Illum previous editions

ILLUM 24 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/706986

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

illum | Il-Ħadd 24 ta' Lulju 2016 Aħbarijiet 8 La m'hemmx Maltin biżżejjed... 40% kellhom jimpjegaw barranin għax ma sabux Maltin kwalifikati jew li jridu jagħmlu x-xogħol minn Albert Gauci Cunningham "SEWWA, jiġu Malta u jeħdulna xogħolna dal- barranin. Mhux sew dan." M'hemmx dubju li din il- frażi ma smajtuhiex darba biss u l-akkuża, mhux biss f 'Malta imma anke fir- Renju Unit sa ftit ġimgħat ilu, meta kienet għaddejja l-kampanja referendarja dwar il-futur tal-pajjiż fl-Unjoni Ewropea, hija waħda komuni. Tqajjem ħafna emozzjoni u ħafna nazzjonaliżmu, imma lil hinn mill-paroli u lil hinn mill-ħafna 'charity begins at home' u 'ħobż Malta, jieklu l-Malti', kemm verament qed ikun il-barrani li jieħu xogħol il-Malti? Min iħaddem għalfejn qed jimpjega barrani, mhux Malti? Ċifri ppubblikati fl- 'Istħarriġ Nazzjonali għall-Ħiliet tal-Ħaddiema' li sar b'kollaborazzjoni bejn Jobsplus, Malta Enterprise u l-Kummisjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla (NCFHE) juri li fil-fatt huwa vera li hemm element qawwi ta' barranin li qed jidħlu fid-dinja tax-xogħol f 'pajjiżna. Imma dan jista' jkun li mhux dejjem qed iseħħ a skapitu ta' xi ħadd. 48% impjegaw ħaddiema barranin...40% impjegaw gradwati Fil-fatt, minn dawk in- negozji kollha li aċċettaw li jipparteċipaw f 'din ir-riċerka, jirriżulta li fl-aħħar tliet snin, 48% tal-kumpaniji Maltin impjegaw ħaddiema barranin, meta mqabbel mal-40% li fl-aħħar tliet snin impjegaw persuna li kienet għadha ħierġa mill- Università lokali jew istituzzjoni għolja bħall- MCAST u l-ITS. Iktar minn nofs, jew 56% ta' dawk il- kumpaniji li jħaddmu bejn 10 u 49 ħaddiem, impjegaw ħaddiema barranin fl-aħħar tliet snin, bil-persentaġġ jiżdied għal 61% għal dawk li jħaddmu bejn 50 u 249 ħaddiem. Dan jonqos fil- kumpaniji żgħar u medji li jħaddmu iktar minn 250 persuna u dawk li jħaddmu bejn żewġ u disa' ħaddiema. Min-naħa l-oħra, fl-aħħar tliet snin, l-aktar grupp ta' kumpaniji li impjegaw gradwati huma dawk li għandhom bejn 50 u 249 ħaddiem. Hawnhekk, 74% impjegaw persuna li għadha ħierġa minn istituzzjoni terzjarja jew għolja, b'kuntrast ma' 32% biss tal-iżgħar tip ta' negozji li ħaddmu persuni li għadhom kif gradwaw. Qed jimlew il-vojt...imma b'inqas kwalifiċi Minkejja dan, l-istess ċifri juru li l-livell ta' edukazzjoni tal-gradwati, kien konsistentement ogħla minn dawk tal-barranin li kienu qed jiġu impjegati. L-akbar differenza hija fost dawk li ġew impjegati f 'kumpaniji li jħaddmu bejn 50 u 249 ħaddiem. Hawnhekk, dawk il-gradwati li kienu impjegati u li kellhom livell universitarju ta' edukazzjoni, kien jaqbeż is-70%, filwaqt li l-barranin bl-istess kwalifiċi kienu inqas minn 60%. Din ix- xejra tirrepeti ruħha f 'kull grupp ta' kumpaniji li pparteċipaw fir-riċerka. Dan jista' jindika li fil- fatt, mhumiex ħaddiema barranin li "qed jieħdu xogħol il-Maltin," imma li s-swieq ekonomiċi kibru ħafna iktar milli kiber l-ammont ta' ħaddiema Maltin disponibbli. Fil- fatt, kważi 40% ta' dawk il-kumpaniji li pparteċipaw qalu li ma kellhom ebda għażla ħlief li jimpjegaw barranin, fid-dawl ta' nuqqas ta' nies biex jimlew il-postijiet tax-xogħol vakanti. Kienu inqas minn 25% dawk li qalu li jew jirriklamaw