Illum previous editions

ILLUM 24 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/706986

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

illum | Il-Ħadd 24 ta' Lulju 2016 Opinjoni 16 Lokalità bi sfidi kbar S an Pawl il-Baħar hi lokalità li llum il-ġurnata, skont l-istatistiċi uffiċjali, hi waħda mill- akbar lokalitajiet f 'pajjiżna. Fil-fatt skont iċ-ċifri tal- popolazzjoni ppubblikati fl-2014, San Pawl il-Baħar għandu 'l fuq minn 21,000 resident, u dawn in-numri komplew jikbru sew matul l-aħħar sentejn. San Pawl il-Baħar, tradizzjonalment magħruf bħala post tas- sajd u l-agrikolutura, u bħala post tal-villeġġjatura, matul l-aħħar snin inbidel kompletament, biċ-ċifri tar-residenti jiżdiedu drastikament sena wara sena matul l-aħħar snin. B'hekk, illum il-ġurnata, probabbli l-popolazzjoni f 'din il- lokalità tlaħħaq it-23,000. San Pawl il-Baħar ma jinkludix fih biss iċ-ċentru tradizzjonali tal-lokalità, iżda wkoll żoni oħra, llum kbar, bħal Buġibba, Burmarrad, il-Qawra, il-Wardija, u x-Xemxija, kif ukoll żoni rurali żgħar bħal Għajn Stas u San Martin. F'dawn iż-żoni, b'mod partikolari fiż-żoni ta' Buġibba u l-Qawra, wieħed jara żieda fil-popolazzjoni matul iż-żmien tas-sajf. Ċifri li ġew ippubblikati dan l-aħħar juru kif f 'San Pawl il-Baħar, insibu l-ogħla ammont ta' sodod, li jlaħħaq it-12,000, u allura ferm ogħla minn dak ta' lokalitajiet oħra. Fil-fatt, per eżempju f 'Tas-Sliema, u San Ġiljan, flimkien, għandhom 13,000 sodda, jiġifieri kwazi daqs il- lokalità ta' San Pawl il-Baħar. Barra mit-turisti li jiġu jżuruna u joqogħdu f 'waħda mill-lukandi, guesthouses jew hostels, insibu ammont kbir ta' Maltin li jiġu joqogħdu hawnhekk għaż- żmien tas-'sajf ', li għal ħafna, issa m'għadux il-perjodu ta' bejn Lulju u Settembru, iżda sar ħames jew sitt xhur fis-sena, kif ukoll dawk li jiġu hawnhekk għal ftit sigħat ta' divertiment. Imma dan kollu, jiġifieri ż-żieda fil-popolazzjoni, li bosta jistmaw għal 60,000 fix-xhur sajfin, mhux qiegħda tiġi riflessa fl- allokazzjoni finanzjarja li tingħata lill-Kunsilli Lokali. Bosta nies jaħsbu li l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar qiegħed jingħata fondi addizzjonali, permezz ta', pereżempju skemi oħra maħsuba għal dawn it-tip ta' lokalitajiet. Iżda, fil-fatt, it-tweġiba għal dan kollu hi, le. Il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, matul is- sena kollha, jingħata l-istess allokazzjoni, meta, fil-verità, il-ħidma tal-Kunsill fiz- zmien tas-sajf hi ferm ikbar minn dik tax-xitwa. Sa ftit snin ilu, il-Gvern kien joħroġ diversi skemi, fosthom waħda mmirata għal lokalitajiet bi bżonnijiet speċjali, bħalma huma lokalitajiet turistiċi, li għal diversi raġunijiet, ikollhom bżonn iktar fondi, bħal pereżempju San Pawl il- Baħar u Marsaskala. Dan kien ifisser li l-Kunsilli Lokali setgħu jingħataw fondi addizzjonali, iżda sfortunatament din l-iskema m'għadhiex tinħareġ u allura fondi li konna ningħataw qabel issa m'għadhomx jingħataw. Minbarra ż-żieda fil- popolazzjoni, illum f 'San Pawl il-Baħar naraw xena kompletament differenti minn dik li kellna qabel. Illum għandna sitwazzjoni fejn skont ir-reġistru elettorali u allura skond l-ammont ta' residenti li għandhom 'il fuq minn 16-il sena u li huma registrati hawnhekk, terz tal- popolazzjoni hi barranija. Dan