Illum previous editions

ILLUM 24 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/706986

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 24 ta' Lulju 2016 | illum Għawdex 15 jiddomina f 'Għawdex sorpriża Laburista wara s-suċċess li kellu fil-finanzi tal-Partit u tal-Gozo Channel." Barra minn hekk Cordina hu wieħed mill- kandidati favoriti ta' Joseph Muscat. Il-Partit Nazzjonalista: Lil Said jew iħobbuh jew le? L-uniku 'heavyweight' f 'Għawdex tal-Partit Nazzjonalista bħalissa hu Chris Said, li bla dubju għandu postu garantit fil-Parlament, anke wara l-elezzjoni li ġejja. F'Għawdex, Chris Said igawdi minn popolarità maqsuma. In-Nazzjonalisti, lil Said jew iħobbuh jew ma jniżżluhx, iżda xorta għandu biżżejjed segwaċi biex iżid il-voti mill-aħħar elezzjoni, speċjalment minn dawk in-Nazzjonalisti li mhux qed jaraw wisq sugu mill- kandidati l-ġodda. Giovanna tibqa' popolari minkejja kollox Il-Partit Nazzjonalista għadu ma rebaħx il-fiduċja tal-Għawdxin anke għall-fatt li taħt Refalo, Għawdex far bil-ġid, u n-negozjanti, sidien ta' ristoranti u proprjetajiet, faru bix-xogħol. Barra minn hekk, il-PN ma jistax isib sostitut għall-'imperatriċi' Għawdxija, Giovanna Debono li anke jekk żewġha għaddej minn każ fil- Qorti b'akkużi ta' frodi ta' finanzi pubbliċi, xorta l-Għawdxin (anke dawk Laburisti) ma jarawx li saru affarijiet daqshekk kbar kontra Għawdex. Skont kif jitkellmu l-Għawdxin, żewġha kien jaqdi lil kulħadd, anke Laburisti u għalhekk għadha popolari. Huwa għalhekk forsi li l-Partit Nazzjonalista għadu qed jiġri wara bint Debono biex tieħu post ommha. Is-Sindku Rabti, Samuel Azzopardi, kien l-aktar favorit li jieħu t-tieni siġġu Għawdxi billi kien mistenni li jieħu l-voti kollha ta' Frederick Azzopardi, hekk kif għandu parentela miegħu u voti li ħalliet warajha Giovanna. Iżda dan għadu ma tax il-kelma uffiċjali tiegħu li se jikkontesta u bħalissa mhux qed jgħix f 'Għawdex full time. Ryan dar id-djar kollha t'Għawdex, imma ... Ryan Mercieca hu żagħżugħ li qed jidher f 'kull festa u f 'kull raħal. Diġà kważi dar d-djar kollha f 'Għawdex iżda jibqa' fatt li dan għadu mhux fdat wisq mill-votanti kollha Nazzjonalisti għax ħafna jgħidu li dan ġej mill-kamp Laburista u allura jeħtieġ li jkun hemm attenzjoni. Barra minn hekk, Ryan Mercieca qed jaħdem għall-voti ta' Giovanna Debono u ma tantx jara mill-istess lenti ta' Chris Said. Kevin Cutajar li hu avukat u kunsillier nieqes mid-dawl kien viċin fl-aħħar elezzjoni, iżda l-fatt li ma jgħix Għawdex jista' jtellfu l-voti, anke jekk hu Kunsillier tax-Xagħra. Hemm ukoll l-avukat Joseph Attard li hu Kunsillier ix-Xagħra li hu popolari aktar fil- lokalità tiegħu milli madwar Għawdex. U kunsilliera oħra hi Maria Portelli li skont il-kwartieri tal-PN hi żagħżugħa li qed taħdem iżda għada m'għamlet l-ebda impatt f 'Għawdex s'issa. Il-fatt li l-PN f 'Għawdex reġa' ġie taħt idejn Euchar Mizzi b'ibnu, Kevin li huwa saħansitra s-segretarju tal- Kap tal-PN Simon Busuttil. Dan ifisser ukoll li l-PN f 'Għawdex reġa' qed jitmexxa mill-istess persuna li kien imexxi l-partit qabel it-telfa elettorali kolossali tal-2013 u reġa' ħa r-riedni wara li kien twarrab minn Chris Said meta kien segretarju ġenerali, għax Għawdex hu sigriet ieħor magħruf li Chris Said u Euchar Mizzi mhumiex l-akbar ħbieb. Din l-analiżi turi biċ-ċar li l-Labour hu aktar ingranat u Refalo għadu l-ġgant politiku ta' Għawdex. nispera ma jsirx ġungla tal-konkrit' taż-żgħażagħ tagħhom li qed jitilqu mill-gżira. Forsi li ma jistgħux jifhmu hu li dan jiġri f 'kull gżira ċkejkna u anke rħula żgħar madwar id-dinja kollha, biż-żgħażagħ (anke dawk Maltin) ifittxu l-opportunitajiet 'il bogħod minn pajjiżhom. Barra minn hekk, hi realtà li ż-żgħażagħ Għawdxin malli jduqu d-duwa tal-Maddalena f 'dik li hi ħajja notturna jagħżlu Malta minn Għawdex u din ir-raġuni, hi akbar milli għax Għawdex hemm nuqqas ta' xogħol u opportunitajiet. Hi l-ħajja ta' divertiment Maltija li twassalhom biex ikomplu jgħixu Malta u mhux ix- xogħol. Sadanittant, ikun żball jekk xi parti minn Għawdex tinbidel f 'xi Paceville ieħor, għax ħajja ta' bil-lejl teżisti f 'Għawdex iżda differenti. Fejn il-wine bars, BBQs u majjalati f 'xi għelieqi u parties organizzati f 'farm houses jieħdu post il-clubs u bars f 'Paceville. Għalkemm tmut mhux ftit fix-xitwa, u ssir ċimiterju waqt il- maltemp. Forsi se jkun hawn min ma jaqbilx miegħi u għandu dritt għal dan għax din hi l-opinjoni tiegħi dwar l-Għawdxin li niltaqa' magħhom jien, li nitkellem magħhom jien u li ngħix magħhom u naħdem magħhom jien. Għawdxi m'iniex, iżda kburi li għext u għadni ngħix magħhom għal dawn l-aħħar ħames snin u iva f 'dawn is-snin rajt Għawdex jinbidel u fl- istess waqt żamm il-kultura unika tiegħu. Kultura li tagħmilhom uniċi fejn tidħol trankwillità u poplu. Nispera biss li ma jkollix l-isfortuna li nara l-Għawdex jinbidel f 'ġungla tal-konkrit bħalma nbidlet Malta. Giovanna tibqa' popolari, minkejja kollox Il-Malti hu mixtieq wisq mill-ħajja trankwilla u sempliċi tal- Għawdxi, u għalhekk, f 'Għawdex isib dak li m'għandux f 'Malta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 July 2016