Illum previous editions

ILLUM 24 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/706986

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 24 ta' Lulju 2016 | illum tan-nazzjonal tal-futbol tan-nisa Sports 35 X'tikkummenta fuq l-MFA? Tħoss li din qed tagħmel biżżejjed għall- akbar ġid tal-football tan-nisa f 'pajjiżna jew tħoss li tista' tagħmel iktar? Meta nħares lejn il-passat għall- ġurnata tal-lum, nemmen li progress min-naħa tal-MFA sar, anki jekk tħares lejn l-akkademja li għandna bħalissa. Ovvjament, dejjem hemm xi jsir. X'inhuma l-kummenti tiegħek fuq l-eks kowċ tat-tim tan-nisa ta' Hibernians, Keith Gouder? Il-kowċ Keith Gouder huwa kowċ li minnu tgħallimt ħafna. Nista' ngħid li huwa persuna dedikata ħafna f 'xogħlu u dejjem jagħmel l-almu tiegħu kollu għall-akbar ġid tat-tim. Tikkunsidra l-possibbiltà li fil-futur tmur tilgħab ma' xi tim barra minn Malta? Meta kelli l-opportunità li mmur nilgħab barra minn Malta, ma mortx minħabba ċerti ċirkostanzi u issa tikkunsidra l-età tiegħi tista' tgħid li huwa impossibli li din tista' sseħħ. X'responsabbiltà tħoss li ġġorr bil- faxxa ta' captain tat-tim nazzjonali tan-nisa? Kwalunkwe plejer li jirrapreżenta lil Malta għandu jġorr ir-repsonsabbiltà tiegħu. Issa li jiena l-captain ma tantx tagħmel differenza. Ir-responsabbiltà tibqa' l-istess. Aħna l-plejers kollha rridu nkunu ta' eżempju għall- ġenerazzjoni ta' warajna. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek ma' Hibernians? Il-futur tiegħek huwa wieħed esklussivament mal- Pawlisti, jew tikkunsidra li fiż-żmien li ġej tħalli lil dan il-klabb, biex tingħaqad ma' xi tim ieħor? Ma tantx inħobb inħares daqshekk fil-bogħod. Bħalissa ninsab kuntenta ma' dan it-tim fejn hemm nukleu ta' plejers tajjeb ħafna. L-atmosfera hija tajba ukoll. Il-futur ħadd ma rah. Tħoss li l-media sportiva f 'pajjiżna tagħti biżżejjed exposure lill-futbol tan-nisa, jew tagħmel dan biss waqt tournaments prinċipali u importanti, li fihom ikun involut it- tim nazzjonali tan-nisa? Ikkumparat maż-żmien ta' qabel, nemmen li l-media sportiva saret tagħti iktar exposure lill-futbol tan- nisa u dan grazzi wkoll għall-fatt li l-livell fil-futbol tan-nisa għola tul dawn l-aħħar snin, fejn irnexxielna nagħmlu ħoss ukoll fuq livell internazzjonli. Nieħu pjaċir meta nara programmi sportivi li jġibu siltiet tal-logħob li jkun intlagħab matul il-ġimgħa. Fix-xhur li għaddew, f 'żewġ logħbiet ta' ħbiberija li ntlagħbu fis- Centenary Stadium f 'Ta' Qali, it-tim nazzjonali tan-nisa ma rnexxielux jegħleb l-isfida tat-tim nazzjonali tan-nisa tal-Ażerbaijan, li kien ta' kategoriji iżgħar, għax kien ta' taħt id-19-il sena. X'taħseb li wassal għal dan? Huwa dejjem ta' diżappunt li ma tirbaħx dawn it-tip ta' logħbiet. Nemmen li ġewna żewġ logħbiet mhux daqshekk tajbin u l-kowċ uża dawn il-logħbiet biex jesperimenta, però nixtieq insemmi l-livell li għandhom l-Ażerbaijain. Dawn neħħew it-tim tal-kbar biex ikunu jistgħu jiffukaw fuq dan it-tim taż-żgħar. Dan it-tim ilu flimkien u qed joħduhom minn training camp għall-ieħor. Ovjament xorta waħda nemmen li aħna għandna iktar potenzjal u bi ftit iktar attenzjoni stajna faċilment irbaħna ż-żewġ logħbiet li huma. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, għaddi messaġġ lil dawk it-tfajliet li qed jinteressahom li jibdew jieħdu bis- serjetà l-futbol, kif ukoll lill-ġenituri tagħhom biex iħeġġuhom jagħmlu dan. Il-futbol bħal kull sport ieħor huwa importanti għax jgħin lit-tfal jiltaqgħu ma' nies oħra u huwa ta' żvog wara xi ġurnata skola u studju. Ovvjament, il-messaġġ tiegħi lil dawk it-tfal li jixtiequ jieħdu l-futbol bis-serjetà huwa dak li hu importanti li jkunu dixxiplinati u dedikati. " Faċli tikkritika meta qatt ma tkun urejt interess fil-futbol tan- nisa" "Il-futbol tan-nisa qed iqajjem interess fid-dinja kollha u iktar kemm jgħaddi ż-żmien iktar qed jogħla l-livell" Twieldet fis-17 ta' Mejju tal-1984 Hija waħda mill-aqwa plejers li pproduċa l-futbol tan-nisa f 'pajjiżna f 'kull żmien Hija mutur f 'nofs il-grawnd u l-captain tan- Nazzjonal tal-Futbol tan-Nisa Hija plejer indispensabbli tat-tim tan-nisa ta' Hibernians FC Rebħet għal diversi drabi l-unur tal-Aqwa Plejer fil-Futbol tan-Nisa f 'Malta mogħti mill- MFA Dorianne Theuma Ritratt: Raphael Farrugia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 July 2016