Illum previous editions

ILLUM 24 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/706986

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 24 ta' Lulju 2016| illum Aħbarijiet 3 Ir-raġel jippompja u l-mara tivvibra minn Ruben Anthony Xuereb FOST ħafna Maltin, għad hawn il-perċezzjoni li l-maġġorparti tal-poplu għadu qaddis, verġni u martri u li s-sess isir biex isiru t-tfal biss, u mhux għax huwa parti importanti mis-saħħa tal- bniedem. Minkejja dan, minn kuntatt li l-ILLUM għamlet ma' Ranier Zammit, sid is-sex shop online toysfourplay.com, li ilu f 'dan il- negozju għal kważi 14–il sena, jirriżulta li s-sex toys mhux talli huma popolari ħafna, talli hemm domanda qawwija għal ġugarelli partikolari tas-sess. Zammit żvela ma din il-gazzetta li l-aktar prodott popolari mal- klijenti rġiel huma pompi li temporanjament ikabbru d-daqs tal-organu maskili. Min-naħa l-oħra, l-aktar prodott li jinxtara mill-klijenti nisa huma l-vibraturi tat-tip 'rabbit' u stimulaturi zgħar, kif ukoll lingerie sexy. Apparti dawn, jirriżulta wkoll li prodotti oħrajn popolari mal-klijenti Maltin huma kremi u sprays li jtejbu l-prestazzjoni sesswali tar- raġel. Min-norma tal-bejgħ bħalissa, Zammit spjega li aktar milli prodotti u ġugarelli speċifiċi għall-irġiel jew għan- nisa waħedhom biss, illum hawn ħafna aktar prodotti li huma mmirati iżjed għall-użu tal-koppji, li aktar ma jgħaddi żmien, aktar qed jiżdied in- numru ta' dawn li qed ikunu fantasjużi fil-ħajja sesswali tagħhom. Jidher ukoll li dan l-aħħar, il-popolarità tal-ġugarelli sesswali u prodotti bħal manetti, frosti u oġġetti ta' 'bondage', saru aktar popolari minn wara l-pubblikazzjoni tal-ktieb 'Fifty Shades of Grey', fejn il-fantasiji sesswali tal- karattru Christian Grey, ħajru ħafna nisa biex jissuġġerixxu lis-sieħeb tagħhom, jinkludu aktar logħob u fantasiji fil-ħajja sesswali tagħhom. L-irġiel jixtru aktar prodotti u ġugarelli sesswali min-nisa Mistoqsi dwar id-demografija tal-klijenti li jixtru minn fuq is-sit tiegħu, Zammit qal li hemm aktar irgiel li jixtru prodotti u sex toys, bl-istess mod bħalma hi x-xejra mal- bqija tal-Ewropa. Aktar ma jgħaddi ż-żmien iżda, qed jiżdiedu dejjem aktar in-nisa u l-koppji li ma jsibux problema jixtru u jesperimentaw, tant li bħala klijentela, Zammit beda jersaq lejn persentaġġ ta' 50, b'50 fil-mija. Huwa żied jgħid li "għalkemm jixtru iżjed l-irġiel, dawn aktar jixtru prodotti għan-nisa jew għall-użu tal-koppja milli għalihom personali. Illum spiċċa ż-żmien li dak li jixtri s-sex toys jew prodotti oħra huwa r-raġel xiħ ta' moħħu maħmuġ, kif kienet il-perċezzjoni qabel." Jidher ukoll li mill-klijentela tas-sex shops fuq l-internet, l-età medja tan-nies li jagħmlu użu minn dawn il-prodotti hija ta' bejn it-30 u l-50 sena, età iżjed sesswalment matura u attiva. Jista' jkun ukoll li nies ta' età iżgħar għadhom isibuha aktar diffiċli jaċċettaw il-perċezzjoni tal-pubbliku dwar l-użu ta' ċerti 'ġugarelli' biex jagħmlu l-ħajja sesswali tagħhom aktar eċitanti u fantasjuza. Tista' tkun ukoll mistħija jew biża' mill-ġenituri, f 'każ li dawn isiru jafu b'tendenzi mhux konvenzjonali li qed jipprattikaw uliedhom. 