jew inkella jżidu l-pagi tal-ħaddiema preżenti biex jagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta' impjegati. Domanda qawwija għall- impjiegi klerikali u fil- bejgħ Ftit inqas minn erba' impjiegi minn kull għaxra, jeħtieġ li jimtlew fil-qasam tal-impjiegi klerikali. Fil- fatt, ir-riċerka turi li 22.2% tax-xogħlijiet li għadhom mhux qed jimtlew b'faċilità, huma f 'dan is-settur. Jista' jkun li hawnhekk, it- tkabbir ekonomiku li qed jesperjenza pajjiżna qed iwassal għal tkabbir fid- domanda għal impjiegi Sentenza sospiża għal direttur Kroata li miżapproprijat €30,000 DIRETTUR Maniġerjali Kroata ta' 36 sena kienet ikkundannata sentenza ta' sentejn ħabs sospiżi għal erba' snin wara li ammettiet li kienet ħatja ta' akkużi ta' frodi u miżapproprijazzjoni ta' €30,000 għad dannu tal kumpanija li kienet taħdem magħha. Petra Kulja, li kienet Direttur Maniġerjali tal-kumpanija Paperless Innovation Limited, tressqet b'arrest il-qorti nhar il-Ġimgħa, fejn wieġbet li kienet ħatja għall akkużi miġjubin fil- konfront tagħha. Kulja kienet ġiet investigata internament mill-kumpanija, wara li ġew innutati diskrepanzi fil-kontijiet tas-sena 2014. L-impjieg tagħha ġie mitmum wara li l-investigazzjoni kkonkludiet li kienet iffrodat lill-kumpanija. L-ispettur tal-Pulizija Yvonne Farrugia, il- prosekutur f 'dan il-każ, spjegat lill-Maġistrat Audrey Demicoli li l-imputata kienet ikkoperat bis-sħiħ mal- investigazzjonijiet tal- pulizija. Żiedet tgħid li Kulja kienet esprimiet ix-xewqa li tirrifondi l-ammonti li kienet miżapproprijat. Kulija ngħatat sentenza ta' sentejn priġunerija, sospiżi għal erba' snin. Ġiet ordnata wkoll sabiex trodd lura t-€30,000 li kienet ħadet fi żmien sitt xhur. Għall mara deher l Avukat tal għajnuna legali Benjamin Valenzia. 56% tal-kumpaniji li jħaddmu bejn 10 u 49 ħaddiem impjegaw barranin fl-aħħar tliet snin Drugat imressaq fuq serq ta' ġojjellerija minn anzjani, mogħti l-ħelsien mill-arrest ĠUVNI ta' 22 sena mill-Mtarfa li għandu l-vizzju tad-droga ngħata l-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest sakemm jitlesta rapport minn uffiċjal tal- probation, wara li ammetta li kkommetta sensiela ta' serqiet ta' ġiżirajjen u attentat ta' serqa minn fuq diversi nisa anzjani. Jacob Rakban, li fil Qorti qal li ma jaħdimx, ammetta l-ħtija ta' dawn ir reati li seħħew bejn it 13 ta' Mejju u s 16 ta' Ġunju ta' din is sena. Fil-biċċa l-kbira tagħhom, is-serqiet saru minn fuq persuni anzjani fil lokalitajiet tan-Naxxar, il Mosta u Ħal Qormi. Rakban ammetta wkoll li ġewwa l-Mosta f 'Ġunju 2016, kien wettaq attentat ta' serq ta' ġiżirana minn fuq persuna ta' 55 sena, u li sar reċediv. Il-Qorti semgħet lill- uffiċjal prosekutur, l-ispettur Joseph Mercieca jispjega li l-imputat kien bħalissa għaddej minn kors ta' preparazzjoni qabel ma jidħol San Blas bl iskop li jindirizza l problema tiegħu tad droga. Il Prosekuzzjoni u d Difiża qablu li qabel ma l Qorti tgħaddi biex tagħti s-sentenza, kellu jitlesta rapport ta' qabel is-sentenza minħabba l-vizzju tad droga li għandu l imputat. L-avukat Benjamin Valenzia għamel talba għall- ħelsien mill arrest ta' Rakban, liema talba ġiet milqugħa mill Qorti, bil-kundizzjoni li hu ma javviċinax lix- xhieda tal prosekuzzjoni u li jagħti garanzija personali ta' €2,000. AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 July 2016