Illum previous editions

ILLUM 24 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/706986

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 24 ta' Lulju 2016 | illum Sports 33 Esperjenza pożittiva għat-timijiet nazzjonali U17 u U19 tal-handball fi Praga RIĊENTAMENT, it-tim nazzjonali Malti tal- handball ta' taħt id-19-il sena ħa sehem f 'tournament internazzjonali bl-isem ta' 'Prague Handball Cup 2016' fir-Repubblika Ċeka. It-tim Malti kien kompost minn Reece Hendrix Galea, Matthew Attard, Matthias Caruana, Liam Harrison, Theo Camilleri, Ronaldo Camilleri Darmanin, Sean Borg, Tristan Gauci, Luigi Rizzo, Aidan Pio Farrugia, Thomas Bayliss, David Borg, Jeremy Gauci u Terence Ellul. Għal ħafna mill-plejers, din kienet l-ewwel safra li fiha rrappreżentaw lil Malta, waqt li għal oħrajn din kienet it-tieni darba wara t-tournament tas-sena l-oħra f 'Teramo, l-Italja. Taħt it-tmexxija tal-kowċ nazzjonali Joseph Tanti u t-team manager Joseph Attard, il-plejers kienu ilhom xhur jippreparaw sew għal dan it-tournament ġo Praga. It-tim Malti kellu jaffronta ħames timijiet fil-fażi tal-gruppi. Dawn kienu ġejjin mill-Ġermanja, mid- Danimarka, mill-Italja u tnejn mir-Repubblika Ċeka. Fl-ewwel ġurnata ġewwa Střešovice, il-Maltin lagħbu kontra Greve HK tad- Danimarka, TJ JM Chodov Praha II tar-Repubblika Ċeka u Medicea Handball tal-Italja. It-tim Malti kien determinat biex jagħti prestazzjoni tajba kontra dak li seta' jkun l-aħjar tim fil-grupp tagħhom. Fl-ewwel frazzjoni tal-logħba, ir-riżultat ta' 5-4 għat-tim Daniż wera li l-logħba kienet pjuttost bilanċjata u t-tim Malti kien qed juri personalità kbira kontra tim ta' livell għoli. Sfortunatament, fit-tieni frazzjoni tal-logħba t-tim Malti kkommetta ċertu nuqqas, u b'hekk it-tim ta' Greve HK ħa vantagg u rebaħ il-logħba bir-riżultat ta 17-10. It-tieni logħba kienet simili ħafna għall-ewwel waħda u din kienet kontra tim minn Praga stess. Ir-riżultat finali kien: Malta Handball 7-14 TJ JM Chodov Praha II. It-tim nazzjonali ma kienx kuntent bir-riżultati miksuba fl-ewwel żewg logħbiet u b'hekk il-logħba kontra Medicea Handball setgħat tkun logħba fejn il-Maltin juru l-valur tagħhom. Mill- bidu nett, il-plejers taż-żewġ naħat urew ix-xewqa li jagħtu l-mija fil-mija tagħhom u juru lill-avversarju tagħhom li r-rebħa ma kinitx se tkun passiġġata. Fil-fatt, ir-riżultat kien dak ta 7-7 wara l-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima, id-difiża Maltija kienet iktar aggressiva u kompatta flimkien, u b'hekk il-logħba ħadet xejra pożittiva għat-tim Malti. Il-logħba spiċċat bir- riżultat ta' Medicea Handball 9-14 Malta Handball. Dan kien l-ewwel riżultat utli għat-tim nazzjonali tal-handball fil-'Prague Handball Cup 2016'. It-tim kollu kien kuntent ħafna u kburi bir-rebħa miksuba. Fit-tieni ġurnata tal-fażi preliminari, it-tim Malti kellu jaffronta lil Tatran Litovel tar-Repubblika Ċeka, u lil TSV Asperg Handball tal-Ġermanja. Filgħodu kmieni f 'Letňany, il-grupp Malti affronta tim ieħor mir- Repubblika Ċeka. Minkejja l-entużjażmu tal-Maltin wara l-logħba pożittiva fil-ġurnata ta' qabel kontra t-tim ta' Medicea Handball, it-tim ta' Tatran Litovel kien dominanti ħafna u l-logħba kienet dejjem f 'idejn it-tim Ċek. Ir-riżultat finali kien: Tatran Litovel 15-6 Malta Handball. L-aħħar logħba tal-fażi preliminari kienet kontra t-tim Ġermaniż ta' TSV Asperg Handball, ġo Ruzyně VG. Il-grupp Malti xtaq jagħlaq il-fażi tal-gruppi b'rebħa iżda fl-ewwel fażi tal-logħba, it-tim Malti sab diffikultà biex jesprimi l-kwalitajiet tiegħu. Madankollu, il-plejers ma qatgħux qalbhom u taw risposta għal dawk il-ftit minuti ta' tbatija fil-bidu tal-logħba. Fit-tieni parti, it-tim Malti