. Max Verstappen Red Bull 1:20.557 5. Sebastian Vettel Ferrari 1:20.874 6. Carlos Sainz Toro Rosso 1:21.131 7. Fernando Alonso McLaren 1:21.211 8. Jenson Button McLaren 1:21.597 9. Nico Hulkenberg Force India 1:21.823 10. Valtteri Bottas Williams 1:22.182 11. Romain Grosjean Haas F1 1:24.941 12. Daniil Kvyat Toro Rosso 1:25.301 13. Sergio Perez Force India 1:25.416 14. Kimi Raikkonen Ferrari 1:25.435 15. Esteban Gutierrez Haas F1 1:26.189 16. Felipe Nasr Sauber-Ferrari 1:27.063 17. Jolyon Palmer Renault 1:43.965 18. Felipe Massa Williams 1:43.999 19. Kevin Magnussen Renault 1:44.543 20. Marcus Ericsson Sauber-Ferrari 1:46.984 21. Pascal Wehrlein Manor Racing 1:47.343 22. Rio Haryanto Manor Racing 1:50.189 Nico Rosberg fl-azzjoni fuq iċ-ċirkwit ta' Hungaroring fl-Ungerija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 July 2016