'Il-Maltin għandhom fantasiji sesswali u interess jesperimentaw u jilagħabu fis-sodda daqs kemm għandhom nies f 'pajjiżi oħra' Zammit uża bħala eżempju l-fatt li ħafna Maltin kif isiefru, apparti f 'xi mużew, jinkludu xi mawra sa sex shop. Huwa saħaq li "jista' jkun li din il-perċezzjoni ħażina ġejja mill-biża' li xi ħadd ieħor ikun jaf x'gosti sesswali għandek jew minħabba n-nuqqas ta' edukazzjoni u l-mentalità li s-sess isir biss biex nagħmlu t-tfal." Ibbażat fuq l-ammont u t-tip ta' oġġetti li jinbiegħu fuq is-sit ta' Zammit, din il-gazzetta setgħet tieħu idea aktar ċara ta' jekk hawn Malta hawnx kultura ta' 'logħob fis-sodda' li tinvolvi wkoll fantasiji, kostumi u anke 'bondage'. Zammit saħaq li "l-Maltin għandhom fantasiji u jesperimentaw daqs nies f 'pajjiżi oħra." Huwa żied jgħid li "l-kostumi biex iħeġġu l-fantasiji tal- koppji, għandhom jinbiegħu ħafna iżjed meta mqabblin ma' ċerti pajjiżi oħra, iżda s-suq tagħhom għadu żgħir Malta." "Il-prodotti ta' bondage, li fost affarijiet oħra jinvolvi rbit u użu ta' xi frosta, saru ħafna iżjed komuni dan l-aħħar, speċjalment wara li ħareġ il- ktieb Fifty Shades of Grey," qal Zammit. Anke minn studji li saru minn psikologi u studjużu tal-imġiba tal-bniedem, ġie pruvat li l-esperimentazzjoni, il-logħob u l-fantasiji sesswali jistgħu jżommu r-relazzjoni iktar ħajja u soda fit-tul. Zammit ġab eżempju li "bħalma hawn min iħobb jiekol l-istess tiġieġ u ħass biss kuljum, hawn min iħobb isajjar u jiekol b'mod iżjed varjat u kreattiv." Li tiftaħ sex shop f 'Malta mhux kummerċjalment vijabbli Fid-dawl tal-emenda fil-liġi tal-vilifikazzjoni tar-reliġjon, kibret il-possibbiltà li jinfetħu aktar sex shops, la darba dawn isirulhom twissijiet ċari fil-faċċata li javżaw x'tip ta' ħwienet huma. Din il-gazzetta saqsiet lil Zammit jekk ibbażat fuq l-ammont ta' bejgħ li jsir online, is-sex shops f 'Malta jsirux aktar komuni. Zammit irrisponda li "le, għax xorta ma jkunux kummerċjalment vijabbli." Zammit saħaq li wieħed irid jiftakar li Malta għandha popolazzjoni ta' inqas minn nofs miljun, id-daqs ta' villaġġ f 'pajjiżi barranin, fi gżira mingħajr fruntieri diretti ma' pajjiżi oħra. Jidher ukoll li fil-passat kien hawn diversi tentattivi biex jinfetħu sex shops hawn, iżda wara ċertu żmien kellhom jagħlqu. "Il-bidla f 'din il-liġi hi li rregolat kif jistgħu jinbiegħu ċerti prodotti pornografici, li messha saret żmien ilu," qal Zammit, "u mhux jekk tistax tiftaħ ħanut, għalkemm il- media hekk tat x'tifhem." Mistoqsi jekk hu jitħajjarx jiftaħ ħanut, Zammit irrisponda li "le, għax fuq toysfourplay.com noffru bejgħ minn diversi mezzi online b'servizz mil-lum għal għada, li mill-esperjenza tiegħu, tgħallem li l-klijenti jippreferu l-anonimità tax-xiri online, kif ukoll jekk iridu, jistgħu jkollhom appuntament privat biex jaraw l-affarijiet fiżikament qabel jiddeċiedu x'jaqbel għall-fantasiji u l-eċitament sesswali tagħhom." Sex shop lokali online jiżvela l-ġugarelli tas-sess l-aktar popolari fost il-Maltin Prodotti sesswali ispirati mill-ktieb 'Fifty Shades of Grey' Naqra logħob fis- sodda jsaħħaħ il-ħajja sesswali tal-koppja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 July 2016