kompla jtejjeb ir-riżultat u jkabbar id- differenza tal-gowls bejn iż-żewġ timijiet. Ir-riżultat finali kien dak ta' 15-6 favur il-Maltin. B'dan ir-riżultat, it-tim nazzjonali tal-handball spiċċa fir-raba' post fil-fażi tal-gruppi wara t-timjiet ta' Greve HK (10 punti), Tatran Litovel (8 punti) u TJ JM Chodov Praha II (6 punti). It-tim Malti spiċċa b'żewg rebħiet (4 punti) quddiem it- timijiet ta' Medicea Handball (2 punti) u TSV Asperg Handball (0 punti). Il-playoffs tat-tournament 'Prague Handball Cup 2016' kienu jikkonsistu minn żewg gruppi ta' timijiet. L-ewwel tliet timijiet ta' kull grupp marru f 'Main Group 1 filwaqt li l-bqija tat-timijiet marru f 'Main Group 2. It-tim Malti spiċċa f 'Main Group 2 u kellu jaffronta t-tim Ġermaniż ta' SSV Heidenau ġewwa Letňany. It-tim ta' SSV Heidenau lagħab kontra timijiet ta' livelli għoljin ħafna fil-grupp tagħhom u b'hekk din il-logħba ma kinitx waħda faċli għat-tim Malti. Fl- ewwel taqsima tal-logħba, ir-riżultat ta' 6-10 favur it-tim Ġermaniż wera li l-logħba ma kinitx spiċċat għal kollox u t-tim Malti seta' jagħmel aħjar. Sfortunatament, fit- tieni taqsima, t-tim Malti bata ħafna biex jiskurja u b'hekk it-tim ta' SSV Heidenau ħa vantaġġ u rebaħ il-logħba bir-riżultat ta' 8-19. Fl-aħħar ġurnata, it-tim nazzjonali tal-Under 19 flimkien mat-tim nazzjonali tal-Under 17 daru ftit mill-postijiet turistiċi fil- belt ta' Praga. Din kienet esperjenza sabiħa ħafna għat-tim nazzjonali tal- handball ta' taħt id-19-il sena, kemm 'on court' kif ukoll 'off court'. Infatti dawn kienu ħamest ijiem fejn iż-żgħażagħ saru jafu iktar lil xulxin u b'hekk saru grupp magħqud li rrifletta f 'komunikazzjoni aħjar, naqqas l-individwaliżmu u żdiedet l-għaqda bejn il- plejers bħala tim. Dan kien evidenti waqt il-logħbiet kollha. Din l-esperjenza ħalliet entużjażmu u determinazzjoni, kemm fil-plejers kif ukoll fl-istaff tat-tim nazzjonali, għall- opportunitajiet li jista' jkun hemm fil-futur. Intant, il-gazzetta ILLUM għamlet kuntatt mal-kowċ tat-tim nazzjonali ta' taħt is-17-il sena tal-handball Christian McClean, fejn tana dawn il-kummenti rigward din l-esperjenza unika u ferm pożittiva għat-timijiet nazzjonali tal-handball ta' taħt is-17-il sena u taħt id- 19-il sena fil-'Prague Cup', fi Praga fir-Repubblika Ċeka: "Din kienet l-ewwel darba li tim nazzjonali Malti ħa sehem fit-tournament ferm popolari tal-handball ġor- Repubblika Ċeka, il-'Prague Cup'. L-esperjenza kienet ferm pożittiva kemm għat- tim nazzjonali ta' taħt is-17-il sena, kif ukoll ta' taħt id-19-il sena, b'tal-aħħar jirbħu żewġ logħbiet mill-ħamsa li ntlagħbu fil-grupp ferm diffiċli tagħhom. Bħala kowċ tat-tim nazzjonali ta' taħt is- 17-il sena nista' ngħid li jiena ninsab kuntent bil-wirja tal-plejers tiegħi għalkemm nemmen li b'iktar konċentrazzjoni stajna mmorru aħjar speċjalment fil-logħbiet kontra Ork Zemun mis-Serbia fejn tlifna bl-iskor ta' 11-13, Hsg Isar-Mitte mill-Ġernanja fejn tlifna bl-iskor ta' 14-15, u Rhg Visocina mir-Repubblika Ċeka fejn tlifna bl-iskor ta' 12-13. It-tim nazzjonali Malti kellu fejn jirbaħ dawn it-tliet logħbiet iżda n-nuqqas ta' esperjenza dehret fl-aħħar ftit mumenti tal-logħba fejn kellna nkunu iktar kalmi fil- pussess tagħna tal-ballun. Madankollu, nemmen li dawn ir-riżultati u l-wirjiet kienu frott tax-xogħol siewi li jsir fil- preparazzjoni tat- timijiet nazzjonali tal-irġiel taħt it-tmexxjia tal-Head Coach Joseph Tanti, bl- għajnuna ta' Joe Attard," temm jgħid Christian McClean. It-tim nazzjonali Malti tal-handball ta' taħt id-19 -il sena li ħa sehem f 'tournament internazzjonali Prague Handball Cup 2016 fir-Repubblika Ċeka

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 July 2016