Illum previous editions

ILLUM 24 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/706986

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 24 ta' Lulju 2016 | illum tagħlim minflok il-Power station tal-Marsa Il-karattru tal-Marsa huwa primarjament dak industrijali, iżda b'dawn il-proġetti jridu jwaqqgħu l-barrieri li ma kinux jagħtu aċċess lin-nies. Fl-2050, għandu jinħoloq spazju li jaddatta għan-nies ta' dak iż-żmien Fil-proġett ta' Matthew, is-swali tat-turbini, li għandhom jitwaqqgħu sal-aħħar ta' din is sena, flimkien mal- bqija tal-power station kollha, għandhom isiru spazji għall- edukazzjoni u rikreazzjoni, jew taħlita tat-tnejn, fejn studenti tal-arti jew tat-teknoloġija jgħixu f 'ambjent fejn jitgħallmu u fl-istess ħin ikunu mdawrin bi swali għall- esebizzjonijiet u attivitajiet kulturali. Fiċ-ċentru ta' kollox, u mibni bejn fejn illum jinsabu s-sala tat-turbini u t-'tank farm', Matthew iddiżinja park, li jservi ta' konnessjoni bejn il-pontijiet u l-passaġġi kollha, u bħala post ta' rikreazzjoni fejn wieħed ikun jista' jpoġġi fuq xi bank u jġawdi ambjent naturali ta' siġar u pjanti. Parti mid-disinn tal-park jinkludi wkoll teatru miftuħ. L-għan huwa li l-Marsa tinżamm dejjem attiva b'xi attività kulturali, artistika jew mużikali. Fil-park stess, taħtu preċiżament, pjanat li jsir 'transport interchange' li hi tip ta' venda fejn il-vetturi li jwasslu n-nies il-Marsa, jistgħu jieqfu hemm, minn fejn dawn jitilgħu fil- livell ta' fuq għal ġol-park, minn fejn hemm ikomplu jivvjaġġaw minn post għall- ieħor tal-Marsa bil-mixi, permezz tal-passaġġi u l-pontijiet. Parti mill- proġett jinkludi wkoll dehra kompletament differenti għall- waterfront, li fih ikun hemm marina u aktar konnessjonijiet, anke bil-baħar li jaqsmu direttament għall- Belt. Mad-dawra tal-waterfront, hemm disinn għal ristoranti, kaffetteriji u lukanda żgħira (boutique hotel), filwaqt li d-dwana l-antika tiġi mibdula f 'ċentru tan-negozju. Meta mistoqsi dwar kif il-viżjoni għall-futur tal- Marsa qiegħda tikkunsidra l-problemi soċjo-ekonomiċi li għanda l-Marsa bħalissa, Matthew spjega li parti mill-evalwazzjoni li saret, ikkunsidrat li fi żmien 35 sena, Malta tkun saret aktar multikulturali milli hija llum u l-immigranti, integrati mall-Maltin, ikunu jistgħu jgawdu flimkien il-benefiċċji ta' proġett bħal dan. Matthew Muscat, wieħed minn dawn l- istudenti tal-arkitettura Kif għandha tidher il-marina fil-Marsa fuq id-disinn ta' Muscat kien wieħed b'mottiv reliġjuż Munich kellhom 13-il sena, tlieta kellhom 14-il sena. Wieħed 17, ieħor 18, ġuvni ta' 21 sena u ieħor ta' 45 sena. Sitta minnhom kienu irġiel u 3 nisa. Sadattant 10 mis-17 li huma feruti jinsabu f 'qagħda kritika. Tlieta mill-mejtin ġejjin mill- Kosovo, tlieta Torok, u wieħed Grieg. Ali Sonboly

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 July 2016