Illum previous editions

ILLUM 24 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/706986

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 24 ta' Lulju 2016 Sports 32 Tliet titli nazzjonali għal Mark Herrera waqt il-Kampjonati Nazzjonali tal-Atletika FIL-JIEM li għaddew, saru l-Kampjonati Nazzjonali tal-Atletika fit-Trakka Matthew Micallef St John, fil- Marsa. Waqt dawn il- Kampjonati, Mark Herrera reġa' wera l-kapaċità tiegħu fit-tlielaq tal 'middle distance', kif ukoll fil-hurdles events, fejn rebaħ it-titli Nazzjonali fit-3,000m Steeplechase, 1500m għall-ewwel darba fl-400m hurdles. F'dawn it tlielaq, Herrera, kiseb l-aħjar ħin tal-istaġun fit-3000m steeplechase kif ukoll l-aħjar ħin personali fit- tellieqa 400m hurdles. Intant, it-tellieqa tal- 1,500m kienet tellieqa tattika u għalhekk il-ħin li Mark kiseb ma kienx qrib l-aħjar tiegħu, iżda l-importanti waqt il- Kampjonati Nazzjonali, hija li tirbaħ u żżomm it-titlu nazzjonali. It-tellieqa tat-3,000m steeplechase hija t-tellieqa li Herrera qed jaħdem għaliha biex is-sena d-dieħla tkun it-tellieqa ewlenija tiegħu, fejn qed jaħdem bis-sħiħ biex ikun parti mit-tim Malti għal-Logħob tal-Pajjiiżi ż-Żgħar li se jsiru ġewwa San Marino f 'Ġunju tal- 2017. Ta' min isemmi li Herrera huwa wkoll kowċ tal- atletika, u apparti li jieħu ħsieb il-programm tiegħu, għandu grupp ta' atleti li qed jippromettu, fejn f 'dan l-istaġun, kollha għamlu bosta 'personal bests', f 'distanzi varji, bejn il- 400m san-nofs maratona. Ta' min isemmi wkoll lil Mark Mifsud, li huwa talent ġdid fil-400m, fejn din is sena ġera ħin tajjeb ħafna ta' 50.19 sekondi f 'dawn il-Kampjonati biex spiċċa fit-tielet post. Mark Herrera xtaq jirringrazzja lil Nyoo Destination Wellness, Urban Jungle House of Sport, Garmin Malta u fl-aħħar iżda mhux l-inqas lil Jan Farrugia Sports Massage Therapy, tal-għajnuna u s-sapport kontinwu li huma jtuh. Mark Herrera jifraħ wara li rebaħ tliet titli nazzjonali waqt il-Kampjonati Nazzjonali tal-Atletika Organizzata b'suċċess il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports IL-ĠIMGĦA 15 ta' Lulju ġiet organizzata b'suċċess il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports, li ġabet fi tmiemha sena ta' ħidma ta' din l-Assoċjazzjoni li tirrapreżenta lill-ġurnalisti tal-isports, reporters u photo reporters tal-isport f 'pajjiżna. Fil-laqgħa ġie ppreżentat ir-rapport amminsitrattiv u dak finanzjarju li ġew ippreżentati minn Sandro Micallef bħala Segretarju Ġenerali u Antoine Dalli bħala Teżorier, rispettivament. Dawn iż-żewġ rapporti ġew approvati unanimament. Waqt l-indirizz tiegħu, il- President Charles Camenzuli filwaqt li rringrazzja lill- membri tal-appoġġ tagħhom matul is-sena 2015/16, insista fuq il-messaġġ li hu kien għadda fi Frar li għadda fuq l-importanza ta' identifikazzjoni tal- kisbiet tal-atleti. Hu nsista sabiex il-ġurnalisti tal- isport jagħrfu jiddistingwu l-kisbiet tal-atleti u ma jinġarrux bl-entużjażmu meta Assoċjazzjoni jew Federazzjoni tinforma lil media li atleti jew tim ikun kiseb xi midalja f 'kompetizzjoni li ħafna drabi ma' tkunx ta' livell. Il-messaġġ sempliċi hu li nħallu l-fissazzjoni ta' rebħ ta' midalji darba għall- dejjem u nsemmi l-midalji biss f 'kompetizzjonijiet bħal kampjonati nazzjonali jew kampjonati internazzjonali rikonoxxuti mill-federazzjonijiet internazzjonali. Mil-lat ta' sħubija, il- President irringrazzja lill-membri li għamlu s-sena 2015/16 sena rekord b'xejn inqas minn 74 sħubija imħallsa, b'rekord assolut fl- istroja tal-Għaqda Ġurnalisti Sports. Matul il-laqgħa s-Segretarju Ġenerali Sandro Micallef rringrazzja lil membri kollha tal-Għaqda Ġurnalisti Sports u lil pubbliku ġenerali sportiv tas-solidarjetà murija miegħu wara li l-ġimgħa l-oħra safa' vittma ta' attakk vandalu fuq fuq il- vettura personali tiegħu. Għal-laqgħa li saret fil-Conference Hall tal- Pietà Hotspurs FC attendew numru sabiħ ta' ġurnalisti membri. Fost l-osservaturi mistiedna, din is-sena kien hemm is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sports, Chris Agius u Angelo Chetcuti, rappreżentant fil-Kunsill tal-MFA f 'isem Birżebbugia SP u kandidat għall-kariga ta' Viċi President tal-MFA. Chris Agius flimkien mal-president tal-GĦĠS Charles Camenzuli jindirizzaw lil dawk preżenti waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-GĦĠS Ritratt: Joe Borg Elett kumitat ġdid tal-Juventus Club DOC Vero Amore Malta NHAR il-Ġimgha 15 ta' Lulju 2016, saret il-Laqgha Ġenerali Annwali tal- Juventus Club DOV Vero Amore Malta, li permezz tagħha ġie fi tmiem tiegħu t-terminu tal-kumitat preżenti tal-istess klabb. Waqt din il-laqgħa, il- membri preżenti approvaw ir-rapporti amministrattivi u finanzjarji preżentati lilhom u eleġġew kumitat ġdid għal terminu ta' sentejn kif provdut mill- istatut tal-klabb. Il-membri eletti kienu s-segwenti: Joseph Fenech – President Joe Shields – Segretarju Emmanuel Cassar – Teżorier Darren Micallef – Membru Simon Vella – Membru William Micallef – Membru Benjamin Pulè – Membru Saviour Farrugia – Membru Pierre Bonavia – Membru Beppe Camilleri – Membru Bryan Degabriele – Membru. L-uffiċjali tal-Klabb – Joseph Fenech, Joe Shields u Emmanuel Cassar – ġew ikkonfermati fil-karigi li kienu jokkupaw matul is-sentejn preċedenti, ossia dawk ta' President, Segretarju u Teżorier rispettivament. Il-Kumitat tal-'Juventus Club DOC Vero Amore – Malta' xtaq jirringrazzja lill- membri kollha tal-fiduċja espressa fih u wiegħed ħidma sfieqa fix-xhur u s-snin li ġejjin għall-ġid tal-Juventini Maltin u Għawdxin kollha. Fl-aħħar nett, il-Kumitat irringrazzja lil Domnic Galea u lil Pierre Borg tal-ħidma kbira u s-servizz tagħhom matul l-aħħar snin. Il-presdient tal-Juventus Club DOC Vero Amore Malta jindirizza lil dawk preżenti waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-istess klabb

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 July 2016