Illum previous editions

ILLUM 24 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/706986

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 24 ta' Lulju 2016 24 Kummerċjali Prodotti Benna mingħajr lattosju b'ħalib frisk Fil-missjoni tagħha biex tassigura li l-ħalib frisk u prodotti oħra tal-ħalib friski tal-Benna jkunu jistgħu jiġu gawduti minn kulħadd, il-Malta Dairy Products Ltd. ħabbret li se tkabbar il-firxa ta' prodotti friski u bnini tagħha bl-introduzzjoni ta' ħalib frisk bla lattosju u yogurts light bla lattosju. Il-ħalib frisk BENNA bla lattosju jibda bħala ħalib regolari tal-baqar. Persuni b'intolleranza għall-lattosju m'għandhomx biżżejjed enżima ta' lactase fil-ġisem tagħhom biex jassorbu l-lattosju, iz-zokkor naturali misjub fil-ħalib. Biex tissolva din il-problema, l-enzima tal- lactase tiġi miżjuda mal-ħalib sabiex tkisser il-lattosju f 'żewġ tipi ta' zokkor aktar sempliċi li jissejħu glukosju u galattosju, li huma faċilment assorbiti fis- sistema diġestiva tal-bniedem. Billi xejn ma huwa miżjud jew imnaqqas, ir-riżultat huwa ħalib frisk BENNA, iżda bla lattosju. Il-ħalib kollu użat fil-produzzjoni tal-ħalib bla Lattosju, bħal fil-każ tal- prodotti l-oħra tal-Benna, huwa 100% ħalib frisk Malti. B'hekk, dan il-prodott se jkun l-ewwel wieħed ta' dan it-tip fil-gżejjer Maltin. Persuni li huma intolleranti għal-lattosju iżda li jixtiequ jibqgħu jikkunsmaw ħalib frisk, bnin u nutrittiv, issa m'għandhomx għalfejn jibqgħu jiċċaħdu minnu. Il-ħalib frisk issa jista' jerġa jsir parti integrali mid-dieta tagħhom, peress li l-ħalib bla lattosju ma jikkaġunalhom l-ebda skumdità. Dan il-ħalib se jkun jista' jinxtara f 'kartuna tal-litru b'tapp konvenjenti. Aktar minn hekk, persuni li huma intolleranti għall-lattosju issa jistgħu jgawdu wkoll yogurts light bla lattosju f 'pakkett konvenjenti ta' żewġ tazzi u fi tliet togħmiet differenti, frawli, vanilla u naturali. Bħal fil-każ tal-ħalib frisk bla lattosju, dawn il-yogurts għandhom it-togħma tajba u t-tjubija nutrittiva kollha ta' prodott frisk, sempliċiment mingħajr il-lattosju. Dawn il-prodotti bla lattosju jistgħu faċilment jiġu inklużi f 'riċetti normali kull fejn hemm ħalib jew yogurts. Dawn il-prodotti ġodda se jkunu qed jinbiegħu mill- ħwienet kollha madwar Malta u Għawdex. Ikel ispirat mill-kċina Maltija fuq titjiriet tal- Emirates minn Malta Emirates hi kburija bis-servizz u l-kumdità li toffri, u l-ikel u x-xorb huma parti integrali ta' kull titjira li tagħmel. Il- passiġġieri fuq l-Emirates li jivvjaġġaw minn Malta jistgħu jduqu mhux biss menus b'ikel mill-ifjen, imma wkoll ikel gourmet ispirati mill-kċina Maltija. Ravi Nage, ir-Regional Catering Manager, Manager Food Product, ma' Emirates Airline, kien f'Malta biex joħloq u jiżviluppa erba' tipi ta' menus differenti għall-2016 propju għat- titjiriet skedati ta' kuljum minn Malta lejn Dubaj. Il-preparazzjoni tal-ikel għall- Emirates issir minn Sky Gourmet Malta, kumpanija konġunta bejn l-Awstrija u Malta li tifforma parti mill-grupp DO & CO. Din il-kumpanija tilħaq l-ogħla standards ta' proċeduri tal-Emirates għall-iġjene, preparazzjoni u tisjir għall-ikliet abbord l-ajruplani. L-ikliet huma awditjati kull sena bl-għan li l-ikel ikun dejjem idoneju u eċċellenti, filwaqt li tingħata attenzjoni kbira għall-proċess tat-tħejjija u servizz tal-ikel. Nage spjega li l-ikel ikun ippreparat frisk fl-istabbiliment ta' Sky Gourmet Malta, li konvenjentement jinsab qrib l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. Dan ikun trasportat lejn l-arjuplan fuq trakkijiet high loader mibnija speċifikament għal dan it-tip ta' xogħol. Il-menus provduti minn Malta jinbidlu kull xahar fl-Ewwel Klassi, fil-Klassi tan-Negozju u fil-Klassi tal- Ekonomija. Eventwalment l-erba' menus differenti jinbidlu kull sena u menus ġodda jkunu introdotti fuq bażi annwali. Emirates tipprovdi wkoll ikliet speċjali skont il-ħtiġijiet tal-passiġġieri: