Illum previous editions

ILLUM 24 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/706986

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 24 ta' Lulju 2016 | illum SPORTSillum 27 Seba' atleti Maltin t-tentattiv li jagħmlu isem għal Malta waqt l-OIimpjadi ta' Rio minn Cristian Antony Muscat NHAR il-Ħamis li għadda, tħabbru l-ismijiet uffiċjali ta' seba' atleti Maltin li se jkunu qed jirrapreżentaw lil Malta waqt l-Olimpjadi ta' Rio bejn il-5 u l-21 t'Awwissu li ġej. Dawn se jkunu t-tiraturi William Chetcuti u Eleanor Bezzina, l-għawwiema Nicola Muscat u Andrew Chetcuti, kif ukoll il-weightlifter Kyle Micallef li ħa post Rodmar Pulis, wara li dan weġġa' spalltu fil- ġimgħat li għaddew. Barra minn hekk, se jkun hemm ukoll l-atleta Charlotte Wingfield, flimkien ma' Luke Bezzina li ġie nominat b'mod proviżorju mill-Kumitat Olimpiku Malti biex jieħu post Kevin Moore li qed jaffaċċja akkużi ta' doping, wara li nstab pożittiv għal test tad-doping matul ix- xahar li għadda, liema aħbar ħasdet lill-isport lokali. Waqt l-istess konferenza stampa, tħabbar li l-għawwiem Andrew Chetcuti se jkun qed iġorr il-bandiera Maltija fiċ- ċerimonja tal-ftuħ tal- Olimpjadi. F'kummenti qosra lil dawk preżeenti, huwa qal li jinsab ferm sodisfatt b'din l-aħbar li kien ingħata mill-Kumitat Olimpiku Malti, propju ftit sigħat biss qabel din il- konferenza stampa. Fl-indirizz tiegħu, il- president tal-Kumitat OIimpiku Malti, Julian Pace Bonello qal li Malta se jkollha l-akbar kontinġent tul l-aħħar 16-il sena u l-għan tagħhom bħala kumitat huwa dak li kull atleta jipproduċi l-aqwa wirja jew riżultat possibli fid-dixxiplina sportiva partikolari li jkun qed jieħu sehem fiha. Huwa kompla billi bl-aktar mod voċiferu ċaħad rapporti li dehru f 'sezzjonijiet tal-media fil-jiem li għaddew u li fihom ġie rrapurtat li kien ingħata xi trattament preferenzjali lil ċerti atleti rigward selezzjoni għall-Olimpjadi, u qal li l-Kumitat Olimpiku Malti mmexxi minnu għamel dak kollu possibbli biex Malta tkun tista' tikkompeti bl- aqwa tim. Bi spunt għal dan, din il- gazzetta talbet lil Julian Pace Bonello jispjega fid-dettall kif ġew magħżula l-atleti u ta' min tkun l-aħħar kelma biex dawn jintgħażlu - jekk hux tal-assoċjazzjonijiet jew federazzjonijiet li minnhom jiġu l-atleti jew tal-Kumitat Olimpiku Malti. Huwa kien pront wieġeb li jkunu s-46 assoċjazzjoni jew federazzjoni membru fi ħdan il-Kumitat Olimpiku Malti li jinnominaw lill-aħjar atleti tagħhom għall-għażla finali, imma mbagħad kollox jiddependi mill-Kumitat Olimpiku Malti biex jagħżel l-aqwa atleti possibbli u li jistgħu jagħmlu isem għal pajjiżna. Dan isir wara bosta sessjonijiet ta' skrutinju minn nies esperti u midħla sew tad-diversi dixxiplini sportivi f 'pajjiżna. Il-gazzetta ILLUM talbet lill-istess Julian Pace Bonello x'ikun qed jiġri jekk sfortunatament iweġġa' xi atleta ftit jiem biss qabel dawn l-Olimpjadi, fejn huwa tenna li r-regoli tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali jistipulaw li dan ma jistax ikun sostitwit minn atleta ieħor u għalhekk fl- eventwalità li jiġri dan, Malta jkollha tikkompeti b'atleta jew atleti inqas. Tkellem ukoll ix-Chef de Mission, David Azzopardi li bħal Julian Pace Bonello qal li xejn ma kien kuntent b'xi rapporti li dehru fil-media sportiva lokali fl-aħħar jiem u li jikkonċernaw il-Kumitat Olimpiku Malti, waqt li qal li l-atleti Maltin mhux se jkunu qed imorru għal vaganza f 'Rio, iżda se jkollhom test importanti biex juru eżattament x'isarrfu fl-isport. Tkellem ukoll id-Direttur tal-Isport fi ħdan il-Kumitat Olimpiku Malti, Mario Micallef li wara li ħabbar l-ismijiet uffiċjali tas-seba' atleti Maltin li se jkunu qed jirrapreżentaw lil pajjiżna f 'Rio, qal li għalkemm pajjiżna huwa wieħed żgħir, jinsab ċert li l-atleti kollha Maltin magħżula mill- Kumitat Olimpiku Malti se jkunu qed jagħtu ġieħ u jagħmlu unur għal pajjiżna. Eleanor Bezzina Charlotte Wing eld Andrew Chetcuti Kyle Micallef Luke Bezzina Nicola Muscat William Chetcuti David Azzopardi, Julian Pace Bonello u Mario Micallef jindirizzaw konferenza stampa li ha tħabbru s-seba' atleti li se jkunu qed jirrapreżentaw lil Malta -Olimpjadi ta' Rio

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 July 2016