kemm-il darba jfisser diffikultà f 'komunikazzjoni kif ukoll mentalità u kultura differenti. Barra minn hekk, statistiċi oħrajn juru kif f 'San Pawl il-Baħar jgħixu l-ikbar ammont ta' nies li huma fil-bżonn, ammont kbir ta' single parents, u wieħed mill- akbar ammonti ta' vjolenza domestika rreġistrati. Dan kollu joffri diversi sfidi, differenti minn lokalitajiet oħrajn. Ninsab ċerta li bosta sindki bħali, jixtiequ jagħmlu iktar f 'diversi setturi, b'mod speċjali fis-settur soċjali, iżda dan mhux possibbli minħabba l-limitazzjonijiet diversi li għandhom il- Kunsilli Lokali. Forsi hemm min qed jistaqsi jekk entitajiet oħrajn iwettqux ħidma fil- lokalità, bħal pereżempju l-Awtorità għat-Turiżmu, id-Dipartiment tat-Tindif, u l-Pulizija. Hawn irrid nirringrazzja lil dawn l-entitajiet tal-għajnuna li jagħtu, iżda żgur li dan kollu mhux biżżejjed. Tajjeb li jsir investiment fil-lokalitajiet tagħna mill-Gvern Ċentrali u jien inkun minn tal- ewwel li nilqa' l-investiment li jsir hawn, irrelevanti dan ikunx qed isir minn Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista nkella mill- Partit Laburista. Dan għaliex nemmen li investiment, isir mingħand min isir, għandu jsir għall-ġid tal-lokalità u tar-residenti, u għalhekk ferm importanti li mill- fazijiet primarji tal-proġett isiru diskussjonijiet mal- Kunsilli Lokali rispettivi, sabiex ikollna l-aħjar riżultat. Pereżempju, permezz tal- media ftit xhur ilu sirt naf li ser tinbena skola ġdida f 'San Pawl il-Baħar. Kien għalhekk li tlabt laqgħa mal-persuni kkonċernati dwar dan il-proġett, u bħala Kunsill ħrigna b'diversi proposti, pereżempju li tinbidel l-entratura għall-istess skola, kif ukoll l-importanza li jkun hemm l-ikbar ammont ta' sulari għal parkeġġ, liema parkeġġ għandu jintuża mill- pubbliku ġenerali wkoll. Iżda l-Kunsilli Lokali għandhom bżonn ta' fondi addizzjonali li jingħataw direttament lilhom. Irridu niftakru li l-Kunsilli Lokali huma dawk l-entitajiet governattivi li l-iktar jaħdmu qrib in-nies, u saru l-ewwel referenza tar-residenti, ikun xi jkun l-ilment tagħhom. Iżda, l-ebda Kunsill Lokali ma jista' jaqdi l-funzjonijiet tiegħu jekk ma jkollux fondi sabiex jagħmel dan. Insibu lokalitajiet li huma differenti, u li joffru iktar sfidi minn lokalitajiet oħra, u allura għandhom bzonn ta' iktar fondi. Dan ma jfissirx li b'xi mod għandna nnaqqsu l-fondi li jingħataw lokalitajiet oħra. Żgur li le. Għaldaqstant nagħlaq dan l-artiklu b'appell lill-Gvern sabiex il-Kunsilli Lokali jingħataw direttament iktar fondi. F'San Pawl il-Baħar, għandna, pereżempju numru ta' toroq li jridu jsiru mill-ġdid. Dawn iridu jsiru fl-iqsar żmien possibbli u żgur li ma jistgħux isiru jekk ma jkunx hemm fondi miżjuda, ta' miljuni ta' ewro, biex it-toroq ikunu jistgħu jsiru. Jekk ikun hemm żieda fil-fondi, dawn il-fondi addizzjonali imbagħad jintużaw għall-ġid tar- residenti u tal-lokalitajiet, skont l-isfidi, li ta' kuljum niltaqgħu magħhom. Graziella Galea hija s-sindku ta' San Pawl il-Baħar GRAZIELLA GALEA "L-ebda Kunsill Lokali ma jista' jaqdi l-funzjonijiet tiegħu jekk ma jkollux fondi sabiex jagħmel dan" Insibu lokalitajiet li huma differenti, u li joffru iktar sfidi minn lokalitajiet oħra, u allura għandhom bzonn ta' iktar fondi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 July 2016