ħtiġijiet kemm reliġjużi jew għal dieta partikolari. Ikliet speċjali jistgħu jintalbu meta jsir il-booking jew anki sa 24 siegħa qabel il-ħin tat-tluq. Ikliet għat-tfal jibqgħu parti speċjali mis-sevizz ta' Emirates u l-ikliet tagħhom jisservew fuq trays u kontenituri attraenti. Paul Fleri Soler, il-Maniġer ta' Emirates għal Malta, qal: "Meta niġu għall-ikel abbord l-ajruplan, Emirates tagħti attenzjoni metikoluża kemm biex dejjem inżommu l-ogħla standards possibbli, kif ukoll għal dak li jixtieq il-klijent. L-awditjar regolari ta' kampjuni tal-ikel isir biex niżguraw li kollox ikun konformi skont l-ispeċifikazzjonijiet korretti." Ravi Nage jispjega kif għandu jkun ippreparat il-platt Carisma Spa & Wellness jirbaħ World Luxury Spa Award 2016 Il-Carisma Spa & Wellness International ġie ppremjat bil-World Luxury Spa Award għall-2016 matul avveniment gala għall-ispas u r-ristoranti li ġie organizzat dan l-aħħar fil-lukanda 5 stilel Grand Kronenhof Pontresina qrib St Moritz, l-Iżvizzera, għall-aħjar operaturi tas-settur fid-dinja. Il-Carisma, magħruf għat- trattamenti esklussivi li joffri, speċjalment fil-Hammam li huwa l-ewwel u l-uniku Hammam Tork f'Malta, jinsab Malta fil-lukanda 5 stilel InterContinental Malta u fil-lukandi 4 stilel Seashells ġewwa s-Suncrest u l-lukanda Qawra Palace. Kien hemm 389 spa jissieltu għall-premju fil-kategorija tagħhom f'dawn l-Awards. "Wara għexieren ta' snin li ilna noperaw fil-qasam tal- ispas lussużi f'pajjiżi differenti, ninsabu tassew imqanqlin li Carisma ġie rrikonoxxut bħala World Luxury Spa," qalu Mustafa u Bilgi Gulen, il- fundaturi u diretturi ta' Carisma Spa & Wellness International. "Ringrazzjament speċjali jmur għall-istaff dedikat tagħna, li aħna nfittxu minn madwar id-dinja biex niżguraw l-aħjar prattiċi fit-trattamenti differenti u anke nħarrġuhom b'mod kostanti biex jibqgħu aġġornati bl-aħħar żviluppi fil-benesseri. "Aħna napprezzaw ukoll il-lealtà tal-klijenti Maltin u internazzjonali tagħna, li wħud minnhom jivvjaġġaw speċifikament biex igawdu mit- trattamenti ta' spa ta' standard għoli fi klima bħal dik ta' Malta. Jagħtina wkoll sodisfazzjon kbir li qed inpoġġu lil Malta fuq il- mappa permezz tal-ispa tagħna bħala destinazzjoni li toffri opportunitajiet ta' benesseri li huma l-aqwa fil-klassi tagħhom." "L-għan ewlieni tagħna jibqa' li nżommu u nippremjaw l-ogħla standards fi ħdan is-settur tal- ispas lussużi," stqarret kelliema għall-World Luxury Spa Awards. Hija kompliet tgħid li "Dan il-motto huwa rifless fil-lista distinta tagħna ta' rebbieħa prestiġġjużi, li wħud minnhom ilhom parti mill-familja tal- Luxury Awards tagħna għal bosta snin. Aħna nixtiequ li l-mistednin tagħna jħossu ċertu sigurtà meta jibbukkjaw spa li ġiet rikonoxxuta b'World Luxury Spa Award bħala l-ewwel preferenza tagħhom." Cecilia Rodriguez mistiedna speċjali għall-ftuħ mill-ġdid tad-Dragonara Casino Il-mudella mill-Arġentina Cecilia Rodriguez se tkun fi żjara f'Malta fil-jiem li ġejjin fl- okkażjoni tal-ftuħ mill-ġdid tad- Dragonara Casino. Rodriquez, kienet waħda mill-kontestanti waqt l-edizzjoni tas-sena l-oħra tal-produzzjoni popolari Taljana L'Isola dei Famosi. Il-ftuħ mill-ġdid tad-Dragonara Casino qed isir wara proġett multi-miljunarju li kien jinvolvi ristrutturar tal-casino u tiġdid tal- kumpless kollu. Id-Dragonara Casino jibqa' wieħed mill-iżjed destinazzjonijiet ewlenin ta' divertiment f'Malta. Is-suċċess ta' dan il-casino tfassal fuq il-ġmiel tal-Palazz Dragonara u fuq servizz eċċellenti u ta' kwalità. Il-casino huwa mfittex minn klijentela mid-dinja kollha li tfittex dan il-casino grazzi għar- reputazzjoni ta' prestiġju li ilu jibni għal-bosta snin bħala l-casino ewlieni f'Malta. Is-sinjorina Rodriquez, li din is-sena għalqet 26 sena, hija wkoll oħt Belen Rodriguez, preżentatriċi u personalità popolari fuq it- televiżjoni Taljana.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 July 2016